Rafael Pereira da Silva (twieled fl-1990): Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 62: Linja 62:
[[fi:Rafael da Silva]]
[[fi:Rafael da Silva]]
[[fr:Rafael da Silva]]
[[fr:Rafael da Silva]]
[[he:רפאל פריירה דה סילבה]]
[[hr:Rafael Pereira da Silva]]
[[hr:Rafael Pereira da Silva]]
[[hu:Rafael da Silva]]
[[hu:Rafael da Silva]]

Reviżjoni ta' 18:15, 18 Mejju 2012

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Rafael Pereira da Silva, magħruf aħjar bħala Rafael jew Rafael da Silva (Petrópolis, 9 ta' Lulju 1990) hu plejer tal-futbol li attwalment jilgħab mat-tim ta' Manchester United. Normalment jilgħab bħala difensur lemini, imma hu abbli li jilgħab anki fil-pożizzjoni leminija ta' nofs il-grawnd. Ħuh tewmi Fábio jilgħab ukoll ma' Manchester United.

Karriera

Il-karriera professjonali ta' Rafael bdiet ġewwa l-Brażil mat-tim ta' Fluminense, fejn kien jilgħab magħhom taħt livell ġovanili. Rafael u ħuh Fábio ġew skoperti minn Les Kershaw li kien qed jaħdem f'isem il-klabb Ingliż ta' Manchester United.

F'Jannar tal-2008 it-tewmin ittrasferixxew lejn Manchester, imma ma setgħux jilgħab partiti sakemm ma jkollhomx tmintax-il sena f'Lulju tal-2008. Rafael għamel l-ewwel apparenza mal-klabb f'partita ta' ħbiberija kontra Peterborough United nhar l-4 ta' Awwissu. Għall-istaġun 2008–09, hu ngħata l-flokk numru 21 li kien milbus minn Dong Fangzhuo. Id-debutt uffiċjali bil-flokk aħmar wasal fil-ġurnata tal-ftuħ tal-kampjonat Ingliż 2008–09, fejn daħal bħala sostitut għal Fraizer Campbell kontra Newcastle United.

L-ewwel partita mal-ewwel ħdax kienet kontra Middlesbrough fit-Tielet Rawnd tal-League Cup. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh li jkun preferut mill-esperjenzati Gary Neville u Wes Brown. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-90 minuta fit-telfa li United sofrew kontra Arsenal bl-iskor ta' 2–1 nhar it-8 ta' Novembru 2008.

Grazzi għall-prestazzjonijiet eklatanti matul dan l-ewwel staġun, Rafael ingħata estensjoni tal-kuntratt ma' Manchester United għal sentejn oħra, li se jorbtu mal-klabb sal-2013.[1]

Referenzi

  1. ^ BBC Sport, ed. (27-04-2009). "Rafael extends Man Utd contract" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Manchester United FC