Unjoni Ewropea: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Tneħħija: ce:ЕБ
Linja 148: Linja 148:
[[ca:Unió Europea]]
[[ca:Unió Europea]]
[[cbk-zam:Unión Europea]]
[[cbk-zam:Unión Europea]]
[[ce:ЕБ]]
[[ceb:Unyong Uropeyo]]
[[ceb:Unyong Uropeyo]]
[[ckb:یەکێتیی ئەورووپا]]
[[ckb:یەکێتیی ئەورووپا]]

Reviżjoni ta' 02:57, 16 April 2012

Unjoni Ewropea
Motto: In varietate concordia
(Latin: Unità fid-Diversità)
(Malti: Maqgħuda fid-Diversità)
Innu: Ode lil-Ferħ (orkestrali)
Lingwi Uffiċjali Ara Lingwi tal-Unjoni Ewropea2
Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy
Kummissjoni José Manuel Durão Barroso
Parlament Jerzy Buzek, PPE
Kunsill tal-Ministri Belġju
Area
 - Total
is-7 post4
3,976,372 km²
Popolazzjoni
 - Total (2004)
 - Densità
it-3 post4
454,900,000 (EU-25)
116.4 persuna/km²
PDG (PPS) (2004)
 - Total [1]
 - Per capita [2]
l-1 post4
€10,202,336,800,000
€22,300
Furmat
Bħala EEC
 - Iffirmat
 - Rinforzat

Bħala UE
 - Iffirmat
 - Rinforzat


Trattat ta' Ruma
 - 25 ta' Marzu, 1957
 - 1 ta' Jannar, 1958

Trattat ta' Maastricht
 - 7 ta' Frar, 1992
 - 1 ta' Novembru, 1993

Munita ewro (EUR or €)5
Żona Temporali UTC 0 sa +26
Internet TLD .eu
Kodiċi Telefoniku +37 (propost)
Nota 1: Ara ismijiet uffiċjali oħra
Nota 2: Pajjiżi membri jista' jkollhom lingwi uffiċjali oħra
Nota 3: Sa l-1 ta' Jannar 2009
Nota 4: jekk mgħadd bħala unità waħda
Nota 5: Użat minn membri ta' l-Eurozone u tal-istituzzjonijiet tal-UE
Nota 6: +1 sa +3 f' DST; French overseas départements, UTC -4 to +4
Nota 7: Kull stat membru għandu l-kodiċi telefoniku tiegħu, f'żoni 3 u 4
immodifika

L-Unjoni Ewropea jew UE hija organizzazzjoni ta' pajjiżi Ewropej, li fil-preżent tikkonsisti f'27 Stat Membru. L-Unjoni ġiet stabbilita taħt dan l-isem skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (jew kif inhu aħjar magħruf, it-Trattat ta' Maastricht fl-1992. Iżda ħafna aspetti tal-UE kienu jeżistu qabel din id-data grazzi għal serje ta' organizzazzjonijiet predeċessuri li jmorru lura sal-1950.

L-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea jkopru ħafna aspetti, minn saħħa u ekonomija sa affarijiet barranin u difiża. Skont il-poteri trasferiti lilha mill-pajjiżi membri, l-UE tista' titqies bħala federazzjoni (eż. politika dwar l-agrikoltura, kummerċ u ambjent), konfederazzjoni (eż. politika soċjali u ekonomika, protezzjoni tal-konsumatur, affarijiet interni) jew inkella organizzazzjoni internazzjonali (eż. affarijiet barranin). Attività primarja tal-UE hija li twaqqaf u tamministra suq komuni, jikkonsisti minn unjoni doganali, munita unika (imħaddna minn 17 mis-27 pajjiż membru), Politika Agrikola Komuni (PAK) u Politika Komuni dwar is-Sajd (PKS).

Fid-29 ta' Ottubru 2004, il-kapijiet tal-istati Ewropej iffirmaw Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea.

Status

Fil-preżent, l-Unjoni Ewropea hija l-aktar organizzazzjoni reġjonali potenti. F'ċerti postijiet fejn l-istati membri ttrasferew ammont ta' sovranità lill-Unjoni, l-UE tidher tixbah iktar lil xi federazzjoni jew kofederazzjoni. Iżda l-istati membri jibqgħu jikkontrollaw it-trattati, jiġifieri l-Unjoni m'għandhiex is-setgħa li tieħu l-poter minn fuq il-pajjiżi mingħajr il-kunsens tagħhom. Dan apparti l-fatt li l-pajjiżi membri jibqgħu jħaddnu l-politika tagħhom f'dawk l-oqsma ta' importanza nazzjonali, bħal relazzjonijiet barranin u d-difiża.

Din l-istruttura unika, probabbilment iġġiegħlek tħares lejn l-Unjoni Ewropea iktar bħala entità sui generis.

L-istat attwali u futur tal-UE huwa s-suġġett ta' ħafna battibekki politiċi fost il-pajjiżi membri.

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tal-Unjoni Ewropea hija sekwenza ta' trattati bejn il-pajjiżi membri. Dawn ġew emendati ħafna drabi tul is-snin, b'kull trattat ġdid jemenda u jissupplimenta dak ta' qablu. L-ewwel trattat li seħħ kien it-Trattat ta' Pariġi tal-1951 li stabbilixxa l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (European Coal and Steel Community; ECSC) bejn grupp oriġinali ta' sitt pajjiżi Ewropej li kienu jinkludu lil Franza, il-Belġju, il-Pajjiżi Baxxi, il-Lussemburgu¸ l-Italja, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Minn dak iż-żmien 'l hawn, dan it-trattat skada u l-funzjonijiet tiegħu ġew meħuda minn trattati oħra li ġew warajh. Minn naħa l-oħra, it-Trattat ta' Ruma tal-1957 għadu jgħodd sal-lum, avolja ġie emendat, partikolarment bit-Trattat ta' Maastricht tal-1992, li stabbilixxa l-Unjoni Ewropea taħt dan l-isem. It-Trattat ta' Ruma kien essenzjali biex tiġi stabbilita l-Komunità Ekonomika Ewropea (European Economic Community; EEC) kif ukoll l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea (European Atomic Energy Community; EAEC jew Euratom). Il-ħolqien ta' suq komuni kellu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenija tal-unifikazzjoni tal-Ewropa għal ħafna żmien. L-aħħar modifiki li saru fuq it-Trattat ta' Ruma ġew miftiehma bħala parti mit-Trattat tal-Adeżjoni ta' 10 Stati Membri ġodda, li ġie implimentat fl-1 ta' Mejju, 2004.

Reċentement, l-Istati Membri tal-UE qablu mal-kontenut ta' trattat kostituzzjonali li, jekk jiġi ratifikat mill-pajjiżi membri, għandu jkun l-ewwel kostituzzjoni uffiċjali tal-UE, li tirrimpjazza t-trattati kollha preċedenti b'dokument wieħed.

F'każ li t-trattat tal-kostituzzjoni ma jiġix ratifikat mill-membri kollha tal-UE, ikun hemm bżonn li jerġgħu jinfetħu n-negozjati fuqu. Ħafna politiċi u uffiċjali jaqblu li l-istrutturi prekostituzzjonali huma ineffiċjenti għal Unjoni ta' 25 Stat Membru li qiegħda dejjem tikber maż-żmien. Politiċi f'ċerti pajjiżi membri (partikolarment fi Franza), issuġġerew li jekk ikun hemm biss ftit pajjiżi li ma jirratifikawx it-trattat, il-bqija tal-Unjoni għandha tinjorahom u timxi mingħajrhom. Dan l-aġir pjuttost kontroversjali jista' possibbilment joħloq unjoni oħra iktar Avant Garde ta' pajjiżi li impenjaw ruħhom għal dan it-trattat, ġewwa l-unjoni preżenti.

Ara wkoll:

Istituzzjonijiet tal-UE

L-UE m'għandha l-ebda kapitali uffiċjali u l-istituzzjonijiet tagħha huma mifruxa f'ħafna bliet:

  • Brussell hija s-sede tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Ministri, fejn isiru wkoll il-laqgħat tal-kumitat u xi sessjonijiet plenarji tal-Parlament Ewropew. Sa minn l-aħħar tkabbir tal-UE, fi Brussell qed jinżammu ukoll is-summits (il-qċaċet/il-laqgħat-quċċata) kollha tal-Kunsill Ewropew. Għal dawn ir-raġunijiet, Brussell tista' tiġi kkunsidrata de facto, il-kapitali tal-UE.

Aġenziji ta' l-UE

L-UE għandha numru ta' agenziji speċializzati u deċentralizzati b'mandat sabiex ikunu ta' għajnuna għall-Istati Membri ta' l-UE:

Aġenziji tal-Politika Komuni ta’ l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP):

Aġenziji komunitarji

Aġenziji tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali

Aġenti Eżekuttivi

Aġenziji u entitajiet tal-EURATOM


Kwistjonijiet attwali

Bħalissa, l-kwistjonijiet prinċipali li qed tiffaċċja l-UE jinkludu r-relazzjonijiet mal-Istati Uniti, ir-reviżjoni tar-regoli tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, u r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona.

Stati Membri u Tkabbir Suċċessiv

'Artikli prinċipali: Pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, Pajjiżi ġirien li jdawru l-Unjoni Ewropea, Il-kriterji tal-isħubija.

Sa mill-1 ta' Mejju, 2004, l-Unjoni Ewropea tikkonsisti f'25 pajjiż membru. L-erja totali ta' dawn il-25 pajjiż (2004) hija 3,892,685 km². Kieku kienet pajjiż, l-UE kienet tkun is-seba' l-akbar pajjiż fid-dinja mid-daqs. In-numru ta' ċittadini tal-UE (kull ċittadin ta' pajjiż membru tal-UE, skont it-termini stipulati fit-Trattat ta' Maastricht) fil-25 stat, jammonta, bejn wieħed u ieħor, 453 million (Marzu 2004). Din il-figura hija it-tielet l-akbar fid-dinja wara ċ-Ċina u l-Indja.

Mappa tas-27 pajjiż membru tal-UE, ammissjonijiet tal-2007 u pajjiżi kandidati

Fl-1952/1958 is-sitt pajjiżi fundaturi tal-UE kienu: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja tal-Punent, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi. Minn dakinhar, 19-il pajjiż ieħor ingħaqdu mal-UE fi tkabbir sussegwenti:

Sena Pajjiżi
1973 Danimarka, Irlanda, u r-Renju Unit
1981 Greċja
1986 Portugall u Spanja
1995 Awstrija, Finlandja, u Svezja
2004 Ċipru, Repubblika Ċeka, Estonja, Ungerija, Latvja, Litwanja, Malta, Polonja, Slovakkja u Slovenja
2007 Bulgarija u Rumanija

Noti:

Membri futuri tal-UE

Bħalissa hemm tliet stati li jissejħu kandidati, dawn huma l-Kroazja, it-Turkija (ma' dawn l-istati, in-negozjati għadhom għaddejjin) u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-pajjiżi li applikaw biex isiru membri tal-Unjoni huma l-Albanija, l-Islanda u l-Montenegro. Barra minn dawn, hemm ukoll xi stati li jistgħu jissejħu "pajjiżi kandidati": il-Bosnja-Ħerzegovina u s-Serbja (din tal-aħħar stqarriet li sa tmiem is-sena 2009, biħsiebha tressaq l-applikazzjoni formali tagħha għall-adeżjoni).

Iktar informazzjoni fuq tkabbir futur jista' jinsab fl-artiklu Tkabbir tal-Unjoni Ewropea.

Ħafna pajjiżi bħan-Norveġja u l-Isvizzera li fil-preżent mhumiex membri tal-UE, xorta għandhom ftehim speċjali mal-unjoni. (Ara l-artiklu dwar relazzjonijiet ta' terzi pajjiżi ma l-UE). Ħafna mill-membri tal-EFTA (European Free Trade Association) huma sħab mat-Trattat tal-EEA (European Economic Area), li jfisser li dawn il-pajjiżi jistgħu jipparteċipaw ukoll fis-suq komuni.

Status ta' Territorji extra-Ewropej

Ċerti postijiet għandhom konnessjonijiet jew assoċjazzjonijiet mal-istati membri tal-UE minħabba l-passat kolonjali tagħhom, rabtiet kulturali jew ġeografiċi. Għar-relazzjoni tal-UE ma' Groenlandja, l-Isle of Man, l-Ażores u Madejra, fost oħrajn, ara l-artiklu dwar Territorji ta' stati membri speċjali u r-relazzjoni tagħhom mal-UE.

Struttura

Il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jinkludu numbru kbir ta' strutturi legali u istituzzjonali li huma sovvrapposti fuq xulxin. Dan huwa r-riżultat tal-ħafna trattati internazzjonali suċċessivi li seħħew maż-żmien. Fi żminijiet riċenti, saru ħafna sforzi konsiderevoli biex jiġu konsolidati u simplifikati dawn it-trattati, li fl-aħħar mill-aħħar wasslu għall-abbozz tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea. Jekk dan it-trattat propost jiġi adottat, dan jispiċċa biex jieħu post it-trattati l-oħra li attwalment jiffurmaw il-kostituzzjoni tal-UE.

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA