Wikipedija:Amministraturi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.6.7) (Bot Żieda: ay:Wikipidiya:Bibliotecarios
Linja 165: Linja 165:
[[arc:ܘܝܩܝܦܕܝܐ:ܡܕܒܪܢܐ]]
[[arc:ܘܝܩܝܦܕܝܐ:ܡܕܒܪܢܐ]]
[[arz:ويكيبيديا:اداريين/سيسوبات]]
[[arz:ويكيبيديا:اداريين/سيسوبات]]
[[as:ৱিকিপিডিয়া:প্ৰশাসনবৃন্দ]]
[[as:ৱিকিপিডিয়া:প্ৰশাসকবৃন্দ]]
[[ast:Uiquipedia:Alministradores]]
[[ast:Uiquipedia:Alministradores]]
[[av:Wikipedia:Администраторал]]
[[av:Wikipedia:Администраторал]]

Reviżjoni ta' 15:22, 10 April 2012

Din il-paġna turi politika uffiċjali tal-Wikipedija Maltija, politika li hija kkunsidrata bħala standard li kull utent għandu jsegwi. Tibdil f'din il-paġna għandhom jirreflettu kunsens.
Abbrevjazzjonijiet
Daħħal ħolqa mingħajr parentesi
WP:ADMIN
WP:SYSOP
Dan huwa s-simbolu ta' amministratur tal-Wikipedija. Is-simbolu jgħaqqad l-emblema tas-sit flimkien ma' mopp, minħabba li amministraturi huma magħrufin bħala purtinara għar-raġunijiet retoriċi.

Amministraturi, magħrufin ukoll bħala operaturi tas-sistema, huma edituri tal-Wikipedija li ngħataw fiduċja mill-komunità għal aċċess ta' faċilitajiet tekniċi li jgħinu fil-manteniment tal-wiki. Utenti jingħataw status ta' amministratur jekk ikun attiv u regolari fi ħdan il-wiki, huwa familjari u jirrispeta l-politika tal-Wikipedija, u li għandu l-kunsens tal-komunità, kif jiġri fit-talbiet għall-amministrazzjoni. Fost il-kapaċitajiet tekniċi, amministraturi jistgħu jipproteġu, iħassru u jirkupraw paġni, iħassru u jaħbu reviżjonijiet ta' paġna, u jimblukkaw utenti oħrajn.

L-amministraturi jieħdu dawn ir-responsabilitajiet taħt idejhom bħala volontiera; huma m'humiex impjegati mal-Fondazzjoni Wikimedia. Mhumiex obbligati li jagħmlu użu mill-għodod tagħhom, u m'għandhomx jużaw dawn tal-aħħar bħala vantaġġ f'xi kunflitt li huma huma involuti fih.

Bħalissa, hemm 4 amministraturi fil-Wikipedija Maltija.

Storja

Fiż-żmien bikri tal-Wikipedija, kull utent kien jiffunzjona bħala amministratur sabiex jesegwixxi azzjonijiet amministrati, fil-kunċett xorta għadhom ikunu. Mill-bidunett, kien indikat li dawn m'għandhomx jiżvillupaw f'subgrupp speċjali tal-komunità iżda jibqgħu parti integrali tal-komunità bħal ħaddieħor. Ġeneralment, il-manteniment u amministrazzjoni tal-Wikipedija tiġi kondotta minn kulħadd, mingħajr il-funżjonijiet li jinbgħataw 'l amministraturi. Waqt li l-għodda li jingħataw 'l amministraturi huwa tekniċi u jagħtux awtorità per se, amministraturi huma persuni li ngħataw għodda li potenżjalment jistgħu jagħmlu ħsara.

Minħabba li amministraturi huwa mistenna li jkunu membri esperjenzati tal-komunità, utenti li qegħdin iffitxu l-għajnuna ġeneralment ifittxu l-għajnuna ta' amministratur għal avviż u informazzjoni, jew f'argument. Ġeneralment, amministraturi jaħdmu b'irwol newtrali; u m'għandhomx bżonn li jkollhom involviment dirett fl-affarijiet f'xiex jgħinu l-utenti.

Għodda tal-amministratur

Dan is-software tal-wiki għandu ftit faċċilitajiet importanti ristretti. L-Għodda jkopru proċessi bħal tħassir tal-paġna, protezzjoni tal-paġna, blokkar u sblokkar, u aċċess biex tagħmel modifiki f'paġni protetti u fl-interfaċċia tal-mediawiki. Huma jistgħu jagħtu u jieħdu drittijiet ta' rollback u jagħtu eżenzjoni mill-blokkar tal-IP 'l utenti oħrajn.

Għal aktar dettalji, u kummenti dwar l-użu tagħhom, qegħdin imniżżlin hawn Wikipedija:Amministraturi/Għodda.

  • Nota li l-amministraturi bħala regola jaraw l-istess informazzjoni tal-IP tal-utenti, li utenti oħrajn (mhux amministraturi) jaraw, u la jistgħu jaraw paġni mħassra bl-użu ta' oversight, u lanqas jistgħu jagħmlu modifiki fl-istatus amministrattiv jew dak ta' bot ta' amministraturi oħra. Dawn kollha għandhom bżonn l-istatus ta' Burokrata.

Amministrazzjoni

M'hemm l-ebda rikjesti uffiċjali li għandhek bżonn sabiex issir amministratur tal-Wikipedija. Kulħadd jista' japplika anke dawk li jkunu niqsien mill-esperjenza tal-Wikipedija. Madankollu, hemm ċerta standards li għandhek tkun taf dwarhom.

L-Amministrazzjoni hija orjentata fuq bażi ta' kunfidenza u għafdar, milli fuq kemm għamilt modifiki jew kontroll; kull utent jkollu l-mod tiegħu sabiex jiġġudika l-kunfidenza tagħhom ta' kemm huma tassew preparati għall-irwol.

Xejn speċjali

Abbrevjazzjonijiet
Daħħal ħolqa mingħajr parentesi

Fi Frar 2003, Jimbo Wales għamel użu minn parafrażi f'kumment dwar it-titlu u l-proċess tal-amministrazzjoni — referrut hawnhekk bħala operaturi tas-sistemà:

Jien biss ridt ngħid li tkun amministratur m'hija *xejn speċjali*.

Jien naħseb li se nagħmel kif ġie ġie koċċ persuni li ilhom hawn mhux ħażin operaturi tas-sistemà. Jien irrid ineħħi s-sensazzjoni ta' "awtorità" madwar din il-pożizzjoni. Hija pjuttost ħaġa teknika li poteri li jingħataw 'l operaturi tas-sistemà ma jingħatawx lil kulħadd.

Ma togħġobnix is-sensazzjoni hawnhekk li jekk tingħata l-istatus ta' operatur tas-sistemà hija xi ħaġa speċjali.

Jimbo Wales, arkivju ta' wikimedia.org, arkivju ta' gmane

Tifsira moderna tal-istqarrija mill-2008, huwa li tgħid li waqt l-użu korretta tal-għodda u kondotta tajba hija kunsidrata xi ħaġa importanti, it-titlu ta' "amministratur" m'hija xejn speċjali, u lanqas il-proċess sabiex takwistaha m'għandha tkun xi ħaġa speċjali. Hemm pjuttost ftit aktar abilitajiet fl-għamliet ta' deċiżjonijiet li jiġu mal-amministrazzjoni, u ma żżidx vuċi aktar f'deċiżjoni li jinvolvu kunsens. B'hekk, jekk persuna tkun amministratur jew le, ma tagħmilx differenza.

Biex issir amministratur

Jekk inti nteressat li ssir amministratur, int trid l-ewwel taqra il-gwida għall-kandidatura għall-amministrazzjoni u l-istruzzjonijiet għan-nominazzjoni. Meta tkun lest, inti tista' iżżid in-nominazzjoni tiegħek fil-paġna tat-talbiet għall-amministrazzjoni, skont dawn l-istruzzjonijiet. Diskussjoni (mhux vot, xi kultant tiġi miktuba !vot mis-simbolu tax-xjenza tal-komputer bħala negazzjoni) tissawwar fost il-modifikaturi dwar jekk inti għandhekx tkun amministratur. Wara seba' t'ijiem, burokrata jara jekk m'hemmx kunsens dwar jekk għandhekx tingħata l-istatus ta' amministratur. Din hija ġeneralment diffiċli biex tara jekk m'hemmx kunsens jew le, u mhijiex ikalkulata numerikament, iżda bħala regola ġenerali deskrittiva dawk li jkollhom aktar minn ~80% ta' appoġġ jgħaddu, ħafna minn dawk li jkollhom inqas minn ~70% ta' appoġġ ma jirnexxux, u ż-żona tan-nofs xejn m'hu ċert.

Int għandhek tkun familjari mal-Wikipedija billi tagħmel modifiki għal ftit żmien qabel ma tagħmel rikjesta jew taċċetta n-nominazzjoni għall-istatus ta' amministratur; inti trid tkun taf xi tkun qiegħed tagħmel, u utenti oħrajn irridu jagħrfuk sabiex ikunu jistgħu javdawk bl-għodda ta' amministratur. Żomm f'moħħok li kull verżjoni tal-Wikipedija għandha l-politika tagħha dwar l-amministraturi, li huma ftit differenti minn dawk tal-Wikipedija Maltija.

Għalkemm aktar minn kont wieħed huma permess fuq il-Wikipedija, ġeneralment, kont wieħed biss tal-utent jista' jkollu għodda tal-amministraturi. L-unika eċċezzjonijiet ikunu wara qbil mal-komunità.

Jekk jogħġbok, oqgħod b'seba' għajnejn!

Jekk issa għandek aċċess, int trid tieħu ħsieb li dawn il-funzjonijiet il-ġodda, speċjalment l-abilità li tkun tista' tħassar paġni u li tkun tista' timblokka indirizzi tal-IP. Tista' titħarreġ ukoll bl-użu tal-gwida għall-amministraturi jew billi tidħol fl-iskola tal-amministraturi. Jekk jogħġbok ara wkoll paġni li jwasslu mil-lista tal-qari għall-amministraturi qabel ma tibda tuża' l-abilitajiet amministrativi.

L-għodda tal-amministratur jiġu wżati wkoll b'ġudikament; tista' tieħu ftit żmien qabel amministratur ġdid jitgħallem meta l-aħjar juża' l-għodda, u tista' tieħu xhur qabel sens tajjeb dwar kemm kif tiddeċiedi dwar il-perjodi, meta tuża' għodda bħal dawk tal-imblukkar u tipproteġi paġna f'argumenti diffiċli. Amministraturi ġodda huma inkoraġġuti li jibdew bil-mod qabel u jibni esperjenza fuq żoni li huma mdorrija fuq, u billi jistaqsu oħrajn jekk mhux ċerti.

Amministraturi u l-utenti kollha b'għodda speċjali huma mistennija li jkollhom password b'saħħita, sabiex tkun ferm diffiċli li wieħed jidħol fil-kont ta' ħaddieħor b'intenzjonijiet ħżiena. (Ara wkoll Wikipedija:Sigurtà.)

Kondotta tal-amministraturi

L-amministraturi, bħal kull utent ieħor, m'humiex perfetti. Madankollu, ġeneralment, għandhom ikunu ta' eżempju fil-komunità, u jrid ikollhom standard ġenerali ta' ċivilità, kondotta u jaf jmur tajjeb man-nies. Meta taħdem bħala amministratur, irridu jitrattaw il-kulħadd l-istess, jagħmlu ġudizzji tajbin, u jagħtu spjegazzjonijiet u jkunu kommunikattivi kemm ikun neċessarju.

Amministraturi li jaħdmu b'manjiera problematika jew tilfu l-kunfidenza tal-komunità jistgħu jiġu mneħħija mill-pożizzjoni tagħhom. Fil-passat, dan ġara jew kien suġġerit għal:

  1. Użu tal-għodda b'mod ħażin (tħassir, protezzjoni, timblokka f'ċirkustanzi pjuttost ħżiena)
  2. Politika bażika ma tiġix segwita (attakki, ċivilita, kunflitt fil-modifikar, privatezza, etċ)
  3. Ġudizzjar ħażin ta' spiss/konsistenti
  4. Ġlied bl-għodda (magħruf bħala "kunflitt bl-għodod"). Meta amministratur jneħħi l-azzjonijiet ta' amministratur ieħor, m'għandhiex terġa' tiġi mwettqa mill-utent oriġinali jew kull l-amministratur oriġinali, anke jekk l-intenzjoni kienet tajba, mingħajr kunsens. Hemm ftit eċċezzjonijiet, però; ara #eċċezzjonijiet hawn taħt.
  5. Kommunikazzjoni pjuttost ħażina
  6. Amminstratur b'"fidi ħażina" (idejn tajba/idejn ħażina, etċ)
  7. Kondotta barra mis-sit mhux kompatibbli ma' dan l-irwol (attakki barra mis-sit, etċ).

Postijiet fejn għandek tirraporta lill-amministraturi

Drittijiet tal-amministratur jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira jekk tkun qiegħed taħdem f'ċerta żoni fuq il-Wikipedija.

Għali mill-utenti ("abbuż tal-amministratur")

Jekk utent jaħseb li amministratur għamel xogħlu ħażin fil-konfront tiegħu jew ta' modifikatur ieħor, hu għandu jikkomunika l-ħsieb tiegħu direttament 'l amministratur responsabbli u jipprovaw jaslu għal soluzzjoni b'mod ċivili u regolari. Madankollu, jekk kwistjoni ma tiġix solvuta bejn iż-żewġ naħat, l-utenti jistgħu jieħdu aktar azzjoni (ara Wikipedija:Riżoluzzjoni tal-argument). Għal aktar possibilitajiet, ara Rikjesti għal kumment/Kondotta tal-utent: Użu ta' privileġi ta' amministratur u Tabella għall-avviżi tal-amministraturi: Inċidenti.

Użu ħażin tal-għodda

Wikipedija:Amministraturi/Użu ħażin tal-għodda

Tirkupra azzjoni mneħħija ("Kunflitt bl-għodod")

Amministraturi huma projbita milli jkollhom kunflitt fuq l-użu tal-għodda amministrativi billi jagħmlu użu minn dawn l-għodda stess.

Wikipedija:Kunflitt bl-Għodod jiddiskrivi kunflitt bl-għodod b'dawn it-termini:

Kunflitt bl-għodod hija taqbida bejn żewġ jew aktar amministraturi li tikkonsisti f'wieħed li jneħħi l-azzjonijiet amministrativi tal-ieħor. Terġax tirrepeti azzjoni amministrativa meta taf li amministratur ieħor jopponiha. Tkomplix katina ta' azzjonijiet amministrativi rikorrenti bla diskussjoni.

Kastigi għal kunflitti bl-għodod ivarjaw minn ċanfira u twissija, sa blokkijiet temporanji u mit-tneħħija minn status ta' amministratur, anke għal inċidenti tal-ewwel darba.

Meta azzjoni li hija mwettqa mill-għodda tal-amministraturi ma tiġix aċċettata minn amministratur ieħor sal-punt li jibda jneħħi l-azzjonijiet tiegħek, rari jkun hemm raġuni valida sabiex l-amministratur oriġinali jew ieħor jerġa' jirkupra l-verżjoni preċedenti, mingħajr l-ebda forma ta' diskussjoni qabel sabiex jintlaħaq kunsens. Amministraturi involuti f'kunflitti bl-għodod ikollhom l-aċċess amministrativ tagħhom revokat sabiex ma jkunx hemm aktar inċidenti.

Bħala nota apparti, tneħħija ta' azzjoni amministrativa minn amministratur ieħor m'hijiex xi ħaġa żgħira, sakemm ma tkunx għal skop tajjeb.

Ċirkustanzi eċċezzjonali

B'ftit eċċezzjonijiet, jekk l-azzjoni li tinvolvi l-użu tal-għodda tiġi mneħħija, għodda m'għandhomx jiġu użati mill-amministratur orġinali (jew ieħor) f'din il-kwistjoni (anki għar-raġunijiet mixtieqa). Hemm ftit, speċifiki, eċċezzjonijiet meta l-użu mill-ġdid tal-għodda hija raġunevoli:

  • Wikipedija:Bijografiji ta' persuni ħajjin—materjal li huwa mħassar minħabba li jopponi l-politika dwar BPĦ jista' jerġa' jiġi mħassar mill-ġdid jekk jiġi rkuprat, jekk tkompli ma tkunx taqbel mal-politika tal-BPĦ.
  • Privatezza—informazzjoni personali mħassra taħt l-politika ta' privatezza tal-Fondazzjoni tista' tiġi mħassra mill-ġdid jekk tiġi rkuprata.
  • Emerġenza—f'ċerta sitwazzjonijiet jista' jkun hemm emerġenza li ma tistax tistenna għal diskussjoni. Amministratur m'għandux jistqar emerġenza sakemm ma jkunx ċert dwar emerġenza serja preżenti u raġunevoli (ie, possibilità attwali raġunevoli, imminenti, ta' xi ħsara 'l proġett jew utent jekk mhux se jkun hemm l-intervent bl-użu tal-għodda tal-amministraturi), u għandu immedjament iffitex sabiex jiddiskrivi u jindirizza l-kwistjoni, iżda f'każ bħal dan però l-azzjoni mhux soltu tiġi mneħħija (u tista' tiġi rkuprata) sakemm diskussjoni li tixraq issir.
  • Protezzjoni tal-Paġna waqt kunflitt fil-modifikar'—azzjonijiet raġunevoli meħuda minn amministraturi mhux involuti sabiex jikkalmaw kunflitt ta' modifikar viżibli u kunflitt tal-modifikar sħuna billi jipproteġu paġna kontestata trid tiġi rrispetata minn kull utent, u protezzjoni tista' tiġi irkuprata mill-gġdid, sakemm il-kunflitt tal-modifikar ma jkompliex jew ikun hemm kunsens.

Nota li dawn huma eċċezzjonijiet inklinati fuq "naħa waħda"; per eżempju, eċċezzjoni għal tħassir mill-ġdid ma tfissirx li hemm eċċezzjoni oħra biex terġa' tmur lura, sakemm m'hemmx kunsens.

Tneħħija mill-amministrazzjoni

Amministraturi jistgħu jiġu mneħħija mill-istatus jekk jagħmlu użu ħażin mill-għodda tagħhom. Bħalissa fil-Wikipedija Maltija, utent jista' jitneħħa mill-amministrazzjoni wara kunsens mill-komunità. L-Abbilità teknika li wieħed jitneħħa minn status ta' amministratur tibqa' f'idejn l-istwetti.

Nota teknika- tneħħija tad-drittijiet bħalissa ma tidhirx fil-logs tal-utenti tas-soltu.

Tneħħija volontarja

Amministraturi jistgħu jagħmlu rikjesta sabiex l-aċċess għall-għodda amministrativi tiġi revokata hawnhekk. Amministrativi li kellhom l-għodda revolkati iżda mhux għal xi ċirkustanzi ħżiena (jiġġiefieri mhux għal ċirkustanzi kontraversjali) jistgħu jkollhom l-istatus ta' amministratur irkuprat meta rridu b'rikjesta lil burokrat. Dan ġeneralment issir fit-tabella tal-avviżi tal-burokrati.

Revokazzjoni mill-amministrazzjoni

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikipedija:Amministraturi miftuħin għar-revokazzjoni.

Ċerta amministraturi jpoġġu ruħhom "miftħin għar-revokazzjoni", dan iffiser li titneħħa volontarjament jekk ammont ta' modifikaturi jagħmlu rikjesta għal dan. Il-Kriterja speċifika kif se ssir jiġi interpretat minnhom stess u ġeneralment jiġi deskritt dettaljat fil-paġna tal-utent tagħhom. Jekk il-proċess jirriżulta li l-amministratur m'għadux iggawdi kunsens mill-komunità, wieħed għandu jagħmel rikjesta normali għat-tneħħija hawnhekk.

Sigurtà

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Wikipedija:Sigurtà.

Huwa importanti ħafna li l-amministraturi jkollhom password b'saħħita u issegwi prattiki ta' sigurtà personali minħabba li jekk jispiċċaw fl-idejn ħżiena hemm il-potenzjal li jsir xi ħsara kbira fis-sistemà b'modifika waħda biss, kont ta' amministratur li jiġi invadud jiġi blokkat u l-privileġġi tiegħu jitneħħew għal skopijiet ta' sigurtà tas-sit. F'ċerta ċirkustanzi, ir-revokazzjoni tal-privileġġi tista' tkun permanenti. Id-Deċiżjoni jekk l-utent m'għandux jingħata lura l-istatus ta' amministratur lura tibqa' fl-idejn il-burokrati, li jagħmlu għażla jekk is-sid safi jiġi identifikat mill-ġdid, u l-opinjoni dwar l-inċident u l-imaniġjar u is-sigurtà (li tinkludi sigurtà futura) tal-kont.

Ara wkoll

ak:Wikipedia:Administrators