Isabel Allende: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.6.7) (Bot Żieda: diq:Allende, Isabel; kosmetiċi bidliet
m r2.7.1) (Bot Żieda: tk:Isabel Alýende
Linja 67: Linja 67:
[[sr:Изабела Аљенде]]
[[sr:Изабела Аљенде]]
[[sv:Isabel Allende]]
[[sv:Isabel Allende]]
[[tk:Isabel Alýende]]
[[tr:Isabel Allende]]
[[tr:Isabel Allende]]
[[vi:Isabel Allende]]
[[vi:Isabel Allende]]

Reviżjoni ta' 12:00, 26 Marzu 2012

Isabel Allende fl-2008

Isabel Allende Llona (Lima, 2 ta' Awwissu 1942) hija kittieba Ċilena. Hi hi waħda mill-aktar awturi Sud-Amerikani famużi b'kotba bħal Id-Dar tal-Erwieħ (La casa de los espíritus) u Il-Belt tal-Bhejjem (La ciudad de las bestias). Kitbet rakkonti msejsa fuq l-esperjenzi personali tagħha, ħafna drabi wkoll fuq l-esperjenzi tan-nisa, u rnexxielha tinseġ il-ħrafa mar-realtà. Għallmet il-letteratura f'bosta universitajiet Amerikani. Attwalment toqgħod ġewwa l-belt ta' Kalifornja flimkien mar-raġel tagħha, Willie Gordon. Fl-2003, irnexxielha tikseb iċ-ċittadinanza Amerikana.

Bijografija

Għalkemm imwielda l-Peru, Isabel Allende ġiet imrobbija ġewwa ċ-Ċili. Wara l-qtil ta' zijuha, il-President Salvador Allende, kellha taħrab minn hemm. Ħadmet ġewwa l-Veneżwela mill-1975 sal-1984 u mbagħad marret toqgħod Istati Uniti. Ħadmet bħala preżentatriċi televiżiva u ġurnalista. Kitbet drammi u stejjer għat-tfal. L-ewwel ktieb għall-adulti li kitbet kien La casa de los espíritus, li ġie maqlub għal 27 lingwa.

Xogħlijiet

Kitbet tmien novelli, fosthom Zorro (2005), Retrato en sepia (Ritratt bis-sepja)(2000), Hija de la fortuna (Aħwa tax-xorti) (1998), u Afrodita. Cuentos, recetas y otros afrodisiacos (Afrodite, stejjer, riċetti u afrodiżjaċi oħra) (1997). Fil-ktieb Mi país inventado (Pajjiżi ivvintat) (2003) tagħti rendikont tal-parti ta' ħajjitha li qattgħet fiċ-Ċilì.

Ħoloq esterni