Lamantin tal-Karibew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Żieda: he:תחש נהרות קאריבי
Linja 76: Linja 76:
[[fr:Trichechus manatus]]
[[fr:Trichechus manatus]]
[[fy:Manaty]]
[[fy:Manaty]]
[[he:תחש נהרות קאריבי]]
[[hu:Karibi manátusz]]
[[hu:Karibi manátusz]]
[[it:Trichechus manatus]]
[[it:Trichechus manatus]]

Reviżjoni ta' 10:00, 30 Jannar 2012

Lamantin tal-Karibew
Lamantin ta' Florida (Trichechus manatus latirostris)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: *Trichechus manatus latirostris
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Ordni: Sirenia
Familja: Trichechidae
Gill, 1872
Ġeneru: Trichechus
Linnaeus, 1758
Speċi: T. manatus
Isem binominali
Trichechus manatus
Stampa:Firxa tal-Lamantin tal-Karibew Trichechus manatus.PNG
Firxa tal-Lamantin tal-Karibew
Lamantin tal-Antilli (Trichechus manatus manatus)

Il-Lamantin tal-Karibew (Trichechus manatus) huwa wieħed minn tliet speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus. Dan il-lamantin huwa l-aktar speċi li ġiet studjata fost it-tlieta li jeżistu.

Il-Lamantin tal-Karibew għandu ġilda griża fil-kannella ċar u bħala kobor huwa l-akbar fost it-tliet speċi ta' lamantini, twil minn 3.5 metri sa 4.6 metri u jiżen bejn 500kg sa aktar minn 1500kg. Dan il-lamantin minn barra huwa simili ħafna tal-Lamantin Afrikan, wieħed mill-ftit fatturi li jista' jgħin fl-identifikazzjoni, apparti ovvjament il-lokalità, huwa d-daqs, għax normalment il-Lamantin tal-Karibew jiżen 'il fuq mid-doppju u jidher ħafna eħxen minn dak Afrikan.

Hemm żewġ sottospeċi ta' dan il-Lamantin: dik ta' Florida T.manatus latirostris u dik tal-Antilli T.manatus manatus u minn barra jidhru totalment identiċi.

Dieta

Il-Lamantin tal-Karibew huwa mammiferu erbivoru li jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin adult normalment jiekol bejn 10% u 15% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum.

Distribuzzjoni

It-Trichechus manatus huwa mifrux mal-kosta, xmajjar u ibħra fil-Karibew fil-pajjiżi bħall-Baħamas, il-Beliże, il-Brażil, il-Ġamajka, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Gwatemala, il-Ħaiti, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Kuba, il-Messiku, il-Nikaragwa, il-Panama, l-Istati Uniti, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago u l-Veneżwela.

Riproduzzjoni

Għoġol wieħed (rarament tnejn) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 12-il xahar, joħroġ bid-denb l-ewwel u jitla' għall-ewwel nifs waħdu mingħajr l-ebda għajnuna min-naħa tal-omm. Dan jibqa' dipendenti fuq l-omm għal madwar sentejn, b'hekk iż-żmien bejn it-twelid ta' għoġol u ieħor idum minn 3 sa 5 snin, rata ta' riproduzzjoni baxxa. Il-maturità sesswali fin-nisa tista' tintlaħaq fl-età żgħira ta' bejn 3 u 4 snin waqt li fl-irġiel tintlaħaq bejn 9 u 10 snin. Il-Lamantin tal-Karibew jista' jgħix bejn wieħed u ieħor sa 60 sena.

Klassifikazzjoni

Referenzi

Ħoloq esterni