Chris Smalling: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (robot Adding: he:כריס סמולינג
m r2.5.1) (Bot Żieda: id:Chris Smalling
Linja 140: Linja 140:
[[he:כריס סמולינג]]
[[he:כריס סמולינג]]
[[hu:Chris Smalling]]
[[hu:Chris Smalling]]
[[id:Chris Smalling]]
[[it:Chris Smalling]]
[[it:Chris Smalling]]
[[ja:クリス・スモーリング]]
[[ja:クリス・スモーリング]]

Reviżjoni ta' 17:29, 10 Ottubru 2011

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Christopher Lloyd "Chris" Smalling (Greenwich, 22 ta' Novembru 1989) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab mal-klabb ta' Manchester United u mat-tim nazzjonali Ingliż bħala difensur.

Karriera

Klabb

Meta kellu sbatax-il sena, Smalling iddebutta mat-tim reġjonali ta' Maidstone United kontra Canvey Island. Matul l-ewwel sena mat-tim tal-kbar hu lagħab tnax-il konfront fejn skorja gowl wieħed, eżattament fl-aħħar logħba tiegħu mal-klabb.

F'Ġunju tal-2008 Smalling iffirma kuntratt mal-klabb mill-Premier League Fulham.[1] Fl-24 ta' Mejju 2009, Smalling iddebutta ma' Fulham meta daħal bħala sostitut għal Aaron Hughes fis-77 minuta fl-aħħar partita tal-istaġun 2008–09 kontra Everton. L-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax waslet fis-17 ta' Settembru 2009, fil-partita valida għall-UEFA Europa League kontra CSKA Sofia, bil-partita tintemm 1–1. Fil-kampjonat, l-ewwel logħba tiegħu mill-ewwel minuta kienet dik kontra Chelsea fit-28 ta' Diċembru 2009, fejn kien involut f'episodju deċisiv meta skorja awtogowl li ta liċ-Chelsea rebħa ta' 2–1.

Fis-26 ta' Jannar 2010, Manchester United ħabbru li kienu xtraw lil Smalling, bil-plejer jibqa' ma' Fulham sa tmiem l-istaġun 2009–10 qabel ma jingħaqad mal-klabb il-ġdid fl-istaġun segwenti.[2] Dan it-trasferiment kien uffiċjalizzat fl-1 ta' Lulju 2010. Id-debutt tiegħu fil-kampjonat wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra West Ham United tat-28 ta' Awwissu, meta daħal bħala sostitut għal Jonny Evans.

Internazzjonali

Nhar il-11 ta' Awwissu 2009, Smalling iddebutta mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena bħala sostitut fil-konfront kontra l-Olanda li ntemm 0–0. Smalling ġie magħżul fl-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena 2011.

Fit-13 ta' Novembru 2010, Smalling ġie imsejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-kbar għal-logħba ta' ħbiberija kontra Franza tas-17 ta' Novembru;[3] madanakollu, ma ġie użat matul it-telfa ta' 2–1. Id-debutt tiegħu wasal fit-2 ta' Settembru 2011 meta lagħab bħala difensur lemini fil-konfront kontra l-Bulgarija, validu għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012.[4]

Statistika tal-karriera

Klabb

Statistika korretta sat-18 ta' Settembru 2011[5]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Fulham 2008–09 1 0 0 0 0 0 1 0
2009–10 12 0 1 0 1 0 4 0 18 0
Total 13 0 1 0 1 0 4 0 19 0
Manchester United 2010–11 16 0 4 0 3 1 9 0 1 0 33 1
2011–12 5 1 0 0 0 0 1 0 1 1 7 2
Total 21 1 4 0 3 1 10 0 2 1 40 3
Total fil-karriera 45 2 5 0 5 1 14 0 5 1 74 4

Internazzjonali

Unuri

Klabb

Ingilterra Manchester United

Referenzi

  1. ^ Beattie, Chris (04-01-2009). Tribal Football (ed.). "Chris Smalling: Fulham move proof there's talent outside Football League" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Hibbs, Ben (26-01-2010). ManUtd.com (ed.). "Reds swoop for Smalling" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ TheFA.com, ed. (13-11-2010). "Capello names squad" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Phil McNulty (02-09-2011). BBC Sport (ed.). "Bulgaria 0-3 England" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Endlar, Andrew. StretfordEnd.co.uk (ed.). "Chris Smalling" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Manchester United FC