Oliver Friggieri: Differenza bejn il-verżjonijiet
m Modifiki annullati ta' 46.11.74.133 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' MystBot |
|||
Linja 68: | Linja 68: | ||
=== Poeżiji === |
=== Poeżiji === |
||
* Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru taħt l-isem ''Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura'' (2002). |
|||
* jjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaajjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjjj |
|||
"'''Jekk'''" (il-poeżija li xi versi minnha jinsabu fuq il-bus shelters Maltin) |
|||
Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb |
|||
lill-qamar tul il-lej', |
|||
jekk tagħraf minn fejn telaq |
|||
is-sħab, fejn sejjer, fej', |
|||
jekk tirfes kull mogħdija |
|||
u tterraq kullimkien, |
|||
jekk tkellem lil kull ħlejqa |
|||
li tikber fil-ħolqien, |
|||
jekk togħdos fl-ibħra kollha |
|||
u tmiss qiegħ l-oċean, |
|||
jekk titla' kull muntanja |
|||
u titfi kull vulkan, |
|||
jekk tifhem lil kull siġra |
|||
u tkellem lil kull fjur, |
|||
jekk torqod ma' kull dudu |
|||
u tqum ma' kull għasfur, |
|||
jekk tgħodd in-numri kollha |
|||
u taf kull alfabett, |
|||
jekk tħott kull teorema |
|||
u żżarma kull kunċett, |
|||
jekk togħxa b'kull tbissima |
|||
u tokrob b'kull uġigħ, |
|||
jekk toftoq il-kliem kollu |
|||
u ssib is-sens li fih, |
|||
jekk taf kif kien il-bidu |
|||
u kif se jkun it-tmiem, |
|||
jekk taf kull fuq, kull isfel, |
|||
kull wara, kull quddiem, |
|||
jekk taf għaliex kull għabex |
|||
iżelleġ kull żerniq, |
|||
jekk taf kemm hija twila, |
|||
kemm twila, twila t-triq, |
|||
jekk taf għaliex l-iżbalji, |
|||
u taf x'inhu perfett, |
|||
jekk taf għax serp jitkaxkar |
|||
u għax itir farfett, |
|||
jekk ittawwalt iżżejjed |
|||
fuq xifer il-ġibjun |
|||
tal-qalb biex issa ttella' |
|||
bis-satal x'hemm midfun, |
|||
jekk il-maltemp sikkittu |
|||
u lill-irjieħ raqqadt, |
|||
jekk l-ilmijiet nixxitfhom |
|||
u lin-nirien qabbadt, |
|||
jekk fhimt kull mistoqsija |
|||
u jekk kull ħalfa ħlift, |
|||
u jekk kull rebħa rbaħtha |
|||
u jekk kull telfa tlift, |
|||
- il-petali tal-warda |
|||
waqgħulek minn idejk, |
|||
dan l-univers itektek |
|||
inqasam hemm, f'riġlejk. |
|||
Il-ħajja mistoqsija |
|||
miġbura f'elf għaliex, |
|||
u ssirlek poeżija |
|||
jekk int ma tweġibhiex. |
|||
'''Hekk biss ikun poeta''' |
|||
Għax hekk ikun poeta. |
|||
Jitkellem bi tbissima, |
|||
iħoss b’qalb tikwi nar, |
|||
u jaħraq dinja sħiħa |
|||
bi mħabbtu lejl u nhar. |
|||
Iweġġa’ bla ma jsawwat, |
|||
jissawwat bla jiqliel, |
|||
il-ġid jislet mill-ħażen, |
|||
fil-kruha jara l-ġmiel. |
|||
Ibaħħar fl-oċejani |
|||
u jogħdos f’qiegħ id-dmugħ, |
|||
b’testment bla flus iħalli |
|||
il-kliem, teżor tar-ruħ. |
|||
Iżomm ma’ xofftu l-kalċi |
|||
bla ma jitilqu qatt, |
|||
ilaqqat l-aħħar qatra |
|||
bla ma jintebaħ ħadd. |
|||
U jolfoq bla jinstema’, |
|||
ibati taħt sigriet, |
|||
bid-dmugħ jidlek il-ġrieħi, |
|||
bix-xejn jimla x-xewqiet. |
|||
F’deżert ta’ solitudni |
|||
bil-pass ta’ nkiss inkiss |
|||
iterraq sa ma jasal |
|||
f’riġlejn il-kurċifiss. |
|||
Il-golgota twelidu, |
|||
il-golgota xortih, |
|||
il-golgota li tkissru, |
|||
il-golgota li tqawwih. |
|||
Hekk biss ikun poeta. |
|||
Ara ukoll il-poeżija [[Karin Grech|Karin u Raymond]] |
|||
=== Oratorji === |
=== Oratorji === |
Reviżjoni ta' 13:51, 5 Ottubru 2011
Oliver Friggieri | |
---|---|
Twelid | Malta 1947 |
Okkupazzjoni | Rumanzier, novellista, poeta |
Nazzjonalità | Malti |
Oliver Friggieri (Furjana, 27 ta' Marzu 1947) huwa awtur prolifiku u kritiku letterarju Malti ta' fama internazzjonali.
Studju
Oliver Friggieri ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Furjana, fis-Seminarju tal-Arċisqof, fejn kien seminarista u fl-Università Irjali ta' Malta. Fis-Seminarju Minuri kien student ma’ Albert Marshall u Louis Galea. Huwa ġab il-Baċellerat tal-Arti fil-Malti, Taljan u Filosofija fl-1968, il-Masters fl-1975 u d-Dottorat fl-1978 fil-Letteratura Maltija bit-teżijiet ta' kritika komparata La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm; u La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese, li t-tnejn ħarġu bħala volumi fl-Italja.
Movimenti Letterarji u Rivisti
- Segretarju tal-Moviment Qawmien Letterarju (1970-71)
- Bord Editorjali ta' Il-Polz (1969-73); Editur (1974-75)
- Ko-fundatur ta' Is-Sagħtar (1971); Bord Editorjali (1971- )
- Ikkollabora fit-twaqqif tal-Klabb Kotba Maltin ma' Pawlu Mizzi (1971)
- Editur tal-Journal of Maltese Studies (1980- )
- Membru tal-Association Internationale des Critiques Litteraires ta' Pariġi.
Għalliem
- Għalliem tal-Malti u l-Filosofija fl-iskejjel sekondarji statali (1968-75)
- Assistant Lecturer tal-Malti fl-Università ta' Malta (1976-78)
- Lecturer tal-Malti fl-Università ta' Malta (1978-88)
- Associate Professor u Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta (1988)
- Professur (1990)
Awtur
Friggieri huwa l-awtur ta' numru kbir ta' kotba ta' diversi ġeneri, maħruġa f'Malta kif ukoll u f'diversi pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu nqalbu f'diversi lingwi. Kotba tiegħu dehru bl-Ingliż, Taljan, Franċiż, Maċedonjan, Sloven, Serbo-Kroat, Grieg, Romen, Għarbi, Bengali, Urdu. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f'għadd ta' rivisti akkademiċi madwar id-dinja.
Ħa sehem f'iktar minn sittin kungress internazzjonali tal-Letterarura u rebaħ diversi premjijiet internazzjonali. Qaleb għall-Malti bosta xogħlijiet mil-Latin, Ingliż u Taljan. Bħalissa hu lecturer fl-Università ta' Malta fil-letteratura Maltija.
Din li ġejja mhijiex il-lista kompluta tax-xogħlijiet letterarji ta' Oliver Friggieri.
Dizzjunarju
- Dizzjunarju ta' Termini Letterarji, (1996) - Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta' termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sa l-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini kritiċi ta' xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabolarju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha. L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, u dan iwassal biex id-dizzjunarju jista' jkun ikkonsultat minn kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b'eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub b'mod li jista' jkun ta' fejda f'livelli differenti tal-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma.
Ġabriet ta' Novelli
- Stejjer Għal Qabel Jidlam (1986) - F'kull rakkont, b'kitba sempliċi u mimlija implikazzjonijiet, Friggieri xtaq ipinġi karattru mdawwar minn ambjent li jweġġgħu b'mod jew b'ieħor. Hu u jirrakkonta lil Malta li jaf, fittex li jesprimi wkoll il-verità ewlenija: kull qalb tinsab f'dinja waħda, u r-realtà hi waħda għal kulħadd, għad li mhux kulħadd iħossha bl-istess qawwa u mhux kulħadd jgħaddi mill-istess tbatija.
- Fil-Gżira Taparsi Jikbru l-Fjuri (1991)
Rumanzi
- Il-Gidba (1977)
- L-Istramb (1980)
- Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986) - rumanz li fiż-żmien politikament imqalleb ta' Malta qanqal kontroversja politika kbira. Issemma sikwit fil-Parlament, u l-frażi tal-istess isem saret kważi idjoma fl-ilsien Malti. L-awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin. Għall-preżentazzjoni tiegħu marru mijiet ta' nies, u r-rumanz xtered bl-eluf. Friggieri jikteb dwar l-għeruq tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlieni, Karlu Manju, li jirrapreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta' mħabba, reliġjuż... rumanz li għamel storja... għax jirrakonta dwar il-'poter' tal-bniedem tat-triq.
- Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ (1998) - B'taħlita ta' tifkiriet u immaġinazzjoni dan ir-rumanz jibni l-ambjent tas-snin ħamsin biex jippreżenta l-mixja lejn il-maturita' fi ħdan familja ċkejkna. Il-ġrajja sseħħ f'Malta, iżda hi miktuba b'mod li tista' sseħħ kullimkien. Kwadri differenti jsawru bejniethom dinja magħluqa waħda li minnha tingħaraf ir-realta' fil-kumplessitajiet tagħha. L-istorja timxi bla waqfien lejn il-qofol, waqt li tixħet dawl fuq ħajja li tbiddlet ħafna.
- It-Tfal Jiġu bil-Vapuri (2000) - Din il-ġrajja sseħħ f'dinja raħlija fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-wied, il-kampanja, it-toroq, id-dar, id-dawriet: ambjent antik sħiħ hu mfisser bir-reqqa. Susanna u Arturu huma vittmi taċ-ċirkustanzi. Dun Grejbel hu l-qassis ideali li l-qdusija tiegħu stess tkissru f'għajnejn il-bnedmin. Is-Sinjura, il-missier, u karattri oħrajn jiffurmaw epoka sħiħa. Dan il-ktieb inħadem ukoll f'teleserial u ntwera fuq stazzjon televiżiv lokali.
- La Jibbnazza Niġi Lura (2006) - Rumanz li jkompli ma' It-Tfal Jigu bil-Vapuri. Storja dwar Susanna, Arturu, is-Sinjura, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu, u oħrajn f'raħal żgħir maqtugħ għalih waħdu. Hemm ukoll il-ħajja kkulurita tal-port. Kollox idur madwar qassis twajjeb, maħbub u mweġġa'.
- Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port (2011) - Rumanz li jkompli maż-żewġ rumanzi ta’ qablu, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri u La Jibbnazza Niġi Lura. Storja ta’ nies vittmi taċ-ċirkustanzi: Susanna, Arturu, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu u oħrajn, fosthom Wistin li qiegħed ifittex il-passat tiegħu. Fl-ambjent tal-port tiġri wkoll parti kbira mir-rakkont. Kollox idur madwar Dun Grejbel, qassis twajjeb li jispiċċa biex ibati ħafna. Rumanz li permezz tal-passat jirrakkonta sitwazzjonijiet ta’ kull żmien.
Poeżiji
- Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru taħt l-isem Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura (2002).
"Jekk" (il-poeżija li xi versi minnha jinsabu fuq il-bus shelters Maltin)
Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb
lill-qamar tul il-lej',
jekk tagħraf minn fejn telaq
is-sħab, fejn sejjer, fej',
jekk tirfes kull mogħdija
u tterraq kullimkien,
jekk tkellem lil kull ħlejqa
li tikber fil-ħolqien,
jekk togħdos fl-ibħra kollha
u tmiss qiegħ l-oċean,
jekk titla' kull muntanja
u titfi kull vulkan,
jekk tifhem lil kull siġra
u tkellem lil kull fjur,
jekk torqod ma' kull dudu
u tqum ma' kull għasfur,
jekk tgħodd in-numri kollha
u taf kull alfabett,
jekk tħott kull teorema
u żżarma kull kunċett,
jekk togħxa b'kull tbissima
u tokrob b'kull uġigħ,
jekk toftoq il-kliem kollu
u ssib is-sens li fih,
jekk taf kif kien il-bidu
u kif se jkun it-tmiem,
jekk taf kull fuq, kull isfel,
kull wara, kull quddiem,
jekk taf għaliex kull għabex
iżelleġ kull żerniq,
jekk taf kemm hija twila,
kemm twila, twila t-triq,
jekk taf għaliex l-iżbalji,
u taf x'inhu perfett,
jekk taf għax serp jitkaxkar
u għax itir farfett,
jekk ittawwalt iżżejjed
fuq xifer il-ġibjun
tal-qalb biex issa ttella'
bis-satal x'hemm midfun,
jekk il-maltemp sikkittu
u lill-irjieħ raqqadt,
jekk l-ilmijiet nixxitfhom
u lin-nirien qabbadt,
jekk fhimt kull mistoqsija
u jekk kull ħalfa ħlift,
u jekk kull rebħa rbaħtha
u jekk kull telfa tlift,
- il-petali tal-warda
waqgħulek minn idejk,
dan l-univers itektek
inqasam hemm, f'riġlejk.
Il-ħajja mistoqsija
miġbura f'elf għaliex,
u ssirlek poeżija
jekk int ma tweġibhiex.
Hekk biss ikun poeta
Għax hekk ikun poeta.
Jitkellem bi tbissima,
iħoss b’qalb tikwi nar,
u jaħraq dinja sħiħa
bi mħabbtu lejl u nhar.
Iweġġa’ bla ma jsawwat,
jissawwat bla jiqliel,
il-ġid jislet mill-ħażen,
fil-kruha jara l-ġmiel.
Ibaħħar fl-oċejani
u jogħdos f’qiegħ id-dmugħ,
b’testment bla flus iħalli
il-kliem, teżor tar-ruħ.
Iżomm ma’ xofftu l-kalċi
bla ma jitilqu qatt,
ilaqqat l-aħħar qatra
bla ma jintebaħ ħadd.
U jolfoq bla jinstema’,
ibati taħt sigriet,
bid-dmugħ jidlek il-ġrieħi,
bix-xejn jimla x-xewqiet.
F’deżert ta’ solitudni
bil-pass ta’ nkiss inkiss
iterraq sa ma jasal
f’riġlejn il-kurċifiss.
Il-golgota twelidu,
il-golgota xortih,
il-golgota li tkissru,
il-golgota li tqawwih.
Hekk biss ikun poeta.
Ara ukoll il-poeżija Karin u Raymond
Oratorji
- Pawlu ta' Malta (1985)
- Dun Ġorġ (2001)
Cantata
- L-Għanja ta' Malta (1989)
- Ħodon Fjuri lil San Publju (2010)
Awtobijografija
- Fjuri li ma jinxfux, Tifkiriet 1955-1990 (2008) - Ktieb ta’ memorji bejn esperjenzi personali, drawwiet soċjali, u battalji tal-partiti politiċi. Rakkont mimli stampi ta’ nies, avvenimenti, postijiet, l-aktar ta’ Balzunetta, il-Port il-Kbir u l-inħawi. Toroq bla wisq traffiku, tfal jilagħbu kullimkien, nisa bl-għonnella, djar bla televiżjoni, tallaba jorqdu barra, Malta kolonja Ingliża. L-awtur ipinġi kwadri kurjużi miż-żmien ta’ tfulitu sa perijodu mqalleb ħafna fl-Istorja ta’ Malta. Jirrakkonta l-ġlieda bejn il-Knisja Kattolika u l-Partit Laburista, kif għexha hu stess, tifel fil-MUSEUM u mbagħad Seminarista, fi żmien l-Interdett. Jippreżenta l-ħajja sempliċi tas-snin ħamsin u sittin, u jħallat episodji privati ma’ ġrajjiet drammatiċi fl-epoka ta’ Ġorġ Borg Olivier, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami. Jirrakkonta kif snin wara ddiskuta din is-sitwazzjoni fil-privat u fit-tul ma’ Mintoff, li kien hu stess li bi frażi li qal fil-Parlament ’Min m’għandux x’jagħmel jikteb ktieb!’ kien wasslu biex jikteb ir-rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986).
Kritika Letterarja
- Kittieba ta’ Żmienna, 1970
- Ir-Ruħ fil-Kelma, 1973,
- Ġ.A. Vassallo - 'Il-Ġifen Tork', 1975
- Il-Kultura Taljana f'Dun Karm, 1976
- Fl-Għarbiel, 1976
- Mekkaniżmi Metaforiċi f'Dun Karm, 1978
- Storja tal-Letteratura Maltija, I, 1979
- Saġġi Kritiċi, 1979
- Ellul Mercer fLeli ta' Ħaż-Żgħir' - Mir-Realtà għall-Kuxjenza, 1983
- Ġwann Mamo - Il-Kittieb tar-Riforma Soċjali, 1984
- L-Idea tal-Letteratura, Bugelli, 1986
- Dun Karm - 'Il-Jien u Lil hinn Minnu', T. Cortis, 1988
- Dun Karm, 1989
- Saggi sulla letteratura maltese, 1989
- Il-Kuxjenza Nazzjonali Maltija, 1995
- L-Istudji Kritiċi Miġbura, I, edizzjoni mħejjija minn Victor Fenech, 1995
- L-Istorja tal-Poeżija Maltija, Pubblikazzjonijiet Indipendenza, 2001
- Rużar Briffa - L-Aħħar Poeżiji u Taħdita Letterarja, 1974
- Dun Karm - Il-Poeżiji Miġbura, 1980
- Rużar Briffa - Il-Poeżiji Miġbura, 1983
- Dun Karm - Le poesie italiane, 2007 (il-poeżiji kollha bit-Taljan ta' Dun Karm)
Bijografiji letterarji
- Dun Karm - il-Bniedem fil-Poeta, 1980
- Il-Ħajja ta' Rużar Briffa, 1984
Antoloġiji
- Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, I, Testi Magħżula u Miġbura bi Studju Kritiku, 1987 (l-ewwel ġabra tal-iktar poeżiji bikrin fil-Letteratura Maltija)
- Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, II, Testi Magħżula u Miġbura bi Studju Kritiku, 1987 (ġabra ta' xogħlijiet ta' poeti tas-sekli 19 u 20)
- Il-Poeżija Maltija, 1996
Ħoloq Esterni
- Biblijografija tax-xogħlijiet ta' Oliver Friggieri
- Il-Kelma li Tqanqal ir-Ruħ - Programm tal-kelma li fih il-Prof. Oliver Friggieri janalizza temi li jolqtu lill-bniedem mill-qrib
- L’influenza della cultura italiana a Malta nel pensiero del più grande poeta maltese vivente
- Parla Friggieri, Malta l’isola dei racconti
- "Storie per una sera": racconti dello scrittore maltese Oliver Friggieri
- OLIVER FRIGGIERI: il maggiore poeta maltese contemporaneo