Tim nazzjonali tal-futbol tal-Andorra: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
No edit summary
m L-artiklu It-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Andorra tmexxa għall-paġna Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Andorra
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 08:57, 4 Novembru 2006

It-Tim Nazzjonali Ewropew tal-Futbol ta' l-Andorra, huwa tim verament ġdid fil-logħob tal-ballun internazzjonali filwaqt li l-ewwel logħba lagħabha fit-13 ta' Novembru 1996 fejn fil-belt ta' l-Andorra (Andorra La Vella) ġie megħlub mit-tim Estonjan bir-riżultat ta' 6 b'1 (Andorra 1 - 6 Estonja). L-aħjar riżultat li kiseb kien f'2 logħbiet fis-sena 2000 u fis-sena 2002 fejn rebaħ lil Belarus u l-Albanija 2 b'xejn (1 t'April tas-sena 2000: Andorra 2 - 0 Belarus) u (17 t'April tas-sena 2002: Andorra 2 - 0 Albanija). L-aħjar riżultat ħadu f'żewġ logħbiet kif ukoll ġralu fl-agħar riżultati fejn ġie minn taħt b'7 gowls kemm mar-Repubblika Ċeka, kif ukoll mal-Kroazja. (Fl-4 ta' Ġunju 2005: Repubblika Ċeka 8 - 1 Andorra) u (Fis-7 t'Ottubru 2006: Kroazja 7 - 0 Andorra).

Assoċjazzjoni: Federaciò Andorrana de Fùtbol (Il-Federazzjoni Andorrjana tal-Futbol)

Il-Kowċ Preżenti: David Rodrigo (1999- )

It-Top Scorer: Ildefons Lima (4 gowls)

Il-Kodiċi tal-FIFA: AND

Ir-Ranking tal-FIFA Preżenti: il-164 post

L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): il-125 post (f'Settembru 2005)

L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): il-188 post (f'Mejju 1997)

Ir-Ranking tal-Elo: 175 post