Diego Benaglio: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Adding: sv:Diego Benaglio
m r2.7.1) (robot Adding: ko:디에고 베나글리오
Linja 76: Linja 76:
[[it:Diego Benaglio]]
[[it:Diego Benaglio]]
[[ja:ディエゴ・ベナリオ]]
[[ja:ディエゴ・ベナリオ]]
[[ko:디에고 베나글리오]]
[[la:Didacus Benaglio]]
[[la:Didacus Benaglio]]
[[mr:दिएगो बेनाग्लियो]]
[[mr:दिएगो बेनाग्लियो]]

Reviżjoni ta' 15:40, 11 Settembru 2011

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Diego Benaglio (Żurigu, 8 ta' Settembru 1983) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab fil-Bundesliga ma' VfL Wolfsburg bħala gowlkiper.

Karriera

Klabb

Benaglio beda l-karriera tiegħu mal-klabb lokali ta' Grasshopper-Club Zürich u lagħab magħhom għal numru ta' staġuni qabel ma ngħaqad ma' VfB Stuttgart, imma sab post biss mat-tim tar-riservi.

Fl-2005–06 ingħaqad ma' Nacional ġewwa l-Portugall, fejn mal-ewwel kiseb post regulari fit-tim quddiem il-veteran Henrique Hilário, u postu assigurah bit-tluq ta' Hilário ma' Chelsea. Fit-22 ta' Jannar, 2008, Benaglio issieħeb ma' VfL Wolfsburg. Iddebutta fit-30 ta' Jannar, fejn għen lit-tim javanza għall-kwarti tal-finali tat-Tazza Ġermaniża. Maż-żmien kiseb postu regulari mal-ewwel ħdax, fejn sar l-ewwel għażla bejn il-lasti għall-klabb u għen lit-tim jirbaħ l-ewwel titlu tal-Bundesliga fl-istaġun 2008–09.

Internazzjonali

Iddebutta mat-tim nazzjonali Żvizzeru nhar it-3 ta' Ġunju, 2006, fir-rebħa ta' 4–1 fuq iċ-Ċina, li ntlagħbet bħala preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006, liema manifestazzjoni ħa sehem bħala t-tielet gowlkiper tal-iskwadra. Grazzi għall-prestazzjoni eċċellenti matul l-2008, hu kiseb post titulari mat-tim. Matul il-Kampjonati Ewropej li saru ġewwa pajjiżu, lagħab żewġ logħbiet u sofra tliet gowls. Fl-2009, ġie nominat bħala "L-Aqwa Plejer Żvizzeru".

Matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010 kien fost il-protagonisti tat-tim li kiseb post awtomatiku fil-fażi finali tal-kompetizzjoni, fejn impressjona fl-ewwel logħba mill-fażi tal-gruppi kontra Spanja li ssarfet f'rebħa ta' 1–0 għat-tim Żvizzeru.

Unuri

Żvizzera Grasshopper

Ġermanja VfL Wolfsburg

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' VfL Wolfsburg