Sligo: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.7.1) (Bot Żieda: sr:Слајго |
m r2.7.1) (Bot Żieda: fi:Sligo |
||
Linja 37: | Linja 37: | ||
[[eu:Sligo]] |
[[eu:Sligo]] |
||
[[fa:اسلایگو]] |
[[fa:اسلایگو]] |
||
[[fi:Sligo]] |
|||
[[fr:Sligo]] |
[[fr:Sligo]] |
||
[[ga:Sligeach]] |
[[ga:Sligeach]] |
Reviżjoni ta' 06:12, 11 Settembru 2011
Sligo hija belt żgħira fir-Repubblika ta' l-Irlanda, u dik ewlenija ta' County Sligo. Fl-2006 kienet tgħodd 18 -il elf ruħ. Hija tinsab imdawra b'muntanji u nixxigħat. L-eqreb belt ta' l-istess kobor hija dik ta' Derry fl-Irlanda ta' Fuq, li hija 120 kilometru 'l bogħod.
Nies Magħrufa
Fost l-aktar nies magħrufa li ħarġu minn din il-belt hemm id-direttur tal-films Neil Jordan. Il-poeta William Butler Yeats għadda snin twal fi Sligo, u jinsab midfun f'Drumcliffe, County Sligo.
Ħuh il-pittur Jack Butler Yeats huwa l-artista li l-aktar li ta fama lil din il-belt ċkejkna, meta kien għamel żmien twil ipitter it-toroq u l-port tagħha, kif ukoll il-pajsaġġ tal-madwar.
Biex tasal Sligo
Sligo qiegħda ftit kilometri biss il-bogħod mill-Irlanda ta' Fuq, għalkemm l-aħjar modi ta' trasport pubbliku huma permezz tal-ferrovija li taħdem tliet darbiet kuljum lejn Dublin via Mullingar. Jekk wieħed irid jasal Derry fl-Irlanda ta' Fuq, l-aħjar jaqbad is-servizz tal-pullman li jitlaq minn Galway u li jieqaf għal ftit ħin fi Sligo.
L-ajruport ta' Sligo huwa ħames kilometri biss mill-qalba tal-belt. Huwa għandu titjiriet diretti lejn Dublin li tieħu 40 minuta u lejn Manchester, li tieħu 80 minuta.