Klassifika dinjija tal-FIFA: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 265: Linja 265:
[[als:FIFA-Weltrangliste]]
[[als:FIFA-Weltrangliste]]
[[ar:تصنيف الفيفا العالمي للمنتخبات]]
[[ar:تصنيف الفيفا العالمي للمنتخبات]]
[[bn:ফিফা র‌্যাংকিং]]
[[cs:Žebříček FIFA]]
[[cs:Žebříček FIFA]]
[[da:FIFA's verdensrangliste]]
[[da:FIFA's verdensrangliste]]

Reviżjoni ta' 18:30, 28 Lulju 2011

L-Aqwa 25 sa Ġunju 2010[1]
Poż. Skwadra Punti Konfederazzjoni
1  Spanja 1883 UEFA
2  Netherlands 1659 UEFA
3  Brażil 1536 CONMEBOL
4  Ġermanja 1464 UEFA
5  Arġentina 1289 CONMEBOL
6  Urugwaj 1152 CONMEBOL
7  Ingilterra 1125 UEFA
8  Portugall 1062 UEFA
9  Eġittu 1053 CAF
10  Ċili 988 CONMEBOL
11  Italja 982 UEFA
12  Greċja 975 UEFA
13  Stati Uniti 969 CONCACAF
13  Serbja 969 UEFA
15  Kroazja 968 UEFA
16  Paragwaj 961 CONMEBOL
17  Russja 956 UEFA
18  Żvizzera 940 UEFA
19  Slovenja 917 UEFA
20  Awstralja 911 AFC
21  Franza 890 UEFA
22  Norveġja 878 UEFA
23  Gana 874 CAF
24  Messiku 872 CONCACAF
25  Ukrajna 870 UEFA

Il-Klassifika mondjali tal-FIFA hi sistema ta' klassifikazzjoni tat-timijiet nazzjonali tal-irġiel tal-futbol, li attwalment hi ggwidata minn Spanja. It-timijiet membri tal-FIFA, il-federazzjoni li tħares il-futbol madwar id-dinja, huma pożizzjonati skont ir-riżultati tal-logħob tagħhom, bit-timijiet bl-aktar suċċess ikunu fl-aktar postijiet għoljin. Hi wżata sistema ta' punti, bil-punti jiġu mogħtiha skont ir-riżultati tal-partiti rikonoxxuti mill-FIFA. Taħt is-sistema eżistenti, il-klassifika hi bbażata skont il-prestazzjoni tat-tim f'dawk l-aħħar erba' snin, bir-riżultati riċenti u aktar partiti sinjifikanti jiżnu aktar biex ikun rifless l-istat kompetittiv tat-tim. Il-bidla li saret, dik li jingħaddu biss ir-riżultati mill-aħħar erba' snin u mhux tal-aħħar tmienja, kienet minħabba li kienet saret xi krìtika li l-klassifiki kreati ma kienux qed jirriflettu s-saħħa relattiva tat-timijiet nazzjonali.

Sistemi alternattivi ġew ippublikati, bħall-Klassifika mondjali tal-futbol tal-Elo, ibbażati fuq is-sistema ta' klassifika wżata mill-Elo, fejn jikklassifikaw lit-timijiet skont il-prestazzjoni tagħhom ta' kull żmien. Il-Kampjonati mondjali tal-futbol inuffiċjali, tikklassifika lit-timijiet skont in-numru ta' drabi huma ddifendew it-titlu; unur li għandu dan l-iskop biss.

Storja

L-Ewwel fil-Klassifika Mondjali tal-FIFA

F'Diċembru tal-1992, il-FIFA ippublikat lista tal-tal-membri tagħha skont il-pożizzjoni tagħhom biex tipprovdi bażi ta' paragun tas-saħħa relattiva ta' dawn it-timijiet. Minn Awwissu ta' wara, bi sponsorizazzjoni minn Coca-Cola, din il-lista bdiet tiġi aġġornata frekwentament, biex tiġi ppublikata f'diversi xhur.[2] Bidliet sinjifikanti saru fl-1999 u fl-2006, wara krìtika fuq is-sistema.[3] Il-membri tal-FIFA żdiedu minn 167 għal 208 minn meta beda l-użu tal-klassifiki.

Aġġornament tal-1999

Meta l-klassifika ġiet introdotta għall-ewwel darba, tim kien jirċievi punt għal pari u tliet punti għal rebħa f'partiti rikonoxxuti mill-FIFA - xebh kbir mas-sistema tradizzjonali ta' kampjonat. Din kienet sistema aktarx faċli, u l-FIFA mal-ewwel indunat illi kien hemm diversi fatturi li kienu qed jaffettwaw l-logħob internazzjonali. Biex tilħaq aktar l-objettivi ta' paragun korrett tas-saħħa tat-timijiet nazzjonali, is-sistema tbiddlet. It-tibdil li sar kienu dawn:

  • il-klassifika tal-punti kienet maqsuma minn fattur ta' għaxra
  • il-metodu ta' kalkolu tbiddel biex jiġbor ukoll fatturi oħra li jinkludu:
    • in-numru ta' gowls li ġew skurjati jew li sofrew
    • jekk il-partita ntlgħabitx barra jew ġewwa darhom
    • l-importanza tal-partita jew kompetizzjoni
    • is-saħħa tar-reġjun
  • punti fissi ma baqgħux jingħataw aktar għal rebħa jew pari
  • it-tim li jitlef kellu ċans li jikseb xi punti

Żewġ unuri ġodda ġew introdotti bħala parti mis-sistema:

Il-bidliet li saru għal din is-sistema kienu kumplessi, imma għen biex jiżviluppaha u ssir aktar komprensiva.

Aġġornament tal-2006

Il-FIFA ħabbret li s-sistema tal-klassifika kienet se tiġi aġġornata wara t-Tazza tad-Dinja 2006. Il-perjodu ta' evalwazzjoni kien imnaqqas minn tmienja għal erba' snin, u metodu aktar sempliċi ta' kalkolu kien implimentat. Il-gowls skurjati, u l-vantaġġ tal-partiti li jintlagħbu ġewwa jew barra minn darhom ma baqgħux aktar jingħataw importanza, u aspetti oħra tal-kalkolu, bħall-importanza tal-partita, ġew reviżati. Is-sett il-ġdid tal-klassifika reviżata u l-metodoloġija ta' kalkolu ġew imħabbra fit-12 ta' Lulju 2006.

Din il-bidla saret minħabba l-krìtika tas-sistema ta' qabel. Ħafna entużjasti tal-futbol ħassew li ma kinitx sewwa, speċjalment meta kienu paragunati ma' sistemi ta' klassifika oħra u ma kinitx tirrispondi għall-bidliet tal-prestazzjoni tat-timijiet nazzjonali. Timijiet mir-Repubblika Ċeka sal-Istati Uniti kienu s-sorpriża fil-postijiet l-aktar għoljin tal-klassifika, fejn ġabu krìtika akbar u affetwaw negativament fuq il-kredibilita tas-sistema. L-eliminazzjoni ta' dawn iż-żewġ timijiet kmieni fit-Tazza tad-Dinja 2006 ġabu aktar fidi fil-krìtika li kienu jsiru.

L-ewwel postijiet fil-klassifika

Meta s-sistema kienet introdotta, il-Ġermanja ddebutat bħala l-aqwa tim fil-klassifika wara żmien ta' dominanza fl-aħħar tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja fejn spiċċat dejjem fil-finali u rebħet darba. Il-Brażil ħadu l-ewwel post fil-fażi preliminarju għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn rebħu tmienja u tilfu waħda mid-disa' partiti ta' kwalifikazzjoni, u skurjaw għoxrin gowl u sofrew erba' biss. L-Italja ħadu l-ewwel post għal żmien qasir wara wkoll suċċess fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, wara li l-ewwel post reġa' ġie miksub mill-Ġermanja.

Is-suċċess tal-Brażil fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tahom perjodu qasir tal-ewwel post. Il-Ġermanja reġgħu ħadu l-ewwel post matul it-Tazza tad-Dinja 1994, sakemm il-Brażil rebħu l-edizzjoni biex b'hekk kisbu l-ewwel post u baqgħu hemm sa seba' snin. Franza ħadu l-ewwel post wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja 1998 u tal-Kampjonati Ewropej 2000. Is-suċċess tal-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 2002 reġgħet tefgħet lit-tim Sud-Amerikan fl-ewwel post, fejn baqgħu hemm sa Frar tal-2007, wara li l-Italja rritornat għall-ewwel darba fl-ewwel post mill-1993 wara r-rebħa fit-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja. Xahar wara l-Arġentina ħadu post l-Italja, fejn kisbu l-ewwel post għall-ewwel darba, imma l-Italja rritornaw fl-ewwel post f'April. Wara r-rebħ tal-Copa América 2007 f'Lulju, il-Brażil irritornaw fl-ewwel post, imma f'Ottubru posthom reġgħu kisbuh l-Arġentina. F'Lulju 2008, Spanja ħadu l-ewwel post għall-ewwel darba, wara li rebħu l-Kampjonati Ewropej 2008. Il-Brażil reġgħu ħadu l-ewwel post wara li rebħu t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 u Spanja reġgħet ħadet it-titlu f'Novembru tal-2009 wara li rebħu l-partiti kollha fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. F'April tal-2010, il-Brażil reġgħu telgħu l-ewwel.

L-użu tal-klassifika

Dawn il-klassifiki huma wżati mill-FIFA biex tara l-progress u l-abilità kurrenti tat-timijiet nazzjonali tal-futbol tan-nazzjonijiet membri, u kif ukoll biex tipparaguna t-timijiet nazzjonali.[2] Huma huma wkoll użati bħala parti tal-kalkolu li jsir biex jikklassifikaw lit-timijiet għal kompetizzjonijiet. Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, il-klassifiki ġew użati biex jirranġaw il-gruppi fil-kompetizzjonijiet li jinvolvu lill-membri tal-CONCACAF (bl-użu tal-klassifika ta' Mejju), tal-CAF (bil-klassifika ta' Lulju), u tal-UEFA, bl-użu tal-klassifika posposta ta' Novembru 2007.

Din il-klassifika tintuża' biex tiddetermina r-rebbieħa taż-żewġ unuri annwali għat-timijiet nazzjonali skont il-bażi tal-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki.

Unuri

Kull sena l-FIFA tagħti żewġ unuri għan-nazzjonijiet membri, ibbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-klassifiki ta' matul is-sena. Dawn huma:

Tim tas-Sena

It-Tim tas-Sena hu unur mogħti lit-tim nazzjonali li fl-aqwa sebgħa logħbiet tas-sena rċieva l-akbar ammont ta' punti. It-tabella t'hawn taħt turi l-aqwa tliet timijiet ta' kull sena.[4]

Sena L-ewwel post It-tieni post It-tielet post
1993  Ġermanja  Italja  Brażil
1994  Brażil  Spanja  Żvezja
1995  Brażil  Ġermanja  Italja
1996  Brażil  Ġermanja  Franza
1997  Brażil  Ġermanja  Repubblika Ċeka
1998  Brażil  Franza  Ġermanja
1999  Brażil  Repubblika Ċeka  Franza
2000  Netherlands  Ħonduras  Italja
2001  Ħonduras  Kolombja  Kosta Rika
2002  Brażil  Franza  Spanja
2003  Brażil  Franza  Spanja
2004  Brażil  Franza  Arġentina
2005  Brażil  Repubblika Ċeka  Netherlands
2006  Brażil  Italja  Arġentina
2007  Arġentina  Brażil  Italja
2008  Spanja  Ġermanja  Netherlands
2008  Spanja  Brażil  Netherlands

L-Aqwa Progress tas-Sena

L-Aqwa Progress tas-Sena huwa unur mogħti lit-tim li jkun għamel l-iktar progress matul dik is-sena fil-klassifika mondjali. Fil-klassifika tal-FIFA, dan mhuwiex sempliċi t-tim li tela' l-aktar postijiet, imma jsir kalkolu minħabba li aktar ma' tim ikun fl-aktar postijiet għolja, aktar ikun diffiċli biex jikseb aktar punti.[2] Il-kalkolu li jintuża' hu n-numru ta' punti fi tmiem is-sena (ż) immultiplikat man-numru ta' punti li kiseb matul dik is-sena (y). It-tim bl-ikbar total jirċievi dan l-unur. It-tabella t'hawn taħt turi l-aktar tliet timijiet li għamul progress ta' kull sena.[5]

Sena L-ewwel post It-tieni post It-tielet post
1993  Kolombja  Portugall  Marokk
1994  Kroazja  Brażil  Użbekistan
1995  Ġamajka  Trinidad u Tobago  Repubblika Ċeka
1996  Afrika t'Isfel  Paragwaj  Kanada
1997  Jugożlavja  Bosnja-Ħerzegovina  Iran
1998  Kroazja  Franza  Arġentina
1999  Slovenja  Kuba  Użbekistan
2000  Niġerja  Ħonduras  Kamerun
2001  Kosta Rika  Awstralja  Ħonduras
2002  Senegal  Wales  Brażil
2003  Baħrejn  Oman  Turkmenistan
2004  Ċina  Użbekistan  Kosta tal-Avorju
2005  Gana  Etjopja  Żvizzera
2006  Italja  Ġermanja  Franza

Waqt li ma sar l-ebda unur uffiċjali għall-movimenti li seħħew fl-2007, il-FIFA ħarġet lista tal-'Aqwa Progress' fil-klassifiki tal-2007.[6] Madanakollu, il-metodu ta' kalkoli tbiddel skont id-differenza fil-punti tal-klassifiki matul il-kors tas-sena (aktar milli l-metodu wżat fl-unur uffiċjali mill-1993 sal-2006). Ir-riżultati għas-snin riċenti huma bbażati skont metodu simili.

Sena L-aqwa progressur It-tieni l-aqwa It-tielet l-aqwa
2007  Możambik  Norveġja  Kaledonja l-Ġdida
2008  Spanja  Montenegro  Russja
2008  Brażil  Alġerija  Slovenja

Skeda tal-klassifiki

Il-klassifiki jiġu ppublikati kull xahar, ħafna drabi kull nhar ta' Erbgħa. Il-logħob li jgħoddu qabel ma titħabbar il-klassifika finali, ikunu ta' nhar il-Ħamis ta' qabel dik il-ġimgħa.

Skeda 2010
Xahar Data ta' pubblikazzjoni
Jannar 3 ta' Frar†
Frar 3 ta' Marzu†
Marzu 31 ta' Marzu
April 28 ta' April
Mejju 26 ta' Mejju
Lulju 14 ta' Lulju
Awwissu 11 ta' Awwissu
Settembru 15 ta' Settembru
Ottubru 20 ta' Ottubru
Novembru 17 ta' Novembru
Diċembru 15 ta' Diċembru

† Il-klassifiki bbażati skont il-partiti li ntlagħbu qabel tmiem ix-xahar ta' Jannar u Frar mhumiex se jiġu pubblikati sax-xahar stipulat.

Ara wkoll

Referenzi

  1. ^ Klassifika kurrenti tal-FIFA
  2. ^ a b ċ FIFA.com (ed.). "FIFA/Coca-Cola World Ranking Procedure" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ "Revised FIFA/Coca-Cola World Ranking" (bl-Ingliż). 06-07-2006. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ FIFA.com (ed.). "Unur tat-Tim tas-Sena" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ FIFA.com (ed.). "L-Aqwa Progress tas-Sena" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ L-Aqwa Progress tas-Sena, riżultati tal-2007 fuq is-sit uffiċjali tal-FIFA (PDF)

Ħoloq esterni