Daniel Parejo Muñoz: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m r2.6.4) (Bot Bidla: es:Dani Parejo
Linja 120: Linja 120:
[[de:Daniel Parejo]]
[[de:Daniel Parejo]]
[[en:Daniel Parejo]]
[[en:Daniel Parejo]]
[[es:Daniel Parejo Muñoz]]
[[es:Dani Parejo]]
[[fi:Daniel Parejo]]
[[fi:Daniel Parejo]]
[[fr:Daniel Parejo]]
[[fr:Daniel Parejo]]

Reviżjoni ta' 08:24, 11 Lulju 2011

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Daniel Parejo Muñoz (Coslada, 16 ta' April 1989) hu plejer tal-futbol professjonali li jilgħab bħala midfilder mat-tim Spanjol ta' Getafe.

Karriera

Parejo kien prodott tal-akkademja ġovanili ta' Real Madrid. Il-kowċ Bernd Schuster kien impressjonat bit-talent taż-żagħżugħ u għażlu biex jitħarreġ għal diversi drabi mat-tim tal-kbar.

Fl-4 ta' Awwissu 2008, Parejo ġie msellef għal sena lit-tim taċ-Championship Ingliż Queens Park Rangers, u ddebutta mal-QPR ħamest ijiem wara fejn daħal bħala sostitut fir-rebħa ta' 2–1 fuq Barnsley f'Loftus Road. Parejo għamel tmintax-il dehra.

Fis-17 ta' Diċembru 2008, Real Madrid sejjħuh lura mis-self, wara li l-midfilders regulari tagħhom Ruben de la Red u Mahamadou Diarra spiċċaw barra għall-istaġun kollu kawża ta' problemi fiżiċi. Parejo ingħata n-numru 17, li qabel kien milbus minn Ruud van Nistelrooy li wkoll kien se jkun barra mil-logħob għall-kumplament tal-istaġun. Minkejja dawn il-problemi fit-tim, hu ftit li xejn deher mat-tim bl-ewwel logħba tkun dik kontra Sporting de Gijón tal-15 ta' Frar.

F'Lulju 2009, Parejo nxtara minn Getafe, b'Real iżommu l-opzjoni li jerġgħu jixtruh fil-futur. Nhar il-25 ta' Marzu 2010, hu skorja gowl kontra l-eks-tim tiegħu, meta seraq ballun mill-gowlkiper Iker Casillas. Il-konfront intemm f'telfa ta' 4–2.

Statistika

Staġun Klabb Kompetizzjoni App Gowls
2006–07 Real Madrid Castilla Spanja Segunda División 4 1
2007–08 Real Madrid Castilla Spanja Segunda División B 33 10
2008–09 Queens Park Rangers Ingilterra Championship Ingliż 14 0
Real Madrid Spanja Liga BBVA 5 0
2009–10 Getafe Spanja Liga BBVA 28 6
Total 84 17

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Getafe CF