Jannar: Differenza bejn il-verżjonijiet
m r2.6.5) (robot Adding: rue:Януар |
m r2.7.1) (robot Modifying: ne:जनवरी |
||
Linja 156: | Linja 156: | ||
[[nds:Januar]] |
[[nds:Januar]] |
||
[[nds-nl:Jannewaori]] |
[[nds-nl:Jannewaori]] |
||
[[ne: |
[[ne:जनवरी]] |
||
[[nl:Januari]] |
[[nl:Januari]] |
||
[[nn:Januar]] |
[[nn:Januar]] |
Reviżjoni ta' 22:38, 28 Marzu 2011
Jannar · | Frar · | Marzu · | April · | Mejju · | Ġunju · | Lulju · | Awwissu · | Settembru · | Ottubru · | Novembru · | Diċembru |
◄ | Jannar | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
31 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 |
14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 |
21 | 22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 |
28 | 29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 |
Jannar huwa l-ewwel xahar tas-sena skond il-kalendarju Gregorjan. Dan ix-xhar għandu 31 jum, u hu wieħed minn seba' xhur ta' 31 jum fil-kalendarju Gregorjan.
Jannar jibda (astroloġikament) bix-xemx fil-Kaprikornu u jispiċċa fl-Akwarju.
L-isem Jannar hu minn alla Ruman Ġanu (Ianuarius), l-alla tal-bibien; l-isem kellu l-bidu tiegħu fil-mitoloġija Rumana, fejn il-kelma Latina għal bieb (ianua) tiġi - Jannar hu l-bieb għas-sena.
Tradizzjonalment, il-kalendarju Ruman kien jikkonsisti minn 10 xhur, b'total ta' 304 ġurnata, fejn ix-xitwa kienet meqjusa bħala xahar mingħajr ġranet. Madwar 713 QK, ir-Re Numa Pompilius żied ix-xhur ta' Jannar u Frar biex jagħmel in-numru ta' ġranet tas-sena daqs tas-sena solari (355 ġurnata). L-ewwel ġurnata tax-xahar hi magħrufa bħala l-Istrina. Fil-bidu tal-153 QK ħa post Marzu bħala l-ewwel xahar. Marzu qabel kien l-ewwel xahar fil-kalendarju antik Ruman.
Diversi dati tal-festi Nsara kienu wżati għall-Ewwel tas-Sena fl-Ewropa, fosthom il-25 ta' Marzu (festa ta' l-Annunzjata) u l-25 ta' Diċembru (il-Milied). Madanakollu, l-kalendarji medjovali kienu mfassla fuq il-mudell Ruman ta' tnax-il kolonna minn Jannar sa Diċembru. Fis-seklu 16, pajjiżi Ewropej bdew uffiċċjalment jagħmlu l-1 ta' Jannar il-bidu ta' sena ġdida.
Ismijiet storiċi għal Jannar jinkludu l-isem oriġinali Ruman, Ianuarius, il-kelma tas-Sassonja Wulf-monath ("xahar tal-lupu"), u t-terminu wżat minn Karlu Manju Wintarmanoth ("xitwa/xahar kiesaħ"). Bil-Fillandiż, ix-xahar hu msejjaħ tammikuu, li tfisser ix-xahar tal-balluta, imma t-tifsira oriġinali kienet ix-xahar tal-qalb tax-xitwa, billi "tammi" kienet tfisser qalb. Dan ix-xahar hu msejjaħ bil-lingwa Ċeka leden, li tfisser ix-xahar tas-silġ.
L-ewwel Tnejn ta' Jannar hu magħruf bħala Handsel Monday fl-Iskozja u fit-tramuntana ta' l-Ingilterra. Fl-Ingilterra, is-sena ta' l-agrikoltura bdiet b'Plough Sunday fil-Ħadd wara l-Epifanija.
L-età maġġuri fil-Ġappun hi t-tieni Tnejn ta' Jannar, għal dawk li jkunu jagħlqu l-20 sena fis-sena l-ġdida tal-kalendarju. Din hi vaganza nazzjonali. Il-ġurnata kienet iċċelebrata mill-1948, imma tmexxiet għall-15 ta' Jannar mis-sena 1999, fejn kienet tmexxiet mill-gvern Ġappuniż f'attenat biex ikabbar l-ekonomija.
Fir-rota tas-sena Pagana, Jannar jispiċċa fil-perjodu ta' l-Imbolc fl-emisferu tat-tramuntana u Lughnasadh fl-emisferu ta' nofsinhar.
Avvenimenti f'Jannar
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Jannar |
- L-Istrina – 1 ta' Jannar
- Seijin shiki (成人の日 Seijin no hi) fil-Ġappun – fit-tieni Tnejn
- Jum Martin Luther King fl-Istati Uniti – fit-tielet Tnejn
- Jum l-Awstralja – 26 ta' Jannar
- Festa tar-Repubblika – 26 ta' Jannar
- Auckland Anniversary f'Auckland, New Zealand – it-Tnejn qrib id-29 ta' Jannar