Żiemel: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (robot Adding: ur:گھوڑا
m r2.6.3) (robot Adding: bxr:Морин
Linja 142: Linja 142:
[[br:Marc'h]]
[[br:Marc'h]]
[[bs:Konj]]
[[bs:Konj]]
[[bxr:Морин]]
[[ca:Cavall]]
[[ca:Cavall]]
[[cdo:Mā]]
[[cdo:Mā]]

Reviżjoni ta' 23:13, 16 Marzu 2011

Iż-żwiemel ilhom fid-dinja ħafna qabel l-umani. Meta il-Bniedem Prestoriku beda jgħix fl-għerien, iż-żwiemel kienu ilhom diġa fid-dinja madwar miljun sena.

Hyracotherium

L-ewwel żiemel kien id-daqs ta' fenek. Kien jiekol pjanti u weraq fil-foresti ta' l-Ewropa, l-Asja tal-Lvant u l-Amerika ta' Fuq, madwar 50 miljun sena ilu. Jissejjaħ ukoll Eohippus jew 'L-Ewwel Żiemel'.

Mesohippus

30 miljun sena ilu, Mesohippus jew 'Iż-Żiemel tan-Nofs', kien kbir daqs mogħża tal-lum, b'saqajn itwal u tliet iswaba fuq kull sieq. Is-sabà tan-nofs kien il-bidu ta' difer taż-żiemel.

Merychippus

Għaxar miljun sena wara, kien hemm iż-żiemel imdaqqas Merychippus jew 'Grazing Horse'. Snienu kienu itwal u aħjar biex iqaċċtu l-ħaxix biex jiekol.

Pliohippus

Għaxar miljun sena ilu, il-Merychippus, reġa' sar tibdil enormi fiż-żwiemel, fil-fatt il-Pliohippus kien kbir daqs poni. Kellu d-difer bħal taż-żwiemel tal-lum u kellu saqajn twal biżżejjed biex ikun jista' jivjaġġa fit-tul.

Equus

Dan it-tip ta' żiemel imsejjaħ 'iż-Żiemel Modern' beda jgħix fid-dinja madwar żewġ miljun sena ilu. Minn dak iż-żmien 'l hawn ftit li xejn sar tibdil fl-istrutura taż-żiemel.



Tipi ta' Żwiemel

Hawn diversi razzez ta' żwiemel, kull razza tingħaraf minn oħra permezz ta' differenza fil-kuluri u marki, kif ukoll mid-daqs, karattru u l-fatturi tal-ġisem. Dawn huma xi razzez differenti ta' żwiemel:

a) Iż-Żiemel ta' l-Irkib (Hack)

Il-hack huwa tip ta' żiemel li n-nies jirkbu fuqu għall-gost, fi kliem ieħor huwa dak iż-żiemel li jintuża' għall-horse riding. Il-hack għandu għonqu u saqajh twal u eleganti u b'dak ġismu mhux daqshekk tqil huwa ż-żiemel perfett biex tirkeb mara.

b) Eventer

L-Eventer huwa żiemel sinjur bit-talenti! Huwa dak iż-żiemel dritt li jintuża mill-pulizija tal-kavallerija u f'diversi festi importanti. Huwa magħruf ukoll għall-isport tal-ġiri bil-qbiż li jsir miż-żwiemel. Fil-fatt b'hekk jissejaħ Eventer għax jieħu sehem f'diversi avvenimenti.

ċ) Iż-Żiemel Kaċċatur (Hunter)

Żiemel Kaċċatur jista' jkun kull żiemel li huwa tajjeb għall-kaċċa tal-volpi. Imma bniedem li mhux interresat fil-kaċċa jista' juża dan iż-żiemel biex jivjaġġa bih minn post għal ieħor.

d) Cop

Cob huwa dak iż-żiemel li jintuża' biex iġorr xi karettun, karozzin jew tip ta' trasport ieħor li jitmexxa minn żiemel. Il-Cob ikollu għonqu qasir u saqajh irqaq u qosra, imma huwa verament b'saħħtu. Il-persuna li tidderieġi lil dan iż-żiemel tissejjaħ kuċċier.

e) Tarpan

L-aħħar Tarpani li kienu jeżistu fis-salvaġġ kienu jinstabu fir-Russja madwar 100 sena ilu. Illum il-ġurnata ftit għadek issib li jgħixu fi grupp ukoll. It-Tarpan ġej mir-razza taż-żwiemel magħrufa bħala Plateau.

f) Iż-Żiemel ta' Przewalski

Magħruf ukoll bħala ż-Żiemel Salvaġġ Mongoljan, jew iż-Żiemel Salvaġġ Asjatiku. Dan it-tip ta' żiemel huwa msemmi għall-Kurunell Nicolai Przewalski, li fl-1881, sab merħla żwiemel li ilhom jeżistu minn Żmien is-Silġ u qatt ma nbidlu. Illum ftit għadek issib jgħixu fis-salvaġġ, dawn tista' issibhom fil-lbiċ tal-Mongolja. Dan iż-żiemel ġej mir-razza pre-storika Steppe.

ġ) Brumby

Matul it-tfittix għad-deheb fl-Awstralja fl-1850, ħafna raħħala u bdiewa telqu mid-dar tagħhom biex ifitxxu 'l fortuna. U sabu dawn iż-żwiemel Brumby jgħixu fis-salvaġġ. Dawn kienu jużawhom bħala għajnuna f'xogħolhom sa kemm daħlu l-magni, wara l-Ewwel Gwerra Dinjija.



Partijiet Differenti fil-Ġisem taż-Żiemel

  • Għonq
  • Ħaddejn
  • Imnifsejn
  • Geddum
  • Chin Groove
  • Poll
  • Crest
  • Withers
  • Minkeb
  • Sider
  • Spalla
  • Kanal ta' l-Għonq
  • Driegħ
  • Rkobba
  • Cannon
  • Fetlock Joint
  • Coronet
  • Ergot
  • Pastern
  • Chestnut
  • Dahar
  • Loins
  • Qagħad
  • Croup
  • Dock
  • Denb
  • Falda
  • Gaskin
  • Hock
  • Point of Hock