Francis Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m r2.6.5) (robot Adding: fr:Francis Ebejer
Linja 39: Linja 39:
==Ħoloq esterni==
==Ħoloq esterni==
[http://vids.myspace.com/index.cfm?fuseaction=vids.individual&videoid=38360151] Dokumentarju 'investigattiv' fuq Francis Ebejer
[http://vids.myspace.com/index.cfm?fuseaction=vids.individual&videoid=38360151] Dokumentarju 'investigattiv' fuq Francis Ebejer

[[de:Francis Ebejer]]
[[de:Francis Ebejer]]
[[en:Francis Ebejer]]
[[en:Francis Ebejer]]
[[es:Francis Ebejer]]
[[es:Francis Ebejer]]
[[fr:Francis Ebejer]]
[[ro:Francis Ebejer]]
[[ro:Francis Ebejer]]

Reviżjoni ta' 13:37, 26 Frar 2011

Francis Ebejer (28 ta' Awissu, 1925 - 10 ta' Ġunju, 1993) kien kittieb u drammaturgu Malti tas-seklu 20.

Stampa:FrancisEbejer.jpg
Francis Ebejer

Bijografija

Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-Dingli. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-Università ta’ Malta bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu ta’ l-Ingliż-Taljan ma l-8th Army ta’ l-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta’ Fuq (1943-44). Ħa sena kors tal-letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem ta' l-Ingliż u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, Middlesex (1948-50) l-Ingilterra, inħatar kap ta' l-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sa' l-1977.

Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-B.B.C. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.

Ebejer kien membru tal-P.E.N.(L-Għaqda Internazzjonali ta' l-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill ta' l-Akkademja tal-Malti.

Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-'Cheyneh Award for the Best Producer' fl-1984, il-'Phoenicia Trophy for Culture" fl-1982 u fl-1985, u l-premju 'Città di Valletta' fl-1989.

Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.

Stampa:Francis ebejer.jpg
Monument lil Francis Ebejer, Ħad-Dingli

Xogħlijiet

Ebejer kiteb in-novelli kollha barra waħda bl-Ingliż. L-aħħar novella The Malta Baron and I Lucian kienet ippublikata fl-2002, disa’ snin wara mewtu. Din tista’ titqies bħala tewmija ma’ Requiem for a Malta Fascist (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-faxxiżmu u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.

Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f’Malta fit-tieni nofs tas-Seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.

Fis-snien ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw ‘l Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu Vaganzi tas-Sajf (1962), Boulevard (1964), u Menz (1967) għamlu suċċess kbir u taw ‘l-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien Il-Ġaħan ta' Binġemma, miktub fl-1986 ghas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopadi Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia u The Golden Tut kif ukoll The Cliffhangers, li mbagħad qalbu għall-Malti bħala L-Imwarrbin.

Novelli bl-Ingliż:

  • A Wreath of Maltese Innocents (1958)
  • Wild Spell of Summer (1968)
  • In the Eye of the Sun (1969)
  • Come Again in Spring (1973)
  • Requiem for a Malta Fascist (1980)
  • Leap of Malta Dolphins (1982)
  • The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)


Drammi bil-Malti:

  • Vaganzi tas-Sajf (1962)
  • Boulevard (1964)
  • Menz (1967)
  • Il-Ġaħan ta' Binġemma (1986)

Ħoloq esterni

[1] Dokumentarju 'investigattiv' fuq Francis Ebejer