Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Sivilja"

Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
1,322 bytes miżjuda ,  11 snin ilu
m (robot Adding: sq:Sevilja)
 
L-atmosfera tat-''[[tapas]]'' hi waħda mill-attrazzjonijiet kulturali ewlenin tal-belt: in-nies imorru minn bar għall-ieħor, jieħdu pjaċir bl-ikliet fi platti żgħar imsejħin tapas (letteralment "għotjien" bl-Ispanjol x'aktarx għax oriġinalment kienu snacks servuti fi platti żgħar użati biex jgħattu t-tazzi tax-xorb).
 
Fost l-ispeċjalitajiet lokali insibu frott tal-baħar moqli u mixwi (inklużi [[klamar|klamari]], [[siċċa|siċċ]], [[pixxispad]] u [[mazzola]]), laħmijiet mixwijin fiz-zlazi, [[spinaċi]] u [[ċiċri]], perżut tal-Andalusija (''Jamón ibérico''), kliewi tal-ħaruf fiz-zalza tax-sherry, [[bebbux]], u ''[[gazpacho]]''.
 
Fost il-ħlewwiet tipiċi ta' din il-provinċja hemm il-''polvorones'' u l-''mantecados'' mill-belt ta' [[Estepa]], tip ta' galettini magħmula mill-[[lewż tal-għarusa]], [[zokkor]] u [[xaħam]], ''Pestiños'', għaġina moqlija miksija bl-[[għasel]], ''Torrijas'', ħobż moqli bl-għasel; ''fritos Roscos'', qagħaq moqlijin fiż-żejt miksijin biz-zokkor, ''magdalenas'' jew kejkijiet żgħar; ''yemas de SanLeandro'', li jipprovdu l-kunventi tal-belt b'sors ta' dħul, u ''Tortas de aceite'', kejkijiet irqaq magħmulin biż-żejt taż-żebbuġa u miksijin biz-zokkor. Ħlief il-''polvorones'' u l-''mantecados'', li huma ikel tradizzjonali tal-Milied, l-oħrajn jittiklu matul is-sena kollha.
 
Il-larinġ ta' Sivilja li jinsab kullimkien mal-belt, hu morr wisq għall-gosti tallum u s-soltu jintuża biss għall-[[marmellata]] u l-lozjonijiet. Skont il-leġġenda, is-siġar ġew importati meta mbniet il-moskea sabiex jipprovdu d-dell għaliha u jgħattu r-riħa tal-belt medjevali.
 
== Gallerija ==
1,028

modifiki

Menu ta' navigazzjoni