Santa Sede: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 14: Linja 14:
Is-Segretarjat tal-Istat hi l-unika entita’ tal-Kurja li tinsab fil-Belt tal-Vatikan. L-oħrajn jinsabu f’binjiet f’partijiet differenti ta’ Ruma, u għandhom [[drittijiet extraterritorjali]] simili għal dawk ta’ ambaxxata.
Is-Segretarjat tal-Istat hi l-unika entita’ tal-Kurja li tinsab fil-Belt tal-Vatikan. L-oħrajn jinsabu f’binjiet f’partijiet differenti ta’ Ruma, u għandhom [[drittijiet extraterritorjali]] simili għal dawk ta’ ambaxxata.


Fost l-aktar attivi mill-istituzzjonijiet tal-Kurja, hemm il-[[Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi]], li tħares id-duttrina tal-Knisja Kattolika; il-[[Kongregazzjoni għall-Isqfijiet]], li tikkordina n-nominazzjonijiet tal-isqfijiet madwar id-dinja; il-[[Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli]], li tħares l-attivitajiet missjunarji; u l-[[Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi]], li jittratta l-paċi internazzjonali u problemi soċjali.
[[Stampa:Ombrellino-keys.svg|thumb|150px|right|Arma tas-Santa Sede waqt il-perjodu ''Sede Vacante''.]]Fost l-aktar attivi mill-istituzzjonijiet tal-Kurja, hemm il-[[Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi]], li tħares id-duttrina tal-Knisja Kattolika; il-[[Kongregazzjoni għall-Isqfijiet]], li tikkordina n-nominazzjonijiet tal-isqfijiet madwar id-dinja; il-[[Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli]], li tħares l-attivitajiet missjunarji; u l-[[Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi]], li jittratta l-paċi internazzjonali u problemi soċjali.


Tlett tribunali huma responsabbli għall-poter ġudizzjarju. Is-[[Sacra Rota]] hi responsabbli mill-kawżi normali, fosthom digrieti għall-annullamenti taż-żwiġijiet. Is-[[Sinjatura Appostolika]] hi l-qorti tal-appell u l-ogħla qorti ekkleżjastika. Il-[[Penitenzjarju Appostoliku]] hu differenti minn dawn it-tnejn u, minflok jittratta każijiet dibattibbli, joħroġ assoluzzjonijiet, dispensi, u indulġenzi.
Tlett tribunali huma responsabbli għall-poter ġudizzjarju. Is-[[Sacra Rota]] hi responsabbli mill-kawżi normali, fosthom digrieti għall-annullamenti taż-żwiġijiet. Is-[[Sinjatura Appostolika]] hi l-qorti tal-appell u l-ogħla qorti ekkleżjastika. Il-[[Penitenzjarju Appostoliku]] hu differenti minn dawn it-tnejn u, minflok jittratta każijiet dibattibbli, joħroġ assoluzzjonijiet, dispensi, u indulġenzi.

Reviżjoni ta' 16:46, 22 Lulju 2010


Is-Santa Sede (Latin: Sancta Sedes) hi l-ġurisdizzjoni episkopali tal-Knisja Kattolika ġewwa Ruma, bl-Isqof tagħha jkun il-Papa. Hi l-ogħla u l-ewwel sede episkopali tal-Knisja Kattolika, u tifforma l-gvern ċentrali tal-Knisja. Għalekk, is-Santa Sede tidher u titkellem fuq kwistjonijiet diplomatiċi u kwistjonijiet oħra, f’isem il-Knisja Kattolika kollha kemm hi. Is-Santa Sede hi ukoll rikonoxxuta mil-liġi internazzjonali bħala entita’ sovrana, immexxija mill-Papa, u li magħha jistgħu jitwettqu relazzjonijiet diplomatiċi.

Għalkemm ħafna drabi riferuta bħala “il-Vatikan”, is-Santa Sede m’hijiex l-istess entita’ bħall-Istat tal-Belt tal-Vatikan, li daħal fl-eżistenza biss fl-1929, filwaqt li s-Santa Sede tmur lura għall-ewwel żminijiet Kristjani. L-ambaxxaturi m’humiex assenjati għall-Istat tal-Belt tal-Vatikan, iżda għas-Santa Sede, u r-rapreżentanti tal-Papa għall-istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali m’humiex rikonoxxuti bħala rapreżentanti tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, iżda tas-Santa Sede.

Għalkemm kull sede episkopali hi “qaddisa” (“santa”), l-espressjoni “is-Santa Sede” hi normalment użata internazzjonalment bħala metonimu (kif ukoll fil-liġi kanonika tal-Knisja Kattolika) sabiex tirreferi għas-Sede ta’ Ruma, fid-dawl tal-gvern ċentrali tal-Knisja Kattolika. Is-Santa Sede legalment għandha bosta similaritajiet mal-kuruna fil-monarkiji sekulari Kristjani.

Organizzazzjoni

Il-Papa jiggverna l-Knisja Kattolika mill-Kurja Rumana. Il-Kurja Rumana tikkonsisti f’kumpless ta’ uffiċji li jamministraw l-affarijiet tal-knisja fl-ogħla livell tagħhom, li jinkludu s-Segretarjat tal-Istat, disgħa Kongregazzjonijiet, tlett Tribunali, ħdax –il Kunsill Pontifiċju, u sebgħa Kummissjonijiet Pontifiċji. Is-Segretarjat tal-Istat, taħt il-Kardinal Segretarju tal-Istat, jidderieġi u jikkordina l-Kurja. L-okkupant preżenti, il-Kardinal Tarcisio Bertone, hu l-ekwivalenti ta’ prim ministru fil-ġerarkija tas-Santa Sede. L-Arċisqof Dominique Mamberti, Segretarju tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet mal-Istati fis-Segretarjat tal-Istat, hu l-ekwivalenti ta’ ministru tal-affarijiet barranin. Bertone u Mamberti ġew innominati fil-karigi rispettivi tagħhom mill-Papa Benedittu XVI f’Settembru 2006.

Is-Segretarjat tal-Istat hi l-unika entita’ tal-Kurja li tinsab fil-Belt tal-Vatikan. L-oħrajn jinsabu f’binjiet f’partijiet differenti ta’ Ruma, u għandhom drittijiet extraterritorjali simili għal dawk ta’ ambaxxata.

Arma tas-Santa Sede waqt il-perjodu Sede Vacante.

Fost l-aktar attivi mill-istituzzjonijiet tal-Kurja, hemm il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, li tħares id-duttrina tal-Knisja Kattolika; il-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, li tikkordina n-nominazzjonijiet tal-isqfijiet madwar id-dinja; il-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli, li tħares l-attivitajiet missjunarji; u l-Kunsill Pontifiċju għall-Ġustizzja u l-Paċi, li jittratta l-paċi internazzjonali u problemi soċjali.

Tlett tribunali huma responsabbli għall-poter ġudizzjarju. Is-Sacra Rota hi responsabbli mill-kawżi normali, fosthom digrieti għall-annullamenti taż-żwiġijiet. Is-Sinjatura Appostolika hi l-qorti tal-appell u l-ogħla qorti ekkleżjastika. Il-Penitenzjarju Appostoliku hu differenti minn dawn it-tnejn u, minflok jittratta każijiet dibattibbli, joħroġ assoluzzjonijiet, dispensi, u indulġenzi.

Il-Prefettura għall-Affarijiet Ekonomiċi tas-Santa See tikkordina l-finanzi tas-Santa Sede u d-dipartimenti tagħha, filwaqt li tissorvelja l-amministrazzjoni tal-uffiċini kollha, irrelevanti mil-livell ta’ awtonomija tagħhom, li jimmaniġjaw dawn l-istess finanzi. L-aktar importanti fost dawn hi l-Amministrazzjoni tal-Patrimonju tas-Santa Sede.

Il-Prefettura tal-Istaff Papali hu responsabbli mill-organizzazzjoni tal-istaff papali, l-udjenzi, u ċ-ċerimonji (minbarra dawk strettament liturġiċi).

Is-Santa Sede ma tiġix xolta mal-mewt jew ir-riżenja ta’ Papa. Minflok, topera taħt sett ta’ liġijiet differenti, imsejjaħ sede vacante. Matul dan l-interregnum, il-kapijiet tad-dekasteri tal-Kurja Rumana (bħal pereżempju l-prefetti tal-kongregazzjonijiet) jiefqu immedjatament milli jokkupaw il-kariga tagħhom, bl-uniċi eċċezzjonijiet ikunu dawk tal-Penitenzjarju Maġġuri, li jkompli joħroġ assuluzzjonijiet u dispensi, u l-Camerlengo tal-Knisja Kattolika Rumana, li jamministra t-temporalitajiet (e.ż. il-propjetajiet u l-finanzi) tas-Sede ta’ San Pietru matul dan il-perjodu. Il-gvern tas-Sede, u għalekk il-Knisja Kattolika, imbagħad taqa’ fir-responsabbilta’ tal-Kulleġġ tal-Kardinali. Il-liġi Kanonika tipprojbixxi lill-Kulleġġ u l-Camerlengo milli jintroduċi affarijiet ġoda fil-gvern tal-Knisja matul dan il-perjodu.

Fl-2001, is-Santa Sede kellha dħul ta’ 422.098 billjun Lira Taljana (madwar 202 milljun Dollaru Amerikan dak iż-żmien), u profitt nett ta’ 17.720 billjun lira Taljana (madwar 8 milljun Dollaru Amerikan)