Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet
m robot Adding: so:Koobka Adduunka |
No edit summary |
||
Linja 1: | Linja 1: | ||
<!--GĦIN BIEX DIN IL-PAĠNA TIĠI IFFORMATJATA --> |
|||
{{Infobox kompetizzjoni sportiva |
{{Infobox kompetizzjoni sportiva |
||
|isem = Tazza tad-Dinja tal-FIFA |
|isem = Tazza tad-Dinja tal-FIFA |
||
|stampa = |
|||
|stampa = FIFA World Cup Trophy 2002 0103 - CROPPED-.jpg |
|||
|deskrizzjoni = Trofew attwali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol |
|deskrizzjoni = Trofew attwali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol |
||
|staġun_attwali = Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 |
|staġun_attwali = Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 |
Reviżjoni ta' 07:27, 5 Lulju 2010
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1930 |
Nru. ta' timijiet |
32 (fażi finali) 204 (fażi ta' kwalifikazzjoni) |
Reġjun | Internazzjonali (FIFA) |
Ċampjin attwali | Italja |
L-aktar rebħiet | Brażil (ħames titli) |
Sit elettroniku | fifa.com/worldcup/ |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li tintlagħab mit-timijiet nazzjonali li huma membri tal-Fédération Internationale de Football Association (FIFA). Dan il-kampjonat ra l-bidu tiegħu fl-1930 u kompla sejjer kull erba' snin, ħlief fl-1942 u l-1946, minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-format attwali tal-kompetizzjoni jinvolvi 32 tim li jikkompetu għat-titlu f'pajjiż ospitu f'perjodu ta' madwar xahar. Fażi ta' kwalifikazzjoni tieħu post qabel il-bidu tal-fażi finali, b'tal-ewwel issir fit-tliet snin qabel il-bidu tal-edizzjoni, sabiex jiġi determinat liema timijiet jikkwalifikaw għall-fażi finali flimkien mal-pajjiż ospitu. It-32 tim nazzjonali jikkompetu fi grawnds differenti ġewwa l-pajjiż (jew pajjiżi) li jkun qed jospita l-kompetizzjoni.
Matul it-tmintax-il edizzjoni li seħħew, seba' pajjiż għollew it-trofew. Il-Brażil rebħu t-Tazza tad-Dinja total ta' ħames darbiet, u huma l-uniku tim li pparteċipaw f'kull edizzjoni. L-Italja, iċ-ċampjins attwali, rebħhuh għal erba' darbiet, u l-Ġermanja ttrijonfaw għal tliet darbiet. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni inawgurali, u l-Arġentina, ħadu t-titlu darbtejn kull wieħed, u l-Ingilterra u Franza ħadu titlu wieħed kull wieħed.
It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret ġewwa l-Ġermanja. It-Tazza tad-Dinja li jmiss se ssir fl-Afrika t'Isfel, bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010.
Storja
Kompetizzjonijiet internazzjonali preċedenti
L-ewwel logħba internazzjonali ntlagħbet fl-1872 bejn l-Ingilterra u l-Iskozja,[1] minkejja li f'dak l-istadju l-isport ftit li xejn kien magħruf barra mir-Renju Unit.
Madanakollu, mal-bidu tas-seklu 20 il-folja nqalbet hekk kif il-popolarità ta' dan l-isport kibret fuq skala internazzjonali u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol bdew jiġu fundati. L-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali barra r-Renju Unit kienet bejn Franza u l-Belġju ġewwa Pariġi f'Marzu tal-1904.[2] Din wasslet għall-fundazzjoni tal-FIFA f'Pariġi fit-22 ta' Mejju 1904, li kienet tinkludi assoċjazzjonijiet tal-futbol minn Franza, il-Belġju, id-Danimarka, l-Olanda, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u l-Ġermanja.
Il-futbol kompla jeskala fil-popolarità tiegħu, u dan l-isport daħal fost id-dixxiplini li ntlagħbu fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1900 u l-1904, sakemm imbagħad sar uffiċjalment superviżat mill-FIFA fl-edizzjoni tal-1908 tal-Logħob Olimpiku tas-sajf.[3] Organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ingilterra, l-avveniment kien wieħed għal plejers dilettanti u kien aktar imħares lejh bħala għall-gost milli għal kompetizzjoni. It-tim nazzjonali tad-dilettanti Ingliż rebaħ l-avveniment kemm fl-1908 u anki fl-1912.
Il-FIFA, fl-1906, ippruvat torganizza turnew internazzjonali tal-futbol bejn pajjiżi 'l barra mill-qafas Olimpiku u dan sar ġewwa l-Iżvizzera. Dan kien żmien kmieni ħafna għall-futbol inernazzjonali u l-istorja uffiċjali tal-FIFA tiddeskrivi bħala falliment lil dan l-avveniment.
Bl-avveniment Olimpiku jkompli jinvolvi bis timijiet dilettanti, kompetizzjonijiet li jiġu kontestati minn timijiet professjonali bdew jidhru wkoll f'dan l-istadju. It-Torneo Internazionale Stampa Sportiva li sar f'Turin ġewwa l-Italja, fl-1908, kienet fost l-ewwel u s-sena ta' wara Sir Thomas Lipton organizza s-Sir Thomas Lipton Trophy, li sar ukoll ġewwa Turin. Iż-żewġ kompetizzjonijiet intlagħbu bejn klabbs individwali (mhux timijiet nazzjonali), kull wieħed rappreżentant ta' pajjiż sħiħ.
Fl-1914, il-FIFA qablet li tirrikonoxxi t-turnew Olimpiku bħala "kampjonat dinji tal-futbol għal dilettanti",[4] u ħadet ir-responsabilità li torganizza l-avveniment. Dan wassal għall-ewwel kompetizzjoni tal-futbol interkontinentali fl-Olimpjadi tas-sajf 1920, mirbuħa mill-Belġju. L-Urugwaj segwew b'żewġ rebħiet konsekuttivi fl-1924 u fl-1928. Fl-1928 kien deċiż min-naħa tal-FIFA li tospita t-turnew internazzjonali tagħhom. Bl-Urugwaj ikunu ċampjins uffiċjali għal darbtejn infila u ftit 'il bogħod miċ-ċelebrazzjoni miċ-ċentenarju mill-indipedenza fl-1930, FIFA għażlet lill-Urugwaj bħala l-ospitu.
L-ewwel Tazza tad-Dinja
L-Olimpjadi tas-sajf tal-1932 li saru ġewwa Los Angles ma kienx mistenni li fil-programm ta' logħob jiġi nkluż il-futbol minħabba li l-logħba tal-futbol ma kinitx tgawdi minn popolarità kbira fl-Istati Uniti. Il-FIFA u l-KOI unanimament ma qablux fuq l-istat ta' plejers dilettanti, u dawn ġew imwaqqgħin mil-Logħob.[5] Il-president tal-FIFA Jules Rimet beda jipprepara għall-edizzjoni inawgurali tat-Tazza tad-Dinja li kellha ssir fl-Urugwaj fl-1930. L-assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' numru partikulari ta' pajjiżi ġew mistiedna li jibgħatu tim, imma l-għażla tal-Urugwaj bħala l-post fejn kienet se ssir il-kompetizzjoni fisser li għal timijiet Ewropej dan kien se jkun vjaġġ twil u għali. Fil-fatt, l-ebda pajjiż Ewropew ma kkonferma li kien se jibgħat tim, sakemm xahrejn qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, fejn Rimet irnexxielu jipperswadi lil timijiet mill-Belġju, Franza, ir-Rumanija, u l-Jugożlavja sabiex jagħmlu dan il-vjaġġ. Kienu tlettax-il tim li ħadu sehem—sebgħa mill-Amerika t'Isfel, erbgħa mill-Ewropa u tnejn mill-Amerika ta' Fuq.
L-ewwel żewġ partiti tat-Tazza tad-Dinja ħadu post fit-13 ta' Lulju 1930, u kienu jinvolvu lil Franza u l-Istati Uniti, li għelbu lill-Messiku 4–1 u l-Belġju 3–0 rispettivament. L-ewwel gowl fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja ġie skurjat minn Lucien Laurent ta' Franza. Erbat ijiem wara ġiet skurjata l-ewwel tripletta fit-Tazza tad-Dinja mill-Amerikan Bert Patenaude fir-rebħa tal-Istati Uniti ta' 3–0 kontra l-Paragwaj. Fil-finali, l-Urugwaj għelbet lill-Arġentina 4–2 quddiem folla ta' 93,000 f'Montevideo, biex b'hekk sar l-ewwel pajjiż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja.
1934–1938
1934
It-Tazza tad-Dinja 1934 saret ġewwa l-Italja, u kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja li fiha inkludiet il-fażi ta' kwalifika. Sittax-il tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, numru li baqa' l-istess sas-sena 1982 meta dan l-istess numru ta' parteċipanti ġie estiż. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, kienu għadhom diżappuntati wara l-prestazzjoni tal-Ewropej fl-1930, u ibbojkotjaw it-Tazza tad-Dinja 1934. Il-Bolivja u l-Paragwaj kienu assenti, sabiex din is-sitwazzjoni poġġiet lill-Arġentina u lill-Brażil mal-ewwel fil-fażi finali mingħajr il-bżonn li jilgħabu logħba ta' kwalifika. L-Eġittu sar l-ewwel tim Afrikan li kkompeta, però tilef kontra l-Ungerija fl-ewwel rawnd. L-Italja rebħu dan it-turnew, imma kellhom isibu quddiem wiċċhom kritika ħarxa fuq kif it-Taljani kienu aktar privileġġati fil-grawnd, b'Benito Mussolini jistqarr li kien influwenza l-għażla tar-referis għall-partiti tat-Taljani.[6]
It-Trofew
Mill-1930 sal-1970, ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jiġu premjati bit-Trofew Jules Rimet. Oriġinarjament magħruf sempliċiment bħala World Cup jew Coupe du Monde, dan it-trofew fl-1947 kien ġie msemmi wara l-president tal-FIFA Jules Rimet li kien hu l-idea wara l-bidu tal-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni. Fl-1970, it-tielet rebħa tal-Brażil f'din il-kompetizzjoni tathom id-dritt li jżommu t-trofew għal dejjem. Madanakollu, it-trofew kien misruq fl-1983 u qatt ma nstab, fejn apparentament dan kien ġie imdewweb mill-ħallelin.[7]
Wara l-1970, trofew ġdid, magħruf aħjar bħala it-Trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, ġie disinjat. L-esperti tal-FIFA, ġejjin minn seba' pajjiżi differenti evalwaw it-53 mudell preżentat, u fl-aħħar ġie magħżul ix-xogħol tad-disinjatur Taljan Silvio Gazzaniga. It-trofew il-ġdid għandu tul ta' 36 ċm, magħmul minn deheb solidu ta' 18-il karatt u jiżen 6.175 kg. In-naħa t'isfel tat-trofew iżżomm is-sena u l-isem ta' kull rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mill-1974 'il quddiem. Id-deskrizzjoni ta' dan it-trofew skont l-istess Gazzaniga hi: "Il-linji joħorġu mill-bażi, jitilgħu fi spirali, u jestendu sabiex jirċievu lid-dinja. Mit-tensjonijiet dinamiċi tal-ġisem kompatt tal-iskultura joħorġu l-figuri ta' żewġ atleti fil-mument tar-rebħa."[8]
Dan it-trofew ma jiġix mogħti lill-pajjiż rebbieħ għal dejjem. Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja jżommu t-trofew sal-edizzjoni li jkun imiss u mbagħad jingħataw replika tat-trofew indurata bid-deheb.[9] Dan it-trofew mistenni li se jibqa' jintuża sal-2038, sakemm il-plakka tal-ismijiet tkun imtliet kollha.
Riżultati
- Noti
- ^ Ma kien l-ebda partita uffiċjali għat-tielet post fl-1930; L-Istati Uniti u l-Jugożlavja tilfu fis-semifinali. Il-FIFA tirrikonoxxi lill-Istati Uniti bħala t-tim li kklassifika fit-tielet post u l-Jugożlavja bħala t-tim fir-raba' post, wara li ntużaw ir-rekords taż-żewġ timijiet fil-kompetizzjoni.[10]
- ^ a b Ma kien hemm l-ebda partita finali uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fl-1950.[11] Ir-rebbieħ tat-turnew ġie deċiż minn grupp finali kkontestat minn erba' timijiet (Urugwaj, Brażil, Żvezja, u Spanja). Madanakollu, ir-rebħa tal-Urugwaj ta' 2–1 fuq il-Brażil kienet il-partita deċiżiva (u inċidentalment waħda mill-aħħar żewġ partiti tat-turnew) li poġġiethom l-ewwel post fil-grupp bħala ċampjins. B'hekk, din il-partita hi kkunsidrata bħala l-finali tat-Tazza tad-Dinja 1950.[12] Bl-istess mod, ir-rebħa tal-Iżvezja 3–1 fuq Spanja (li ntlagħbet fl-istess ħin tal-partita Urugwaj vs Brażil) assigurat it-tielet post għalihom.
Referenzi
- ^ BBC (ed.). "The first international football match" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ FIFA.com (ed.). "History of FIFA - Foundation" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ FIFA.com (ed.). "London, 1908" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ FIFA.com (ed.). "Where it all began" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ BBC (ed.). "The Football World Cup — An Introduction" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna). - ^ BBC (ed.). "Football, fascism and England's Nazi salute" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ FIFA.com (ed.). "Jules Rimet Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ FIFA.com (ed.). "FIFA World Cup Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ FIFA.com (ed.). "FIFA Assets – Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ 1930, FIFA.com.
- ^ 1950, FIFA.com.
- ^ FIFA.com (ed.). "Finals since 1930" (PDF).
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tazza tad-Dinja tal-Futbol |
Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA