Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 20: Linja 20:


It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|Tazza tad-Dinja 2006]] li saret ġewwa l-[[Ġermanja]]. It-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010|Tazza tad-Dinja]] li jmiss se ssir fl-[[Afrika t'Isfel]], bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010.
It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|Tazza tad-Dinja 2006]] li saret ġewwa l-[[Ġermanja]]. It-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010|Tazza tad-Dinja]] li jmiss se ssir fl-[[Afrika t'Isfel]], bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010.

==Storja==

===Kompetizzjonijiet internazzjonali preċedenti===

L-ewwel logħba internazzjonali ntlagħbet fl-1872 bejn l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Iskozja]], minkejja li f'dak l-istadju l-isport ftit li xejn kien magħruf barra mir-[[Renju Unit]].

Madanakollu, mal-bidu tas-seklu 20 il-folja nqalbet hekk kif il-popolarità ta' dan l-isport kibret fuq skala internazzjonali u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol bdew jiġu fundati. L-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali barra r-Renju Unit kienet bejn [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza|Franza]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju|Belġju]] ġewwa [[Pariġi]] f'Marzu tal-1904. Din wasslet għall-fundazzjoni tal-[[FIFA]] f'Pariġi fit-22 ta' Mejju 1904, li kienet tinkludi assoċjazzjonijiet tal-futbol minn [[Franza]], il-[[Belġju]], id-[[Danimarka]], l-[[Olanda]], [[Spanja]], l-[[Żvezja|Iżvezja]], l-[[Żvizzera|Iżvizzera]] u l-[[Ġermanja]].

Il-futbol kompla jeskala fil-popolarità tiegħu, u dan l-isport daħal fost id-dixxiplini li ntlagħbu fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1900|Olimpjadi tas-sajf tal-1900]] u l-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1904|1904]], sakemm imbagħad sar uffiċjalment superviżat mill-FIFA fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1908|edizzjoni tal-1908]] tal-Logħob Olimpiku tas-sajf. Organizzat mill-[[Federazzjoni tal-futbol tal-Ingilterra|Assoċjazzjoni tal-Futbol]] tal-[[Ingilterra]], l-avveniment kien wieħed għal plejers dilettanti u kien aktar imħares lejh bħala għall-gost milli għal kompetizzjoni. It-[[Tim nazzjonali tal-futbol tad-dilettanti tal-Ingilterra|tim nazzjonali tad-dilettanti Ingliż]] rebaħ l-avveniment kemm fl-1908 u anki fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1912|1912]].

Il-FIFA, fl-1906, ippruvat torganizza turnew internazzjonali tal-futbol bejn pajjiżi 'l barra mill-qafas Olimpiku u dan sar ġewwa l-Iżvizzera. Dan kien żmien kmieni ħafna għall-futbol inernazzjonali u l-istorja uffiċjali tal-FIFA tiddeskrivi bħala falliment lil dan l-avveniment.

Bl-avveniment Olimpiku jkompli jinvolvi bis timijiet dilettanti, kompetizzjonijiet li jiġu kontestati minn timijiet professjonali bdew jidhru wkoll f'dan l-istadju. It-[[Torneo Internazionale Stampa Sportiva]] li sar f'[[Turin]] ġewwa l-[[Italja]], fl-1908, kienet fost l-ewwel u s-sena ta' wara [[Thomas Lipton|Sir Thomas Lipton]] organizza s-[[Sir Thomas Lipton Trophy]], li sar ukoll ġewwa Turin. Iż-żewġ kompetizzjonijiet intlagħbu bejn [[klabb tal-futbol|klabbs]] individwali (mhux timijiet nazzjonali), kull wieħed rappreżentant ta' pajjiż sħiħ.

Fl-1914, il-FIFA qablet li tirrikonoxxi t-turnew Olimpiku bħala "kampjonat dinji tal-futbol għal dilettanti", u ħadet ir-responsabilità li torganizza l-avveniment. Dan wassal għall-ewwel kompetizzjoni tal-futbol interkontinentali fl-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1920|Olimpjadi tas-sajf 1920]], mirbuħa mill-Belġju. L-Urugwaj segwew b'żewġ rebħiet konsekuttivi fl-1924 u fl-1928. Fl-1928 kien deċiż min-naħa tal-FIFA li tospita t-turnew internazzjonali tagħhom. Bl-Urugwaj ikunu ċampjins uffiċjali għal darbtejn infila u ftit 'il bogħod miċ-ċelebrazzjoni miċ-ċentenarju mill-indipedenza fl-1930, FIFA għażlet lill-Urugwaj bħala l-ospitu.


==It-Trofew==
==It-Trofew==

Reviżjoni ta' 17:07, 25 Ġunju 2010

Tazza tad-Dinja tal-FIFA
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
Stampa:FIFA World Cup Trophy 2002 0103 - CROPPED-.jpg
Trofew attwali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol
Sport Futbol
Fundazzjoni 1930
Nru. ta' timijiet 32 (fażi finali)
204 (fażi ta' kwalifikazzjoni)
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali  Italja
L-aktar rebħiet  Brażil (ħames titli)
Sit elettroniku fifa.com/worldcup/

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li tintlagħab mit-timijiet nazzjonali li huma membri tal-Fédération Internationale de Football Association (FIFA). Dan il-kampjonat ra l-bidu tiegħu fl-1930 u kompla sejjer kull erba' snin, ħlief fl-1942 u l-1946, minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-format attwali tal-kompetizzjoni jinvolvi 32 tim li jikkompetu għat-titlu f'pajjiż ospitu f'perjodu ta' madwar xahar. Fażi ta' kwalifikazzjoni tieħu post qabel il-bidu tal-fażi finali, b'tal-ewwel issir fit-tliet snin qabel il-bidu tal-edizzjoni, sabiex jiġi determinat liema timijiet jikkwalifikaw għall-fażi finali flimkien mal-pajjiż ospitu. It-32 tim nazzjonali jikkompetu fi grawnds differenti ġewwa l-pajjiż (jew pajjiżi) li jkun qed jospita l-kompetizzjoni.

Matul it-tmintax-il edizzjoni li seħħew, seba' pajjiż għollew it-trofew. Il-Brażil rebħu t-Tazza tad-Dinja total ta' ħames darbiet, u huma l-uniku tim li pparteċipaw f'kull edizzjoni. L-Italja, iċ-ċampjins attwali, rebħhuh għal erba' darbiet, u l-Ġermanja ttrijonfaw għal tliet darbiet. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni inawgurali, u l-Arġentina, ħadu t-titlu darbtejn kull wieħed, u l-Ingilterra u Franza ħadu titlu wieħed kull wieħed.

It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret ġewwa l-Ġermanja. It-Tazza tad-Dinja li jmiss se ssir fl-Afrika t'Isfel, bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010.

Storja

Kompetizzjonijiet internazzjonali preċedenti

L-ewwel logħba internazzjonali ntlagħbet fl-1872 bejn l-Ingilterra u l-Iskozja, minkejja li f'dak l-istadju l-isport ftit li xejn kien magħruf barra mir-Renju Unit.

Madanakollu, mal-bidu tas-seklu 20 il-folja nqalbet hekk kif il-popolarità ta' dan l-isport kibret fuq skala internazzjonali u assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol bdew jiġu fundati. L-ewwel logħba internazzjonali uffiċjali barra r-Renju Unit kienet bejn Franza u l-Belġju ġewwa Pariġi f'Marzu tal-1904. Din wasslet għall-fundazzjoni tal-FIFA f'Pariġi fit-22 ta' Mejju 1904, li kienet tinkludi assoċjazzjonijiet tal-futbol minn Franza, il-Belġju, id-Danimarka, l-Olanda, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u l-Ġermanja.

Il-futbol kompla jeskala fil-popolarità tiegħu, u dan l-isport daħal fost id-dixxiplini li ntlagħbu fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1900 u l-1904, sakemm imbagħad sar uffiċjalment superviżat mill-FIFA fl-edizzjoni tal-1908 tal-Logħob Olimpiku tas-sajf. Organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Ingilterra, l-avveniment kien wieħed għal plejers dilettanti u kien aktar imħares lejh bħala għall-gost milli għal kompetizzjoni. It-tim nazzjonali tad-dilettanti Ingliż rebaħ l-avveniment kemm fl-1908 u anki fl-1912.

Il-FIFA, fl-1906, ippruvat torganizza turnew internazzjonali tal-futbol bejn pajjiżi 'l barra mill-qafas Olimpiku u dan sar ġewwa l-Iżvizzera. Dan kien żmien kmieni ħafna għall-futbol inernazzjonali u l-istorja uffiċjali tal-FIFA tiddeskrivi bħala falliment lil dan l-avveniment.

Bl-avveniment Olimpiku jkompli jinvolvi bis timijiet dilettanti, kompetizzjonijiet li jiġu kontestati minn timijiet professjonali bdew jidhru wkoll f'dan l-istadju. It-Torneo Internazionale Stampa Sportiva li sar f'Turin ġewwa l-Italja, fl-1908, kienet fost l-ewwel u s-sena ta' wara Sir Thomas Lipton organizza s-Sir Thomas Lipton Trophy, li sar ukoll ġewwa Turin. Iż-żewġ kompetizzjonijiet intlagħbu bejn klabbs individwali (mhux timijiet nazzjonali), kull wieħed rappreżentant ta' pajjiż sħiħ.

Fl-1914, il-FIFA qablet li tirrikonoxxi t-turnew Olimpiku bħala "kampjonat dinji tal-futbol għal dilettanti", u ħadet ir-responsabilità li torganizza l-avveniment. Dan wassal għall-ewwel kompetizzjoni tal-futbol interkontinentali fl-Olimpjadi tas-sajf 1920, mirbuħa mill-Belġju. L-Urugwaj segwew b'żewġ rebħiet konsekuttivi fl-1924 u fl-1928. Fl-1928 kien deċiż min-naħa tal-FIFA li tospita t-turnew internazzjonali tagħhom. Bl-Urugwaj ikunu ċampjins uffiċjali għal darbtejn infila u ftit 'il bogħod miċ-ċelebrazzjoni miċ-ċentenarju mill-indipedenza fl-1930, FIFA għażlet lill-Urugwaj bħala l-ospitu.

It-Trofew

Stampa:Wohlfahrtsbriefmarke-fifa.jpg
It-trofew tat-Tazza tad-Dinja fuq bolla Ġermaniża

Mill-1930 sal-1970, ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jiġu premjati bit-Trofew Jules Rimet. Oriġinarjament magħruf sempliċiment bħala World Cup jew Coupe du Monde, dan it-trofew fl-1947 kien ġie msemmi wara l-president tal-FIFA Jules Rimet li kien hu l-idea wara l-bidu tal-ewwel edizzjoni ta' din il-kompetizzjoni. Fl-1970, it-tielet rebħa tal-Brażil f'din il-kompetizzjoni tathom id-dritt li jżommu t-trofew għal dejjem. Madanakollu, it-trofew kien misruq fl-1983 u qatt ma nstab, fejn apparentament dan kien ġie imdewweb mill-ħallelin.[1]

Wara l-1970, trofew ġdid, magħruf aħjar bħala it-Trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, ġie disinjat. L-esperti tal-FIFA, ġejjin minn seba' pajjiżi differenti evalwaw it-53 mudell preżentat, u fl-aħħar ġie magħżul ix-xogħol tad-disinjatur Taljan Silvio Gazzaniga. It-trofew il-ġdid għandu tul ta' 36 ċm, magħmul minn deheb solidu ta' 18-il karatt u jiżen 6.175 kg. In-naħa t'isfel tat-trofew iżżomm is-sena u l-isem ta' kull rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mill-1974 'il quddiem. Id-deskrizzjoni ta' dan it-trofew skont l-istess Gazzaniga hi: "Il-linji joħorġu mill-bażi, jitilgħu fi spirali, u jestendu sabiex jirċievu lid-dinja. Mit-tensjonijiet dinamiċi tal-ġisem kompatt tal-iskultura joħorġu l-figuri ta' żewġ atleti fil-mument tar-rebħa."[2]

Dan it-trofew ma jiġix mogħti lill-pajjiż rebbieħ għal dejjem. Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja jżommu t-trofew sal-edizzjoni li jkun imiss u mbagħad jingħataw replika tat-trofew indurata bid-deheb.[3] Dan it-trofew mistenni li se jibqa' jintuża sal-2038, sakemm il-plakka tal-ismijiet tkun imtliet kollha.

Riżultati

Sena Ospitu Finali Partita għat-Tielet Post
Rebbieħa Riżultat Finalista tellief It-Tielet post Riżultat Ir-Raba' post
1930
Dettalji
Urugwaj
Urugwaj
4–2
Arġentina

Stati Uniti
[nota 1]
Jugożlavja
1934
Dettalji
Italja
Italja
2–1
(ħ.s.)

Ċekoslovakkja

Ġermanja
3–2
Awstrija
1938
Dettalji
Franza
Italja
4–2
Ungerija

Brażil
4–2
Żvezja
1950
Dettalji
Brażil
Urugwaj
[nota 2]
Brażil

Żvezja
[nota 2]
Spanja
1954
Dettalji
Żvizzera
Ġermanja tal-Punent
3–2
Ungerija

Awstrija
3–1
Urugwaj
1958
Dettalji
Żvezja
Brażil
5–2
Żvezja

Franza
6–3
Ġermanja tal-Punent
1962
Dettalji
Ċili
Brażil
3–1
Ċekoslovakkja

Ċili
1–0
Jugożlavja
1966
Dettalji
Ingilterra
Ingilterra
4–2
(ħ.s.)

Ġermanja tal-Punent

Portugall
2–1
Unjoni Sovjetika
1970
Dettalji
Messiku
Brażil
4–1
Italja

Ġermanja tal-Punent
1–0
Urugwaj
1974
Dettalji
Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
2–1
Netherlands

Polonja
1–0
Brażil
1978
Dettalji
Arġentina
Arġentina
3–1
(ħ.s.)

Netherlands

Brażil
2–1
Italja
1982
Dettalji
Spanja
Italja
3–1
Ġermanja tal-Punent

Polonja
3–2
Franza
1986
Dettalji
Messiku
Arġentina
3–2
Ġermanja tal-Punent

Franza
4–2
(ħ.s.)

Belġju
1990
Dettalji
Italja
Ġermanja tal-Punent
1–0
Arġentina

Italja
2–1
Ingilterra
1994
Dettalji
Stati Uniti
Brażil
0–0
(ħ.s.)
(3–2 pens.)

Italja

Żvezja
4–0
Bulgarija
1998
Dettalji
Franza
Franza
3–0
Brażil

Kroazja
2–1
Netherlands
2002
Dettalji
Korea t'Isfel
u Ġappun

Brażil
2–0
Ġermanja

Turkija
3–2
Korea t'Isfel
2006
Dettalji
Ġermanja
Italja
1–1
(ħ.s.)
(5–3 pens.)

Franza

Ġermanja
3–1
Portugall
Noti
  1. ^ Ma kien l-ebda partita uffiċjali għat-tielet post fl-1930; L-Istati Uniti u l-Jugożlavja tilfu fis-semifinali. Il-FIFA tirrikonoxxi lill-Istati Uniti bħala t-tim li kklassifika fit-tielet post u l-Jugożlavja bħala t-tim fir-raba' post, wara li ntużaw ir-rekords taż-żewġ timijiet fil-kompetizzjoni.[4]
  2. ^ a b Ma kien hemm l-ebda partita finali uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fl-1950.[5] Ir-rebbieħ tat-turnew ġie deċiż minn grupp finali kkontestat minn erba' timijiet (Urugwaj, Brażil, Żvezja, u Spanja). Madanakollu, ir-rebħa tal-Urugwaj ta' 2–1 fuq il-Brażil kienet il-partita deċiżiva (u inċidentalment waħda mill-aħħar żewġ partiti tat-turnew) li poġġiethom l-ewwel post fil-grupp bħala ċampjins. B'hekk, din il-partita hi kkunsidrata bħala l-finali tat-Tazza tad-Dinja 1950.[6] Bl-istess mod, ir-rebħa tal-Iżvezja 3–1 fuq Spanja (li ntlagħbet fl-istess ħin tal-partita Urugwaj vs Brażil) assigurat it-tielet post għalihom.

Referenzi

  1. ^ FIFA.com (ed.). "Jules Rimet Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  2. ^ FIFA.com (ed.). "FIFA World Cup Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ FIFA.com (ed.). "FIFA Assets – Trophy" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ 1930, FIFA.com.
  5. ^ 1950, FIFA.com.
  6. ^ FIFA.com (ed.). "Finals since 1930" (PDF).

Ħoloq esterni

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA