Tazza tad-Dinja tal-Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 314: Linja 314:
[[mr:फिफा विश्वचषक]]
[[mr:फिफा विश्वचषक]]
[[ms:Piala Dunia FIFA]]
[[ms:Piala Dunia FIFA]]
[[my:ဖီဖာ ကမ္ဘာ့ဖလား]]
[[nap:Campionato munniale 'e pallone]]
[[nap:Campionato munniale 'e pallone]]
[[ne:फुटबल विश्वकप]]
[[ne:फुटबल विश्वकप]]

Reviżjoni ta' 22:27, 9 Ġunju 2010

Tazza tad-Dinja tal-FIFA
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
Stampa:FIFA World Cup Trophy 2002 0103 - CROPPED-.jpg
Trofew attwali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol
Sport Futbol
Fundazzjoni 1930
Nru. ta' timijiet 32 (fażi finali)
204 (fażi ta' kwalifikazzjoni)
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali  Italja
L-aktar rebħiet  Brażil (ħames titli)
Sit elettroniku fifa.com/worldcup/

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol li tintlagħab mit-timijiet nazzjonali li huma membri tal-Fédération Internationale de Football Association (FIFA). Dan il-kampjonat ra l-bidu tiegħu fl-1930 u kompla sejjer kull erba' snin, ħlief fl-1942 u l-1946, minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-format attwali tal-kompetizzjoni jinvolvi 32 tim li jikkompetu għat-titlu f'pajjiż ospitu f'perjodu ta' madwar xahar. Fażi ta' kwalifikazzjoni tieħu post qabel il-bidu tal-fażi finali, b'tal-ewwel issir fit-tliet snin qabel il-bidu tal-edizzjoni, sabiex jiġi determinat liema timijiet jikkwalifikaw għat-turnew flimkien mal-pajjiż ospitu.

Dan il-kampjonat hu l-iktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, b'madwar 715.1 miljun persuna li segwew il-kampjonat ta' l-2006. Il-format tal-kompetizzjoni tinvolvi 32 tim nazzjonali li jikkompetu fi grawnds differenti ġewwa l-pajjiż (jew pajjiżi) li jkunu qed jospitaw il-kompetizzjoni. Biex jiġu ddeterminati l-pajjiżi parteċipanti, il-logħob ta' kwalifikazzjoni jintlagħbu madwar tliet snin qabel il-finali.

Matul it-tmintax-il eidzzjoni li seħħew, seba' pajjiż għollew it-trofew finali. Il-Brażil rebħu t-Tazza tad-Dinja total ta' ħames darbiet, u huma l-uniku tim li pparteċipaw f'kull edizzjoni. L-Italja, iċ-ċampjins attwali, rebħhuh għal erba' timijiet, u l-Ġermanja ttrijonfaw bi tliet titli. L-Urugwaj, rebbieħa tal-edizzjoni inawgurali, u l-Arġentina, ħadu t-titlu darbtejn kull wieħed, u l-Ingilterra u Franza ħadu titlu kull wieħed.

It-Tazza tad-Dinja huwa l-aktar avveniment sportiv segwit fid-dinja, bi stima ta' 715.1 miljun persuna li raw il-partita finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 li saret ġewwa l-Ġermanja. It-Tazza tad-Dinja li jmiss se ssir fl-Afrika t'Isfel, bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010.

It-Trofew

Stampa:Wohlfahrtsbriefmarke-fifa.jpg
It-trofew tat-Tazza tad-Dinja fuq bolla Ġermaniża

Mill-1930 sa l-1970, ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja kienu jiġu premjati bit-Trofew Rimet. Oriġinarjament magħruf bħala "Victory", imma ġeneralment magħruf sempliċiment bħala World Cup jew Coupe du Monde, dan it-trofew fl-1947 kien ġie msemmi wara l-president tal-FIFA Jules Rimet li kien hu l-idea wara l-bidu għal din il-kompetizzjoni. Fl-1970, it-tielet rebħa tal-Brażil f'din il-kompetizzjoni tathom id-dritt li jżommu t-trofew għal dejjem. Madanakollu, it-trofew kien misruq fl-1983 u qatt ma nstab, fejn apparentament dan kien ġie maħlul mill-ħallelin.[1]

Wara l-1970, trofew ġdid, magħruf aħjar bħala it-Trofew tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, ġie disinjat. L-esperti tal-FIFA, ġejjin minn seba' pajjiżi differenti evalwaw it-53 mudell preżentat, u fl-aħħar ġie magħżul ix-xogħol tad-disinjatur Taljan Silvio Gazzaniga. It-trofew il-ġdid hu ta' 36 ċm, magħmul minn deheb solidu ta' 18-il karatt u jiżen 6.175kg. In-naħa t'isfel tat-trofew iżżomm is-sena u l-isem ta' kull rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mill-1974 'il quddiem.[2]

Dan it-trofew ma jkunx mogħti lin-nazzjon rebbieħ għal dejjem, u dan ma jiddependix minħabba n-numru ta' edizzjonijiet li jkun rebaħ. Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja jżommu t-trofew sa l-edizzjoni li jkun imiss u mbagħad jingħataw replika tat-trofew.[3] L-Arġentina, il-Ġermanja (bħala Ġermanja tal-Punent), l-Italja u l-Brażil rebħu t-tieni trofew darbtejn, waqt li Franza darba. Dan it-trofew jibqa' jintuża sakemm il-plakka ta' l-ismijiet tkun imtliet kollha u dan mistenni li jiġri fl-2038.

Maskot

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Maskots tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol.

Kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, mill-1966, kellha l-proprju maskot. Għall-bidu kienet maħsuba biex tattira aktar il-pubbliku aktar ġovanili (partikularment it-tfal), aktar tard din saret mezz pubbliċitarju tal-kompetizzjoni.

Riżultati

Sena Ospitu Finali Partita għat-Tielet Post
Rebbieħa Riżultat Finalista tellief It-Tielet post Riżultat Ir-Raba' post
1930
Dettalji
Urugwaj
Urugwaj
4–2
Arġentina

Stati Uniti
[nota 1]
Jugożlavja
1934
Dettalji
Italja
Italja
2–1
(ħ.s.)

Ċekoslovakkja

Ġermanja
3–2
Awstrija
1938
Dettalji
Franza
Italja
4–2
Ungerija

Brażil
4–2
Żvezja
1950
Dettalji
Brażil
Urugwaj
[nota 2]
Brażil

Żvezja
[nota 2]
Spanja
1954
Dettalji
Żvizzera
Ġermanja tal-Punent
3–2
Ungerija

Awstrija
3–1
Urugwaj
1958
Dettalji
Żvezja
Brażil
5–2
Żvezja

Franza
6–3
Ġermanja tal-Punent
1962
Dettalji
Ċili
Brażil
3–1
Ċekoslovakkja

Ċili
1–0
Jugożlavja
1966
Dettalji
Ingilterra
Ingilterra
4–2
(ħ.s.)

Ġermanja tal-Punent

Portugall
2–1
Unjoni Sovjetika
1970
Dettalji
Messiku
Brażil
4–1
Italja

Ġermanja tal-Punent
1–0
Urugwaj
1974
Dettalji
Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent
2–1
Netherlands

Polonja
1–0
Brażil
1978
Dettalji
Arġentina
Arġentina
3–1
(ħ.s.)

Netherlands

Brażil
2–1
Italja
1982
Dettalji
Spanja
Italja
3–1
Ġermanja tal-Punent

Polonja
3–2
Franza
1986
Dettalji
Messiku
Arġentina
3–2
Ġermanja tal-Punent

Franza
4–2
(ħ.s.)

Belġju
1990
Dettalji
Italja
Ġermanja tal-Punent
1–0
Arġentina

Italja
2–1
Ingilterra
1994
Dettalji
Stati Uniti
Brażil
0–0
(ħ.s.)
(3–2 pens.)

Italja

Żvezja
4–0
Bulgarija
1998
Dettalji
Franza
Franza
3–0
Brażil

Kroazja
2–1
Netherlands
2002
Dettalji
Repubblika Koreana
u Ġappun

Brażil
2–0
Ġermanja

Turkija
3–2
Korea t'Isfel
2006
Dettalji
Ġermanja
Italja
1–1
(ħ.s.)
(5–3 pens.)

Franza

Ġermanja
3–1
Portugall
Noti
  1. ^ Ma kien l-ebda partita uffiċjali għat-tielet post fl-1930; L-Istati Uniti u l-Jugożlavja tilfu fis-semifinali. Il-FIFA tirrikonoxxi lill-Istati Uniti bħala t-tim li kklassifika fit-tielet post u l-Jugożlavja bħala t-tim fir-raba' post, wara li ntużaw ir-rekords taż-żewġ timijiet fil-kompetizzjoni.[4]
  2. ^ a b Ma kien hemm l-ebda partita finali uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fl-1950.[5] Ir-rebbieħ tat-turnew ġie deċiż minn grupp finali kkontestat minn erba' timijiet (Urugwaj, Brażil, Żvezja, u Spanja). Madanakollu, ir-rebħa tal-Urugwaj ta' 2–1 fuq il-Brażil kienet il-partita deċiżiva (u inċidentalment waħda mill-aħħar żewġ partiti tat-turnew) li poġġiethom l-ewwel post fil-grupp bħala ċampjins. B'hekk, din il-partita hi kkunsidrata bħala l-finali tat-Tazza tad-Dinja 1950.[6] Bl-istess mod, ir-rebħa tal-Iżvezja 3–1 fuq Spanja (li ntlagħbet fl-istess ħin tal-partita Urugwaj vs Brażil) assigurat it-tielet post għalihom.

Rekords u Statistika

Rebbieħa

Top Scorers

It-top scorer mill-edizzjonijiet kollha tat-Tazza tad-Dinja huwa Ronaldo tal-Brażil li fit-tliet edizzjonijiet huwa skorja 15-il gowl. Fl-edizzjoni tal-Korea u l-Ġappun, fl-2002, huwa spiċċa bħala top scorer meta kontra kull tim li lagħbu l-Brażil hu rnexxielu jiskorja (ħlief kontra l-Ingilterra). Fil-finali skorja doppjetta li rregalat il-ħames trofew għall-Brażil.

Fit-tieni post insibu lill-Ġermaniż Gerd Müller b'erbatax-il gowl, li hu kkunsidrat bħala fost l-aktar attakkant b'suċċessi. Hu spiċċa top scorer fit-Tazza tad-Dinja 1970 fil-Messiku b'għaxar gowls. Fit-tielet post insibu lil Just Fontaine ta' Franza bi tlettax-il gowl li ġew kollha fil-kampjonat ta' l-1958 li sar fl-Isvezja.

Fir-raba' post insibu lil Pelé tal-Brażil li hu l-istilla Brażiljana ta' kull żmien. Fl-edizzjoni ta' l-1958 hu skorja sitt gowls f'erba' logħbiet u sar l-iżgħar plejer li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja (17-il sena u 239 ġurnata) kif ukoll l-iżgħar plejer li skorja tripletta (17-il sena u 249 ġurnata). Fit-Tazza tad-Dinja 1962 hu spiċċa b'gowl wieħed biss skorjat fl-ewwel ġurnata tal-logħob. Fl-1966 Pelé sar l-ewwel plejer li qatt skorja fi tliet edizzjonijiet wara xulxin meta skorja l-uniku gowl tiegħu f'dik l-edizzjoni kontra l-Bulgarija. Fl-edizzjoni ta' wara hu spiċċa biex skorja erba' gowls.

L-Aktar Gowl Kmieni

Fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja l-aktar gowl kmieni sar fl-edizzjoni tal-Korea u l-Ġappun fl-2002, meta fil-parita bejn il-Korea t'Isfel u t-Turkija, għat-tielet u r-raba' post, il-Korea sofriet l-ewwel gowl wara biss ħdax-il sekonda mill-plejer Tork Hakan Şükür. Dan irnexxielu jirbaħ ballun importanti fuq l-iżball tad-difiża biex fetaħ l-iskor kmieni. Il-partita spiċċat bit-Turkija jirbħu 3-2. Václav Mašek taċ-Ċekoslovakkja skorja t-tieni l-iktar gowl kmieni meta wara ħmistax-il sekonda skorja il-gowl tal-vantaġġ kontra l-Messiku waqt il-fażi tal-gruppi. Il-partita spiċċat bil-Messiku jirbħu 3-1.

Referenzi

  1. ^ Jules Rimet Trophy (Ingliż). FIFA.com. Aċċessata nhar id-19 ta' Novembru, 2007.
  2. ^ FIFA World Cup Trophy (Ingliż). FIFA.com. Aċċessata nhar id-19 ta' Novembru, 2007.
  3. ^ FIFA Assets – Trophy (Ingliż). FIFA.com. Aċċessata nhar id-19 ta' Novembru, 2007.
  4. ^ 1930, FIFA.com.
  5. ^ 1950, FIFA.com.
  6. ^ Finals since 1930 (PDF), FIFA.com.

Ħoloq esterni

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA