Sit elettroniku: Differenza bejn il-verżjonijiet
m robot Adding: bn:ওয়েবসাইট |
m robot Adding: gv:Ynnyd-eggey, sw:Tovuti |
||
Linja 77: | Linja 77: | ||
[[fr:Site Web]] |
[[fr:Site Web]] |
||
[[gl:Sitio web]] |
[[gl:Sitio web]] |
||
[[gv:Ynnyd-eggey]] |
|||
[[he:אתר אינטרנט]] |
[[he:אתר אינטרנט]] |
||
[[hy:Ցանցակայք]] |
[[hy:Ցանցակայք]] |
||
Linja 108: | Linja 109: | ||
[[su:Ramatloka]] |
[[su:Ramatloka]] |
||
[[sv:Webbplats]] |
[[sv:Webbplats]] |
||
[[sw:Tovuti]] |
|||
[[ta:வலைத்தளம்]] |
[[ta:வலைத்தளம்]] |
||
[[te:వెబ్సైటు]] |
[[te:వెబ్సైటు]] |
Reviżjoni ta' 11:26, 3 April 2010
Sit Elettroniku (bl-Ingliż website), hija kollezzjoni ta' paġni elettroniċi, immaġini, videos, u affarijiet diġitali oħra, li huma aċċessibbli permezz ta' l-internet, ċellulari jew LAN.
Paġna elettronika hija dokument, tipikament miktubha bl-HTML, li hu kważi dejjem aċċessibbli permezz ta' l-HTTP, u protokol li jittrasferixxi informazzjoni mill-Web server biex tidher fuq il-Web browser ta' l-utent. Kull sit elettroniku li hu aċċessibbli pubblikament huwa parti mill-World Wide Web.
Storja
L-ewwel sit elettroniku deher fl-1991. Fit-30 t'April 1993, CERN annunċa li l-World Wide Web se tkun mingħajr ħlas għal kulħadd. Kopja tal-paġna oriġinali ta' l-ewwel sit elettroniku, magħmula minn Tim Berners-Lee, hi miżmumha hawnhekk.
Tipoloġiji tas-siti elettroniċi
Kategoriji
Is-siti elettroniċi jiġu diviżi f'kategoriji li jinkwadraw is-settur ta' l-operazzjoni u s-servizzi li toffri:
- sit personali - kondott minn individwu jew gruppi żgħar ta' persuni (bħal familja), li tikkonsisti minn informazzjoni bħal awtobijografija jew tiffokalizza fuq l-interessi personali (eżempju blog)
- sit azjendali - jiffunzjona biex jippromovi azjenda jew xi servizz
- sit ta' kummerċ elettroniku (jew "e-commerce) - speċjalizzat fil-bejgħ ta' prodotti u/jew servizzi permezz ta' l-internet
- sit komunitarju - sit fejn l-utenti jistgħu jikkomunikaw bejniethom (eżempju chat jew forum, li jiffurmaw komunità vurtwali)
- sit tad-download - ġabra ta' ħoloq fejn wieħed jista' jniżżel xi software (eżempju fajls, immaġini, logħob, etċ.)
- forum - lokazzjoni fejn wieħed jiddiskuti xi suġġett partikulari fuq l-internet
- sit informattiv - kontenut li l-għan tiegħu hu li jinforma l-utent, imma mhux bilfors bi skopi ta' qligħ
- muturi ta' riċerka (jew "search engine") - jirreġistra il-kontenuti ta' siti oħra u jkunu disponibbli għal riċerka
- database - sit fejn l-użu tiegħu hu biex wieħed ifittex u jara' kontenut ta' database partikulari (eżempju l-Internet Movie Database (IMDB) għall-films)
- sit għal-logħob - sit fejn wieħed jista' jsib diversi logħob biex jilgħabhom fuq l-internet
- link farm - siti krejati biex jagħmlu ħoloq għal siti oħra
Aċċess għal paġni elettroniċi
Il-paġni ta' sit jistgħu jkunu aċċessibbli permezz ta' format komuni (li jissejjaħ "isem tad-dominju" per eżempju "www.kernel.org"), segwita minn serje opzjonali ta' ismijiet tal-paġni li jsegwu wara. L-isem komplet ta' kull paġna huwa msejjaħ "indirizz tas-sit" jew teknikament URI (jew Uniform Resource Locator).
Il-home page ta' sit hi l-ewwel paġna li wieħed jottjeni meta jikteb l-isem tad-dominju biss.
Mill-indirizz www.w3c.org/Consortium/Offices/role.html wieħed jista' jsib:
www.w3c.org/
hi l-għerq jew l-isem tad-dominju
Consortium/Offices/
huma d-diviżjonijiet tas-sit, separati permezz ta' "/"role.html
hi l-isem tal-paġna
Figuri professjonali
Fost il-figuri professjonali legati mal-kreazzjoni ta' siti elettroniċi nsibu:
- il-webmaster, li jipproġetta s-sit u hu responsabbli tiegħu
- l-esper ta' l-arkitettura ta' l-informazzjoni (information architect), li hu responsabbli ta' l-organizazzjoni tas-sit kollu u l-istruttura tan-navigazzjoni
- il-content manager, li hu responsabbli tal-kontenut u ta' l-istruttura loġika
- il-webdesigner, hu reponsabbli tal-preżentazzjoni
- il-programmatur, hu l-persuna responsabbli tal-komportament tal-paġni
- l-espert fil-webmarketing, hu dak li jokkupa ruħu fil-promozzjoni tas-sit elettroniku
- is-SEO (search engine optimization), hu responsabbli tal-pożizzjoni tas-sit fl-indiċi tal-muturi ta' riċerka
Ħoloq esterni