Francis Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Kontentut mibdul ma' 'it was liam briffa'
Linja 1: Linja 1:
it was liam briffa
{{stub}}
'''Francis Ebejer''' (28 ta' Awissu, 1925 - 10 ta' Ġunju, 1993) kien kittieb u drammaturgu Malti tas-seklu 20.
[[Image: FrancisEbejer.jpg|thumb|right|210px| Francis Ebejer]]

==Bijografija==
Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-[[Dingli]]. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-[[Università ta’ Malta]] bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu ta’ l-Ingliż-Taljan ma l-''8th Army'' ta’ l-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta’ Fuq (1943-44). Ħa sena kors tal-letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem ta' l-[[Ingliż]] u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, Middlesex (1948-50) l-[[Renju Unit|Ingilterra]], inħatar kap ta' l-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sa' l-1977.

Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-B.B.C. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.

Ebejer kien membru tal-[[P.E.N.]](L-Għaqda Internazzjonali ta' l-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill ta' l-Akkademja tal-Malti.

Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-'Cheyneh Award for the Best Producer' fl-1984, il-'Phoenicia Trophy for Culture" fl-1982 u fl-1985, u l-premju 'Città di Valletta' fl-1989.

Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.
[[Image: Francis ebejer.jpg|thumb|right|210px|Monument lil Francis Ebejer, Ħad-Dingli]]

==Xogħlijiet==
Ebejer kiteb in-novelli kollha barra waħda bl-Ingliż. L-aħħar novella ''The Malta Baron and I Lucian'' kienet ippublikata fl-2002, disa’ snin wara mewtu. Din tista’ titqies bħala tewmija ma’ ''Requiem for a Malta Fascist'' (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-[[faxxiżmu]] u t-[[Tieni Gwerra Dinjija]]. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.

Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f’Malta fit-tieni nofs tas-Seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.

Fis-snien ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw ‘l Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu ''Vaganzi tas-Sajf'' (1962), ''Boulevard'' (1964), u ''Menz'' (1967) għamlu suċċess kbir u taw ‘l-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien ''Il-Ġaħan ta' Binġemma'', miktub fl-1986 ghas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopadi Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia'' u ''The Golden Tut'' kif ukoll ''The Cliffhangers'', li mbagħad qalbu għall-Malti bħala ''L-Imwarrbin''.

'''Novelli bl-Ingliż:'''
*A Wreath of Maltese Innocents (1958)
*Wild Spell of Summer (1968)
*In the Eye of the Sun (1969)
*Come Again in Spring (1973)
*Requiem for a Malta Fascist (1980)
*Leap of Malta Dolphins (1982)
*The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)


'''Drammi bil-Malti:'''
*Vaganzi tas-Sajf (1962)
*Boulevard (1964)
*Menz (1967)
*Il-Ġaħan ta' Binġemma (1986)

[[de:Francis Ebejer]]
[[en:Francis Ebejer]]
[[es:Francis Ebejer]]
[[ro:Francis Ebejer]]

Reviżjoni ta' 14:09, 14 Jannar 2010

it was liam briffa