Dun Mikiel Xerri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Kontentut mibdul ma' '{{wikifikazzjoni}}'
Linja 1: Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
{{wikifikazzjoni}}
F'Ġunju ta' l-1798, il-Franċiżi taħt Napuljun rebħu lil Malta. Fix-xhur ta' wara, il-Franċiżi żarmaw in-nobbiltà Maltija u żammet iebes mal-Knisja, fejn bdew ukoll jeħdolha ħafna teżori tagħha.Wara li Malta kienet ilha biss tlett xhur taht il-Franċiżi, il-Maltin ma kienux iktar lesti li jittoleraw iktar it-tiranija Franċiża u bdew jiġġieldu kontra din l-okkupazzjoni. L-armata Franċiża kellha tirtira ġewwa l-fortifikazzjonijiet, waqt li l-Maltin talbu l-għajnuna ta' Sqallija u ta' l-Ingilterra.

Wieħed mill-figuri ewlenin ta' dan il-qawmien kien Dun Mikiel Xerri., imwieled fl-10 ta' Frar, 1740, kien filosofu u matematiku u persważ li rivoluzzjoni kienet l-unika mod biex jakkwistaw lura id-drittijiet tagħhom.

Għall-Maltin xejn ma kien iktar prezzjuż mil-libertà. Mijiet ta' nies mietu bil-guħ u bil-mard, ankè ħafna suldati Franċiżi.

Il-Maltin pjannaw attakki kontra l-qawwiet Franċiżi fil-Belt Valletta u fil-Kottonera, imma l-Franċiżi saru jafu b'dan il-komplott. Fost id-49 persuna maqbuda jikkomplottaw kontra l-Franċiżi kien hemm Dun Mikiel Xerri.
Fl-għodwa tas-17 ta' Jannar, 1799, l-Isqof Labini ghamel żjara lil Dun Mikiel Xerri u sħabu u berikhom. Il-priġunieri gew meħuda mill-Forti Sant'Iermu lejn Pjazza ħelsien, fejn plottun tas-suldati kienu qed jistennewhom. Fit-triq lejn il-pjazza Dun Mikiel baqa' jagħmel kurraġġ lil sħabu, u meta waslu fil-pjazza, u talab ftit minuti biex ikellimhom. Ingħad talb u lkoll talbu maħfra lis-Sinjur Alla. Dun Mikiel umbgħad resaq lejn l-uffiċċjal, ħareġ arloġġ tal-fidda mill-but, newwilulhu u qallu: "Jekk jogħġbok spara dritt go qalbi". Umbgħad għajat għajta kbira, flimkien ma' sħabu; "Il-Mulej ikollu ħniena minnha! Viva Malta!" Instemgħu t-tiri u Dun Mikiel u sħabu waqgħu mejtin fl-art. Kienu mietu għal pajjiżhom, mietu f'isem il-libertà. Għalmhu lill-Franċiċi x'jiġifieri l-Libertà.

Reviżjoni ta' 09:21, 4 Jannar 2010