Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Papa Franġisku"

Jump to navigation Jump to search
4 603 bytes miżjuda ,  5 snin ilu
 
[[Diego Armando Maradona]] u [[Lionel Messi]], żewġ plejers kbar Arġentini ferħu għall-ħatra ta' Arġentin bħalhom. Maradona qal li dan huwa ġieħ kbir għall-Arġentini kollha u jixtieq ħafna jkollu udjenza miegħu. Messi qal li jħossu ferħan ħafna u jixtieq jiddedikalu rebħa fit-Tazza tad-Dinja tal-2014.
 
=== Papa popolari ===
 
Ħafna persuni madwar id-dinja għandhom ammirazzjoni għal dan il-Papa minħabba l-umanità tiegħu, l-umiltà tiegħu, l-imħabba tiegħu lejn il-foqra u l-impenn tiegħu għad-djalogu biex joħloq pontijiet bejn persuni u ġnus ta' kull fehma u reliġjon. Jgħix il-Papat b'mod iktar sempliċi u inqas formali mill-papiet ta' qablu. Għażel li jgħix fid-Domus Sanctae Marthae li hi sempliċi guesthouse minflok fil-Palazz Appostoliku kif kienu jagħmlu ta' qablu. Anke fi lbiesu huwa iktar sempliċi, lanqas liebes il-muzzetta fil-ħatra tiegħu, u baqa' bl-istess salib pettorali li kellu meta kien kardinal.
 
F'Diċembru 2013 huwa ġie ddikjarat “Person of the Year” mir-rivista internazzjonali ''TIME''.
 
Filwaqt li baqa' jżomm it-tagħlim tradizzjonali tal-Knisja Kattolika huwa wera ċertu ftuħ fil-konfront ta' persuni omosesswali, meta fit-28 ta' Lulju 2013 huwa qal: “Jekk persuna hi omosesswali u qed tfittex lill-Mulej u għandha rieda tajba, allura min jien jien biex niġġudikaha?”
 
Huwa jisħaq l-iktar fuq l-għajnuna lill-foqra u l-imwarrbin, u li l-Knisja trid tkun miftuħa għalihom: “Ejjew infittxu l-kuntatt ma’ familji li ma jiġux il-knisja. Minflok ma nkunu biss Knisja li tilqa’, ejjew inkunu Knisja li toħroġ minnha nfisha u tmur għand nies li ma jafuhiex, li telqu minnha... nippruvaw nilħqu lil min qiegħed ‘il bogħod ukoll bil-mezzi diġitali, bl-internet u bl-SMSes..” Rigward is-saċerdoti huwa qal: “Il-poplu t’Alla jrid rgħajja, mhux qassisin li jġibu ruħhom qishom burokrati jew uffiċjali tal-gvern.”
 
F'Ħamis ix-Xirka tal-2013 huwa ħasel saqajn il-priġunieri, anke ta’ żewġ tfajliet, waħda minnhom Musulmana. Kellu żewġ intervisti ma' Eugenio Scalfari, ġurnalist ateu Taljan. Fost l-oħrajn qallu: “Il-Mulej salvana lkoll, ilkoll kemm aħna, bid-demm ta’ Kristu: lilna lkoll, mhux biss lill-Kattoliċi.
Lil kulħadd! ‘Padre, l-ateji ukoll?' Iva, l-ateji ukoll. Lil kulħadd!”
 
F'Ġunju huwa beda riforma importanti fil-Bank tal-Vatikan biex il-Knisja tkun tista' tgħin iktar lill-foqra.
 
F'Novembru huwa issospenda isqof Ġermaniż li nefaq wisq flus biex jirranġa d-dar tiegħu.
 
Fl-24 ta' Novembru huwa ħareġ eżortazzjoni appostolika twila bl-isem Evangelii Gaudium, “Il-Vanġelu tal-Ferħ”, li fid-daħla tagħha huwa jgħid: “Il-ferħ tal-Evanġelju jimla l-qlub u l-ħajja ta' dawk kollha li jiltaqgħu ma' Ġesù. Dawk li jħallu lilhom infushom jiġu salvati minnu ikunu ħielsa mid-dnub, mid-dwejjaq, mill-vojt ġewwieni, mill-iżolament. Ma’ Ġesù Kristu dejjem jitwieled u jerġa’ jitwieled il-ferħ.”
 
=== Vjaġġi appostoliċi ===
 
Fit-8 ta' Lulju huwa għamel vjaġġ fil-gżira Taljana ta' [[Lampedusa]] wara traġedja kbira li fiha għerqu mijiet ta' immigranti li ppruvaw jaqsmu mill-Afrika lejn l-Ewropa. F'quddiesa għalihom huwa qal: “F'din id-dinja ta’ globalizzazzjoni waqajna fil-globalizzazzjoni tal-indifferenza. Drajna t-tbatija ta’ ħaddieħor, ma jimpurtaniex minnha, ma tinteressaniex, mhix affari tagħna!” Huwa talab ukoll:
“Nitolbuk maħfra, Missier, għal min qiegħed komdu u jinsab magħluq fil-ġid tiegħu li jwasslu biex jagħlaq qalbu!”
 
L-ewwel vjaġġ tiegħu barra l-Italja għamlu fil-[[Brażil]] meta fit-22 ta’ Lulju 2013 ħa sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Żar anke xi favelas, djar tal-foqra, Brażiljani. Għall-quddiesa li saret fil-bajja ta' Copacabana kien hemm tliet miljun u nofs żagħżugħ.
 
F'Settembru għamel żjara f'Sardinja fejn iltaqa' mal-ħaddiema u dawk bla xogħol.
 
F'Ottubru għamel żjara f'Assisi, il-belt ta' [[San Franġisk t'Assisi|San Franġisk]].
 
Fl-24 ta' Mejju 2014 għamel żjara ta' tlett ijiem fil-[[Lvant Nofsani]] fejn żar Amman, Betlem u [[Ġerusalemm]]. Talab ukoll quddiem il-ħajt tax-Xatt tal-Punent li jifred lil-Lhud mill-Palestinjani. Kellu ukoll laqgħa mal-Patrijarka Ortodoss Bartilmew I.
 
Fl-14 ta' Awwissu għamel żjara ta' ħamest ijiem fil-[[Korea t'Isfel]] fejn quddiem 80,000 ruħ ibbatifika 124 martri Korean u talab għall-għaqda tal-Korea.
 
=== Malta ===
 
Fl-24 ta' Ġunju 2013, Papa Franġisku kellu waħda mill-ewwel laqgħat tiegħu ma' Priministri Ewropej meta laqa' għandu lill-Prim Ministru Malti [[Joseph Muscat]] fil-Vatikan. Huwa kien akkumpanjat minn martu u uliedu, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin [[George Vella]].
 
Fil-21 ta' Marzu 2014, il-President [[George Abela]] kellu udjenza privata mal-Papa, qabel ma Abela temm il-presidenza tiegħu. Huwa stiednu jagħmel żjara f'Malta, u l-Papa kkunsidra l-possibiltà.
 
== Ħajja personali ==
Utent anonimu

Menu ta' navigazzjoni