Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Sqallija"

Jump to navigation Jump to search
1 054 bytes miżjuda ,  6 snin ilu
ċ
(ċ)
Matul dan ir-renju, seħħew bosta rivolti mill-Isqallin-Biżantini, speċjalement fil-lvant u allura partijiet mill-gżira kienu okkupati mill-ġdid, qabel ma ġew megħluba. Prodotti Agrikoli bħalma huma l-larinġ, il-lumi, il-pistaċċju u l-qasba taz-zokkor inġiebu lejn Sqallija. Taħt il-ħakma Għarbija, il-gżira kienet allejenata fi tliet reġjuni amministrittivi, jew "vals", fejn bejn wieħed u ieħor ikkorrespondew għat-tliet ponot ta' Sqallija: Val ta' Mażara li tinsab lejn il-punent; Val Demone lejn il-Grigal; u Val ta' Noto lejn l-ilbiċ.
 
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastikudinastiċi u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll.
 
===Il-Perjodu Normann (1061-1194)===
 
Fis-seklu 11, il-qawwiet Taljani rnexxielhom jaħatru lill-merċenarji Normanni mmexxija minn Ruġġieru l-1, sabiex ifittxu jeħilsu lil Sqallija minn taħt id-dominju Għarbi. Wara li rnexxielu jiddomina lil Apulia u lil Kalabrija, huwa mexa 'l quddiem sabiex jokkupa l-provinċja ta' Messina b'armata ta' 700 suldat. Fl-1068, Ruġġieru rnexxielu joħroġ vittorjuż kontra l-qawwiet Misilmin f'Misilieri, però l-iktar kunflitt kruċjali kien l-Assedju ta' Palermo, li sal-1072, għen lin-Normanni fid-dominazzjoni u fil-kontroll assolut tal-gżira ta' Sqallija. In-Normanni lestew id-dominazzjoni ta' Sqallija fl-1091, eżattament malli ntrebħet il-provinċja ta' Noto, l-aħħar fortizza Għarbija.
 
Ruġġieru miet fl-1101. Is-suċċessur għat-tron kien it-tifel tiegħu, Ruġġieru t-tieni, li kien inkurunat bħala l-ewwel re ta' Sqallija. L-anzjan Ruġġieru kien miżżewweġ lil Adelaide, huwa ħa t-tmun f'idejh sakemm it-tifel tagħha mmatura biżżejjed sabiex ikun jista' jmexxi waħdu, fl-1112.
 
==Diviżjonijiet Amministrattivi==
271

modifiki

Menu ta' navigazzjoni