Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Gżejjer Faroe"

Jump to navigation Jump to search
32 bytes imneħħija ,  6 snin ilu
l-ebda taqsira
==Il-Gżejjer tal-Faroe==
 
Il-gżejjer tal-Faroe huma grupp ta' gżejjer u arċipelagu li qegħdin taħt is-sovranità tar-renju Daniż, huma jinsabu bejn il-baħar Norveġiż u l-oċean Atlantiku tat-tramuntana, kważi nofs triq bejn in-Norveġja u l-Iżlanda. Iż-żona totali ta' dawn il-gżejjer hija, bejn wieħed u ieħor ta'1,400 kilometru kwadru, b'popolazzjoni li tammonta għal madwar 50,000 ruħ skont iċ-ċensiment li sar fl-2010. Il-gżejjer tal-Faroe huma awtonomi, voldieri huwa stat li jmexxi lilu nnifsu mingħajr ma jindaħallu stat ieħor fl-affarijiet interni, u dawn il-gżejjer ilhom taħt id-Danimarka sa mill-1948.
 
L-annimali domestiċi tal-gżejjer tal-Faroe huma r-riżultat tal-1,200 sena ta' tgħammir iżolanti. Bħala riżultat, ħafna mill-annimali domestiċi li jinsabu fuq il-gżejjer huma uniċi, għalhekk ma ssibhomx fi bnadi oħra fid-dinja. It-tgħammir domestiku ta' dawn il-gżejjer jinkludi: Il-poni, il-baqra, in-nagħaġ, il-wiżż u l-papra, li għandhom dehra pjuttost differenti mill-kumplament tal-ispeċi l-oħra preżenti fid-dinja.
 
=== -> Il-Mammiferi ===
 
Ftit huma l-ispeċijiet ta' Mammiferi terrestjali, li jgħixu fis-salvaġġ tal-gżejjer tal-Faroe, fil-fatt il-Mammiferi ġew introdotti mill-bniedem. Tlieta mill-ispeċijiet ta' din il-gżira jinsabu f'kompetizzjoni bejniethom, dawn huma l-fenek tal-muntanji(Lepus timidus), il-ġurdien kannella(Rattus norvegicus) u l-ġurdien tad-dar(Mus musculus domesticus). Minbarra dawn l-ispeċijiet elenkati, darba waħda kien hemm ir-razza tan-nagħġa domestika, li jsejħula l-Faroes (meħuda mill-emblema ta' dan in-nazzjon), varjetà ta' nagħaġ salvaġġ li rnexxielu jissopravivi fuq Little Dimun sa nofs is-seklu dsatax.
14 183

modifiki

Menu ta' navigazzjoni

Għodda personali

Spazji tal-isem

Varjanti