Soċjetà Ewropea għall-Istudji tat-Traduzzjoni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Is-Soċjetà Ewropea għall-Istudji tat-Traduzzjoni (EST) hija organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ li tippromwovi r-riċerka dwar it-traduzzjoni, l-interpretar, u l-lokalizzazzjoni.

L-isem u t-taqsira[immodifika | immodifika s-sors]

Is-soċjetà ġiet irreġistrata fit-28 ta’ Mejju 1993 flimkien mal-Bundespolizeidirektion (kwartieri ġenerali tal-pulizija federali) ta’ Vjenna bħala “Europäische Gesellschaft für Translationswissenschaft (Soċjetà Ewropea għall-Istudji tat-Traduzzjoni – EST)”. Minħabba li l-assoċjazzjoni taqa’ taħt il-liġi Awstrijaka, il-kostituzzjoni tagħha hija bil-Ġermaniż iżda l-lingwa uffiċjali tal-assoċjazzjoni hi l-Ingliż, għalhekk l-isem Ingliż jipprevali. It-taqsira “EST” għandha tiġi ppronunzjata bħala ittri separati.

Għanijiet[immodifika | immodifika s-sors]

L-għanijiet tagħha, kif iddikjarati fil-kostituzzjoni tagħha huma: li trawwem ir-riċerka fit-traduzzjoni u fl-interpretar, li tippromwovi l-edukazzjoni avvanzata għall-għalliema tat-traduzzjoni u l-interpretar u li toffri pariri dwar it-taħriġ tat-tradutturi u l-interpreti.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-12 ta’ Settembru tal-1992, il-parteċipanti li attendew il-konferenza internazzjonali: “Studji ta’ Traduzzjoni – Interdixxiplinari” ġewwa Vjenna qablu li għandha tiġi stabbilita s-Soċjetà, li mbagħad ġiet uffiċjalment irreġistrata fit-28 ta’ Mejju tal-1993. Kull tliet snin is-Soċjetà torganizza kungress li s’issa seħħew: fi Praga (1995), Granada (1998), Copenhagen (2001), Lisbona (2004), Ljubljana (2007), Leuven (2010), Germersheim (2013), Aarhus (2016) u Stellenbosch (2019). L-għaxar kungress huwa skedat li jsir f’Oslo, fin-Norveġja, fl-2022.