Skwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Skwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta
Bandiera Bandiera

Patrol boats tal-klassi Protector waqt missjoni kontra l-piraterija fl-2011.
Pajjiż Malta
Attiv 1970-llum
Parti minn Forzi Armati ta' Malta
Tip Forza navali
Daqs 9 patrol boats u 6 dgħajjes
Bażi Xatt it-Tiben, Furjana

L-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta tikkonsisti fil-forzi navali tar-Repubblika ta' Malta. L-iskwadra għandha r-responsabbiltà għas-sigurtà tal-ibħra territorjali Maltin u diversi affarijiet oħra fosthom is-salvataġġ. L-iskwadra hi bbażata f'Xatt it-Tiben fil-Furjana.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Malta kellha l-ewwel forza navali meta kienet taħt l-Ordni ta' San Ġwann. Kellha forza navali qawwija b'vapuri kbar bħas-Santa Anna, u bihom il-kavallieri ħadu sehem f'diversi battalji, u l-iktar waħda importanti minnhom kienet il-Battalja ta' Lepanto fl-1571. Fis-sekli XVII u XVIII vapuri Maltin kienu jaqbdu vapuri Torok u Musulmani f'tip ta' piraterija magħrufa aħjar bħala l-corso. Il-forzi navali tal-kavallieri spiċċaw mal-wasla tal-Franċiżi fl-1798, fejn il-vapuri kollha tal-Ordni ħaduhom huma. Fost dawn kien hemm il-bastimenti San Zaccharia u San Giovanni.

Wara l-wasla tal-Ingliżi, il-Flotta Marittima tar-Royal Navy kellha bażi f'Malta, u is-sitwazzjoni baqgħet hekk matul l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija sakemm din il-flotta spiċċat fl-1967. Minħabba dan ġiet kreata il-Maritime Troop of the Malta Land Force fl-1970, u Malta ngħatat żewġ patrol boats Amerikani, li kienu magħrufin bħala C23 u C24 (wara P23 u P24). Fl-1971 l-iskwadra tawha isem ġdid, il-1st (Maritime) Battery of the Malta Land Force. Fl-1973, nbniet patrol boat fid-dockyard ta' Malta, u din kienet l-unika dgħajsa li qatt serviet mal-Forzi Armati li nbniet ġo Malta. Fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, Malta ngħatat jew xtrat diversi patrol boats mill-Ġermanja tal-Punent, l-Libja u r-Renju Unit. Lejn l-aħħar tat-tmeninijiet u l-bidu tad-disgħinijiet, Malta ngħatat iktar patrol boats mill-Ġermanja tal-Lvant, l-Italja, il-Jugożlavja u l-Istati Uniti. Il-flotta t'issa hija magħmula minn vapuri moderni li nbnew bejn l-1998 u l-2012.

Struttura[immodifika | immodifika s-sors]

L-Iskwadra Marittima hi magħmula minn dawn il-partijiet:

  • Headquarters Command
  • Offshore Command
  • Inshore Command
  • G Command
  • Support Command

Flotta preżenti tal-Forzi Armati ta' Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn il-vapuri huma f'servizz attiv fl-2014:

Klassi Ritratt Isem Oriġini Kummisjonata Nota
Laneċ tat-Tfittxija u Salvataġġ (2 fis-servizz)
Klassi Supervittoria 800[1] Melita I
Melita II
 Italja 1999 Mibnija fl-1998 mill-Cantiere Navale Vittoria, Adria
Dgħajjes (6 fis-servizz)
Klassi FB Interceptor[2] P01  Italja 2006 Mibnija minn FB Design.
Klassi Bommeranger[3] P02
P03
P04
 Finlandja 2012 Mħallsa mill-fondi tal-EBF
Klassi Defender[4] P05
P06
 Stati Uniti 2013 Mogħtija mill-Gvern tal-Istati Uniti
Patrol boats (7 fis-servizz)
Klassi P21[5] P21
P22
P23
P24
 Awstralja 2010 Mibnija minn Austal fl-2009.
Klassi Protector[6] P51
P52
 Stati Uniti 2002
2004
Mibnija fil-Bollinger Shipyards.
Klassi Diciotti (modifikata)[7] P61  Italja 2005 Mibnija mill-Fincantieri S.p.A Italy f'Muggiano

Vapuri u dgħajjes li kienu jagħmlu parti mill-flotta[immodifika | immodifika s-sors]

[8][9][10]

Klassi Ritratt Isem Oriġini Kummisjonata Dekummisjonata Nota
Patrol boats (23 dekommissjonati)
C21  Malta 1971 jew 1973 Mibnija Malta oriġinarjament għad-dwana
Klassi Swift P23 (ex-C23)
P24 (ex-C24)
 Stati Uniti 1971 2011 Dgħajjes tal-United States Coast Guard mibnija fl-1967-1968 bl-ismijiet:
  • USA C6823 (PCF-813)
  • USA C6824 (PCF-816)

Fl-2012 P24 ngħatat lura u qiegħda fil-Mużew Marittimu ta' San Diego.

C25
C26
 Jugożlavja 1975-1976 c.1990 Dgħajjes tad-Dwana Libjana mibnija l-Jugożlavja.
Klassi Equity P25 (ex-C25)
P26 (ex-C26)
 Stati Uniti 1991 Dgħajjes tan-National Oceanic and Atmospheric Administration
C27
C28
C29
 Ġermanja tal-Punent 1972 Dgħajjes tad-Dwana Ġermaniża mibnija fl-1952-1956 bl-ismijiet:
  • Brunsbuttel (C27)
  • Geier (C28)
  • Kondor (C29)
Klassi Farwa C28
C29
 Renju Unit 1975-1976 c.1990 Dgħajjes tad-Dwana Libjana mibnija r-Renju Unit bl-ismijiet:
  • Arrakib (C28)
  • Akrama (C29)
Klassi Kondor I P29
P30
P31
 Ġermanja tal-Lvant 1992 2004 Minesweepers tal-Volksmarine mibnija f'Peene Werft fl-1968-1970 bl-ismijiet:
  • Boltenhagen (P29)
  • Ueckermuende (P30)
  • Pasewalk (P31)

P29 u P31 ġew mgħarrqa bħala siti għall-għaddasa fl-2007 u l-2009.

Klassi Bremse P32
P33
 Ġermanja tal-Lvant 1992 2012
2005
Mibnija f'VEB Yachtwerft Berlin fl-1971-1972
Klassi Litoraneo P34
P35
P36
P37
 Italja 1992 Dgħajjes tal-Guardia di Finanza
Klassi Kalnik P38 (ex-C38)
P39 (ex-C38)
 Jugożlavja 1982 Mogħtija mill-Jugożlavja
Laneċ tat-Tfittxija u Salvataġġ (4 dekommissjonati)
Serje RAF 1600 C20  Renju Unit c.1980 Lanċa tal-RAF Search and Rescue Force bl-isem RAF 1654. Id-dgħajsa tinsab mitluqa f'għalqa f'Marsaxlokk.
Serje RAF 1300 C21  Renju Unit c.1980 Lanċa tal-RAF Search and Rescue Force
Serje RAF 2700 C68
C71
 Renju Unit 1978 Laneċ tal-RAF Search and Rescue Force bl-ismijiet:
  • RAF-2768
  • RAF-2771
Landing craft (1 dekommissjonata)
Klassi Higgins LC1  Stati Uniti

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron SAR Supervittoria 800 Rescue Launches overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
  2. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron FB Interceptor Vessel overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
  3. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Protector Class Offshore Patrol Vessels overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
  4. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Defender Class Boats overview" (bl-Ingliż). 2014-04-16. Miġbur 2014-04-16.
  5. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Austal P21 Class Inshore Patrol Vessels overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
  6. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Protector Class Offshore Patrol Vessels overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
  7. ^ "Official AFM website - AFM Maritime Squadron Diciotti Class Offshore Patrol Vessel overview" (bl-Ingliż). 2013-01-11. Miġbur 2013-01-11.
  8. ^ "Maltese Navy" (bl-Ingliż). Battleships-cruisers.co.uk. Arkivjat mill-orġinal fl-2011-04-22. Miġbur 2011-03-20.
  9. ^ "Maritime Squadron Armed Forces of Malta" (bl-Ingliż). Steno.webs.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-07. Miġbur 2014-04-05.
  10. ^ "Maritime Squadron" (bl-Ingliż). Malta Ship and Action Photos. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-03-12. Miġbur 2014-04-05.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]