Aqbeż għall-kontentut

Siti tar-Rivoluzzjoni Industrijali Meiji tal-Ġappun

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ritratt mill-ajru tar-raħal tal-Kastell ta' Hagi.

Is-Siti tar-Rivoluzzjoni Industrijali Meiji tal-Ġappun: Ħadid u Azzar, Bini tal-Vapuri u Estrazzjoni tal-Faħam (bil-Ġappuniż: 明治日本の産業革命遺産 製鉄・鉄鋼、造船、石炭産業, Meiji nihon no sangyōkakumei isan: seitetsu, tekkō, zōsen, sekitan sangyō) huma grupp ta' siti storiċi li kellhom rwol importanti fl-industrijalizzazzjoni tal-Ġappun fil-perjodi ta' Bakumatsu u Meiji (mis-snin 50 tas-seklu 19 sal-1910), u jagħmlu parti mill-wirt industrijali tal-Ġappun. Fl-2009 il-monumenti tressqu b'mod konġunt biex isiru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Is-siti ġew aċċettati fid-39 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, bil-kundizzjoni li "jwasslu għal fehim li kien hemm għadd kbir ta' Koreani u oħrajn li nġabu kontru r-rieda tagħhom u ġew imġiegħla jaħdmu f'kundizzjonijiet ibsin...", u dawn il-miżuri għadhom iridu jiġu implimentati.[2]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Siti tar-Rivoluzzjoni Industrijali Meiji tal-Ġappun: Ħadid u Azzar, Bini tal-Vapuri u Estrazzjoni tal-Faħam ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Komponenti u Żoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġew irreġistrati tmien żoni, b'total ta' 23 komponent.[1]

Żona Nru 1: Hagi in Yamaguchi

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-siti protoindustrijali ta' Hagi u l-ambjent kulturali tal-perjodu ta' Tokugawa; Hagi, il-Prefettura ta' Yamaguchi:

Sit Kummenti Ritratt
Forn Reverberatorju ta' Hagi (bil-Ġappuniż: 萩反射炉, Hagi hansharo)

(ID 1484-001)[3][4]

Sit Storiku
Tarzna ta' Ebisugahana (bil-Ġappuniż: 恵美須ヶ鼻造船所跡, Ebisugahana zōsensho ato)

(ID 1484-002)[5]

Sit Storiku
Impjant tal-Ħadid ta' Ohitayama Tatara (bil-Ġappuniż: 大板山たたら製鉄遺跡, Ōitayama tatara seitetsui ato)

(ID 1484-003)[6]

Sit Storiku Prefetturali
Ir-raħal tal-Kastell ta' Hagi (bil-Ġappuniż: 萩城下町, Hagi jōkamachi)

(ID 1484-004)[7]

Sit Storiku; Grupp ta' Binjiet Tradizzjonali
L-Akkademja ta' Shōkasonjuku (bil-Ġappuniż: 松下村塾, Shōkason juku)

(ID 1484-005)[8][9]

Immexxi minn Yoshida Shōin; Sit Storiku

Żona Nru 2: Kagoshima

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kumpless tal-fabbrika pijuniera ta' Shūseikan; Kagoshima, il-Prefettura ta' Kagoshima:

Sit Kummenti Ritratt
L-eks Shūseikan (bil-Ġappuniż: 旧集成館, kyū Shūseikan)

(ID 1484-006)[10][11]

Fdalijiet tal-Fran Reverbatorji ta' Shūseikan (bil-Ġappuniż: 旧集成館反射炉跡, Shūseikan hansyaro ato) Sit Storiku
Fabbrika tal-magni ta' Shūseikan (bil-Ġappuniż: 旧集成館機械工場, Shūseikan kikai kōjō)[12] mibnija fl-1865; Proprjetà Kulturali Importanti
Residenza tal-eks inġinier tal-għażil ta' Kagoshima (bil-Ġappuniż: 旧鹿児島紡績所技師館, kyū Kagoshima hōsekijo gishi-kan)[13][14] mibnija fl-1867; Proprjetà Kulturali Importanti
Forn tal-Faħam tal-Kokk ta' Terayama (bil-Ġappuniż: 寺山炭窯跡, Terayama sumigama ato)

(ID 1484-007)

mibnija fl-1858, Sit Storiku
Daħla tad-Diga ta' Sekiyoshi f'Yoshino leat (bil-Ġappuniż: 関吉の疎水溝, Yoshino no sosuikō)

(ID 1484-008)

mibnija fl-1852

Żona Nru 3: Nirayama f'Shizuoka

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-forn reverberatorju protoindustrijali ta' Nirayama; Izunokuni, il-Prefettura ta' Shizuoka:

Sit Kummenti Ritratt
Forn Reverberatorju ta' Nirayama (bil-Ġappuniż: 韮山反射炉, Niirayama hansharo)

(ID 1484-009)[1]

beda jinbena fl-1853, tlesta fl-1855, Sit Storiku

Żona Nru 4: Kamaishi f'Iwate

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit tal-estrazzjoni u tat-tidwib tal-ħadid ta' Hashino; Kamaishi, il-Prefettura ta' Iwate:

Sit Kummenti Ritratt
Is-sit tal-estrazzjoni u tat-tidwib tal-ħadid ta' Hashino (bil-Ġappuniż: 橋野鉄鉱山, Hashino tekkōzan)

(ID 1484-010)[15]

influwenza lil Yawata (ara hawn taħt); Sit Storiku

Żona Nru 5: Saga

[immodifika | immodifika s-sors]

It-tarzna ta' Mietsu; Saga, il-Prefettura ta' Saga:

Sit Kummenti Ritratt
Tarzna Navali ta' Mietsu (bil-Ġappuniż: 三重津海軍所跡, Mietsu kaigunsho ato) (ID 1484-011)[16] mibnija fl-1858, Sit Storiku

Żona Nru 6: Nagasaki

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-faċilitajiet tal-bini tal-vapuri, il-gżejjer tal-estrazzjoni tal-faħam u s-siti assoċjati ta' Nagasaki, il-Prefettura ta' Nagasaki:

Sit Kummenti Ritratt
Baċir bl-Iskal ta' Kosuge (bil-Ġappuniż: 小菅修船場跡, Kosuge shūsenba ato)

(ID 1484-012)[17]

tlestew fl-1868, Sit Storiku
Baċir Nru 3 ta' Mitsubishi (bil-Ġappuniż: 三菱長崎造船所 第三船渠, Mitsubishi Nagasaki Zōsenjyo Daisan Senkyo)

(ID 1484-013)

tlesta fl-1905
Dar ta' Senshokaku ta' Mitsubishi (bil-Ġappuniż: 長崎造船所 占勝閣, Nagasaki Zōsenjyo Senshōkaku)

(ID 1484-014)

tlesta fl-1904
Krejn Ġgantesk tal-Irfigħ ta' Mitsubishi (bil-Ġappuniż: 長崎造船所 ジャイアント・カンチレバークレーン, Nagasaki Zōsenjyo)

(ID 1484-015)[18]

stabbilit fl-1909
Eks Ħanut tal-Mudelli ta' Mitsubishi (bil-Ġappuniż: 長崎造船所 旧木型場, Nagasaki Zōsenjyo Kyuu Kigataba)

(ID 1484-016)

tlesta fl-1898
Minjiera tal-Faħam ta' Takashima (bil-Ġappuniż: 高島炭鉱, Takashima tankō)

(ID 1484-017)[19]

it-tħaffir beda fl-1868, Sit Muniċipali u Storiku
Minjiera tal-Faħam ta' Hashima (端島炭坑, Hashima tankō)

(ID 1484-018)[20]

it-tħaffir beda fl-1870, Sit Storiku
Dar u Uffiċċju tal-Ġnien ta' Glover (bil-Ġappuniż: 旧グラバー住宅, kyū Gulabā jūtaku)

(ID 1484-019)[21][22]

inbnew fl-1863; Proprjetà Kulturali Importanti

Żona Nru 7: Miike f'Fukuoka u Kumamoto

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-minjieri tal-faħam, il-linja ferrovjarja u l-portijiet ta' Miike; Ōmuta, il-Prefettura ta' Fukuoka, Arao u Uki, il-Prefettura ta' Kumamoto:

Sit Kummenti Ritratt
Minjiera tal-Faħam ta' Miike u l-Port ta' Miike (bil-Ġappuniż: 三池炭鉱、三池港, Miike tankō, Miike-kō)

(ID 1484-020)

Foss ta' Miike tankō Miyanohara (bil-Ġappuniż: 三池炭鉱 宮原坑, Miike tankō Miyahara kou)[23][24] il-foss nru 1 tlesta fl-1898, il-foss nru 2 tlesta fl-1901, Proprjetà Kulturali Importanti
Foss ta' Miike tankō Manda (bil-Ġappuniż: 三池炭鉱 万田坑, Miike tankō Manda kou) il-foss nru 1 tlesta fl-1902, il-foss nru 2 tlesta fl-1908, Proprjetà Kulturali Importanti
Linja ferrovjarja industrijali tal-minjiera tal-faħam ta' Miike tankō (bil-Ġappuniż: 三池炭鉱 専用鉄道敷跡, Miikekō ・Miike tankō senyō tetsudō ato)[25] infetħet fl-1891, ġiet estiża sal-Port ta' Miike fl-1905, Proprjetà Kulturali Importanti
Port ta' Miike (bil-Ġappuniż: 三池港, Miike-kō) infetaħ fl-1887, Proprjetà Kulturali Importanti, Pajsaġġ Kulturali Importanti
Il-Port tal-Punent ta' Misumi (bil-Ġappuniż: 三角西港, Misumi nishi-kō)

(ID 1484-021)[26][27]

inbena fl-1887, Proprjetà Kulturali Importanti

Żona Nru 8: Yahata f'Fukuoka

[immodifika | immodifika s-sors]

L-impjanti tal-azzar ta' Yawata; Kitakyūshū u Nakama, il-Prefettura ta' Fukuoka:

Sit Kummenti Ritratt
L-Impjant Imperjali tal-Azzar tal-Ġappun (bil-Ġappuniż: 旧官営八幡製鐵所関連施設, kyū kanei Yahata seitetsusho kanren shisetsu)

(ID 1484-022)[28]

id-deċiżjoni politika li jiġi stabbilit ittieħdet fl-1897, beda jopera fl-1901, "Wirt tal-Modernizzazzjoni Industrijali" skont il-METI.
L-Uffiċċju tal-Impjant Imperjali tal-Azzar (bil-Ġappuniż: 八幡製鐵所 旧本事務所, Yahata seitetsusho kyū-jimusyo) inbena fl-1899
Il-Fabbrika tat-Tiswijiet tal-Impjant Imperjali tal-Azzar (bil-Ġappuniż: 八幡製鐵所 修繕工場, Yahata seitetsusho syūzen-kōjou) inbniet fl-1900, l-eqdem struttura tal-azzar fil-Ġappun, u għadha topera.
Il-Fabbrika tal-Ħaddieda tal-Impjant Imperjali tal-Azzar (bil-Ġappuniż: 八幡製鐵所 旧鍛冶工場, Yahata seitetsusho kyū-kaji-kōjou) inbniet fl-1900
Impjant tal-Ippumpjar tax-xmara Onga (bil-Ġappuniż: 遠賀川水源地ポンプ室, Onga-gawa suigenchi ponpu-shitsu)

(ID 1484-023)

inbena fl-1910, u għadu jopera.

L-inklużjoni ta' wħud minn dawn il-komponenti bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO qajmet tħassib u oġġezzjonijiet mill-Korea t'Isfel, minħabba li nies ċivili Koreani u priġunieri tal-gwerra Ċiniżi kienu mġiegħla jaħdmu f'kundizzjonijiet ibsin f'seba' minn dawn il-komponenti bis-saħħa tal-politiki ta' mobilizzazzjoni tal-Ġappun matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hemm riċerka li tixħet dubji dwar il-konformità tal-gvern Ġappuniż mar-rekwiżiti u mar-regolamenti tal-UNESCO fir-rigward tas-sit tal-Minjiera tal-Faħal ta' Hashima.[29]

Għalkemm il-perjodu li fih kien hemm ix-xogħol sfurzat ma għandux x'jaqsam mal-perjodu tar-rivoluzzjoni industrijali tal-Meiji, il-kritika feġġet abbażi tal-ħsieb li r-rivoluzzjoni industrijali tal-Meiji kienet "inseparabbli mill-bini tal-imperu fis-seklu 20, li wassal ineżorabbilment għall-kolonjaliżmu Ġappuniż u għall-Gwerra bejn l-Asja u l-Paċifiku". Il-Korea t'Isfel sostniet li r-rikonoxximent uffiċjali ta' dawk is-siti kienet "tikser id-dinjità ta' dawk li ġew imġiegħla jaħdmu hemmhekk u għadhom ħajjin, kif ukoll tikser l-ispirtu u l-prinċipji tal-Konvenzjoni tal-UNESCO", u sostniet ukoll li s-"Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għandhom ikunu ta' valur universali straordinarju u aċċettabbli mill-popli kollha madwar id-dinja".[30] Iċ-Ċina ħarġet stqarrija simili li l-"applikazzjoni għal Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO għandha tħaddan il-prinċipju u l-ispirtu tal-promozzjoni tal-paċi mgħożża mill-UNESCO".[30]

  1. ^ a b ċ d e Sites of Japan's Meiji Industrial Revolution: Iron and Steel, Shipbuilding and Coal Mining - UNESCO. "https://whc.unesco.org/en/list/1484". whc.unesco.org. Miġbur 2025-03-16. Ħolqa esterna f'|title= (għajnuna)
  2. ^ "STORY & SITES|Sites of Japan's Meiji Industrial Revolution". www.japansmeijiindustrialrevolution.com. Miġbur 2025-03-16.
  3. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  4. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-10. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  6. ^ "大板山たたら製鉄遺跡". web.archive.org. 2012-09-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-09-10. Miġbur 2025-03-16.
  7. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-10. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  9. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-10. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  11. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-05. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-05. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  14. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-23. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "橋野鉄鉱山の歴史 | 岩手県世界文化遺産関連ポータルサイト". www5.pref.iwate.jp. Miġbur 2025-03-16.
  16. ^ "カジノ世界遺産 – 管理人メイツによるギャンブルメディア". mietsu-sekaiisan.jp. Miġbur 2025-03-16.
  17. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-10. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-23. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  19. ^ "Sites of Japan's Meiji Industrial Revolution: Kyushu-Yamaguchi and Related Areas". web.archive.org. 2015-01-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-25. Miġbur 2025-03-16.
  20. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2025-03-16.
  21. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-12-17. Miġbur 2025-03-16.
  22. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-23. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  23. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  24. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-23. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  25. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2025-03-16.
  26. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2025-03-16.
  27. ^ "国指定文化財等データベース". web.archive.org. 2019-12-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-12-23. Miġbur 2025-03-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  28. ^ "The Modern Industrial Heritage Sites in Kyushu and Yamaguchi". web.archive.org. 2013-10-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-16. Miġbur 2025-03-16.
  29. ^ Palmer, David (January 1, 2018). "Gunkanjima / Battleship Island, Nagasaki: World Heritage Historical Site or Urban Ruins Tourist Attraction?". The Asia-Pacific Journal: Japan Focus. 16 (1)
  30. ^ a b Underwood, William (2015-06-24). "Story of Japan's industrial rise deserves to be told, forced labor and all". The Japan Times (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-16.