Siti Sagri u Rotot ta' Pellegrinaġġ fil-Katina Muntanjuża ta' Kii

Is-Siti Sagri u Rotot ta' Pellegrinaġġ fil-Katina Muntanjuża ta' Kii huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinsabu fil-Peniżola ta' Kii fil-Ġappun.[1]
Kriterji tal-għażla
[immodifika | immodifika s-sors]Il-postijiet u l-mogħdijiet ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO kienu bbażati skont l-importanza storika u moderna tagħhom fil-pellegrinaġġi reliġjużi. Is-sensiela ta' siti li jiffurmaw dan is-Sit ta' Wirt Dinji huma magħrufin għall-fużjoni tat-twemmin Xintoist u Buddist, u jirrappreżentaw storja ddokumentata sew ta' iktar minn 1,200 sena. Ix-xenarju naturali tal-Peniżola ta' Kii tqies ukoll, bil-bosta nixxigħat, xmajjar u kaskati. Teknikament, l-istrutturi indipendenti fit-tempji u fis-santwarji ġew innominati għal din ir-raġuni u mhux bħala kumpless sħaħ. Xi sezzjonijiet mill-mogħdijiet ġew inklużi, iżda mhux il-mogħdijiet kollha. B'kollox intgħażlu 242 element mis-siti u mir-rotot ta' pellegrinaġġ.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Siti Sagri u Rotot ta' Pellegrinaġġ fil-Katina Muntanjuża ta' Kii ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004 u s-sit ġie estiż fl-2016.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Żona | Assi kulturali | Tip | Post | Ritratt |
---|---|---|---|---|
Yoshino u Ōmine | Il-Muntanja Yoshino (bil-Ġappuniż: 吉野山, Yoshino-yama) | Muntanja | Yoshino-chō, Yoshino-gun, Nara-ken | ![]() |
Yoshino u Ōmine | Is-Santwarju ta' Yoshino Mikumari (bil-Ġappuniż: 吉野水分神社, Yoshino-mikumari-jinja) | Santwarju Xintoist | Yoshino-chō, Yoshino-gun, Nara-ken | ![]() |
Yoshino u Ōmine | Is-Santwarju ta' Kimpu (bil-Ġappuniż: 金峯神社, Kimpu-jinja) | Santwarju Xintoist | Yoshino-chō, Yoshino-gun, Nara-ken | |
Yoshino u Ōmine | Kimpusen-ji (bil-Ġappuniż: 金峯山寺, Kimpusen-ji) | Tempju Shugendō/ Buddist | Yoshino-chō, Yoshino-gun, Nara-ken | ![]() |
Yoshino u Ōmine | Is-Santwarju ta' Yoshimizu (bil-Ġappuniż: 吉水神社, Yoshimizu-jinja) | Santwarju Xintoist | Yoshino-chō, Yoshino-gun, Nara-ken | ![]() |
Yoshino u Ōmine | Ōminesan-ji (bil-Ġappuniż: 大峯山寺, Ōminesan-ji) | Tempju Shugendō | Tenkawa-mura, Yoshino-gun, Nara-ken | ![]() |
Kumano Sanzan | Kumano Hongū Taisha (bil-Ġappuniż: 熊野本宮大社, Kumano Hongū Taisha) | Santwarju Xintoist | Tanabe-shi, Wakayama-ken | ![]() |
Kumano Sanzan | Kumano Hayatama Taisha (bil-Ġappuniż: 熊野速玉大社, Kumano Hayatama Taisha) | Santwarju Xintoist | Kiho-chō, Minamimuro-gun, Mie-ken |
Shingū-shi, Wakayama-ken;
![]() |
Kumano Sanzan | Kumano Nachi Taisha (bil-Ġappuniż: 熊野那智大社, Kumano Nachi Taisha) | Santwarju Xintoist | Nachikatsuura-chō, Higashimuro-gun, Wakayama-ken | ![]() |
Kumano Sanzan | Seiganto-ji (bil-Ġappuniż: 青岸渡寺, Seiganto-ji) | Tempju Buddist Tendai | Nachikatsuura-chō, Higashimuro-gun, Wakayama-ken | ![]() |
Kumano Sanzan | Il-Kaskati ta' Nachi (bil-Ġappuniż: 那智滝, Nachi no Taki) | Kaskata | Nachikatsuura-chō, Higashimuro-gun, Wakayama-ken | |
Kumano Sanzan | Il-Foresta Primordjali ta' Nachi (bil-Ġappuniż: 那智原始林, Nachi Genjirin) | Foresta | Nachikatsuura-chō, Higashimuro-gun, Wakayama-ken | |
Kumano Sanzan | Fudarakusan-ji (bil-Ġappuniż: 補陀洛山寺, Fudarakusan-ji) | Tempju Buddist Tendai | Nachikatsuura-chō, Higashimuro-gun, Wakayama-ken | ![]() |
Kōyasan | Santwarju ta' Niutsuhime (bil-Ġappuniż: 丹生都比売神社, Niutsuhime-jinja) | Santwarju Xintoist | Katsuragi-chō, Ito-gun, Wakayama-ken | ![]() |
Kōyasan | Kongōbu-ji (bil-Ġappuniż: 金剛峯寺, Kongōbu-ji) | Tempju Buddist Shingon | Kōya-chō, Ito-gun, Wakayama-ken | ![]() |
Kōyasan | Jison-in (bil-Ġappuniż: 慈尊院, Jison-in) | Tempju Buddist Shingon | Kudoyama-chō, Ito-gun, Wakayama-ken | ![]() |
Kōyasan | Santwarju ta' Niukanshōfu (bil-Ġappuniż: 丹生官省符神社, Niukanshōfu-jinja) | Santwarju Xintoist | Kudoyama-chō, Ito-gun, Wakayama-ken | |
Rotot ta' Pellegrinaġġ | Ōmine Okugakemichi (bil-Ġappuniż: 大峯奥駈道, Ōmine Okugakemichi) | Mogħdija | Nara u ta' Wakayama | Il-villaġġi bejn il-Prefetturi ta'![]() |
Rotot ta' Pellegrinaġġ | Kumano Sankeimichi (bil-Ġappuniż: 熊野参詣道)
|
Mogħdija | Tul il-Prefetturi ta' Mie u ta' Wakayama | ![]() |
Rotot ta' Pellegrinaġġ | Kōyasan chōishi-michi (bil-Ġappuniż: 高野山町石道, Kōyasan Chōishimichi) | Mogħdija | Il-villaġġi f'Ito-gun, Wakayama-ken |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ "Sacred Sites and Pilgrimage Routes in the Kii Mountain Range - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-03-15.