Siti Kristjani Moħbija fir-Reġjun ta' Nagasaki

Is-Siti Kristjani Moħbija fir-Reġjun ta' Nagasaki (bil-Ġappuniż: 長崎と天草地方の潜伏キリシタン関連遺産) huma grupp ta' tnax-il monument fil-Prefetturi ta' Nagasaki u ta' Kumamoto marbuta mal-istorja tal-Kristjaneżmu fil-Ġappun. Il-knejjes ta' Nagasaki huma uniċi peress li kull waħda minnhom tirrakkonta ġrajja dwar it-tqanqil mill-ġdid tal-Kristjaneżmu wara perjodu twil ta' tgħakkis uffiċjali.
Is-sit indikattiv inizjali fl-2007 kien imsejjaħ Knejjes u Siti Kristjani f'Nagasaki, iżda fit-30 ta' Jannar 2018 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
In-nominazzjoni inizjali kienet tinkludi 26 komponent; madankollu, wara kunsiderazzjoni mill-ġdid il-Prefettura ta' Nagasaki naqset l-ammont għal 13-il komponent u finalment ġew rikonoxxuti 12-il komponent. It-tħassib dwar is-Siti Kristjani Moħbija fir-Reġjun ta' Nagasaki ġew diskussi b'mod wiesa' fil-letteratura akkademika.[2]
Kristjaneżmu fil-Ġappun
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kristjaneżmu wasal fil-Ġappun fl-1549 W.K. permezz tal-missjunarju Ġiżwita Francis Xavier. It-twemmin ġdid infirex minn Nagasaki, u bosta kkonvertew għar-reliġjon il-ġdida, fosthom għadd ta' daimyōs. Toyotomi Hideyoshi, li dak iż-żmien kien magħruf bħala Tokugawa Ieyasu, ippersegwita dawk kienu jixhdu li kienu Kristjani. Wara r-Ribelljoni ta' Shimabara tal-1637–1638, it-tgħakkis uffiċjali tal-prattiki Kristjani ġie abbinat ma' politika ta' seklużjoni nazzjonali li damet madwar żewġ sekli. Bil-wasla tas-setgħat tal-Punent u l-ftuħ mill-ġdid tal-Ġappun fis-snin 50 tas-seklu 19, flimkien mar-riformi tar-Restawr tal-Meiji, l-attività missjunarja ġiet imġedda u għadd ta' Kristjani li kienu jgħixu fil-moħba reġgħu tfaċċaw. Il-Katidral ta' Ōura tal-1864 huwa l-ewwel mill-knejjes li nbnew fis-snin ta' wara.[3]
Fit-30 ta' Ġunju 2018, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Shinzo Abe rringrazzja lill-UNESCO tal-aħbar taż-żieda tas-Siti Kristjani Moħbija fir-Reġjun ta' Nagasaki fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u ddikjara pubblikament li s-Siti Kristjani Moħbija "jirrappreżentaw l-"għamla" ta' twemmin li huwa uniku fil-Ġappun u li tassew huma wirt dinji uniku għall-umanità kollha".[4]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Siti Kristjani Moħbija fir-Reġjun ta' Nagasaki ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Komponenti nominati preċedentement
[immodifika | immodifika s-sors]Din il-lista tikkonsisti mill-komponenti li ġew nominati fl-imgħoddi, iżda attwalment mhumiex parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Isem | Data tat-tlestija | Post | Tip ta' kostruzzjoni | Kummenti | Ritratt |
---|---|---|---|---|---|
L-Eks Seminarju Kattoliku (bil-Ġappuniż: 旧羅典神学校) | 1875 | Nagasaki | Brikks b'qafas tal-injam | Sit Kulturali Importanti | ![]() |
Il-Knisja ta' Aosagaura (bil-Ġappuniż: 青砂ヶ浦天主堂) | 1910 | Shinkamigotō | Brikks | Sit Kulturali Importanti | |
Imfakar ta' Patri Marc Marie de Rotz (bil-Ġappuniż: ド・ロ神父遺跡) | Nagasaki | ||||
L-Eks Ċentru tal-Għajnuna Shitsu (bil-Ġappuniż: 旧出津救助院) | Nagasaki | Xelter, fabbrika tal-għaġin u żona tal-ipproċessar tas-sardini; Siti Kulturali Importanti | ![]() | ||
Il-Knisja ta' Dōzaki (bil-Ġappuniż: 堂崎教会) | 1907 | Gotō | Brikks | ||
Il-Knisja ta' Hōki (bil-Ġappuniż: 宝亀教会) | 1899 | Hirado | Brikks b'qafas tal-injam | ![]() | |
Lapida ta' Qabar Kristjan (bil-Ġappuniż: 吉利支丹墓碑) | Minamishimabara | Sit Storiku | |||
Is-Sit tal-Martirju tas-26 Qaddis tal-Ġappun (bil-Ġappuniż: 日本二十六聖人殉教地) | 1864 | Nagasaki | |||
Is-Sit tal-Knisja ta' San Duminku (bil-Ġappuniż: サント・ドミンゴ教会跡) | 1609 | Nagasaki | ![]() | ||
Il-Katidral ta' Urakami (bil-Ġappuniż: 浦上天主堂) | 1959 | Nagasaki | Konkos rinfurzat | ![]() | |
L-Eks Residenza tal-Arċisqof (bil-Ġappuniż: 旧大司教館) | 1914 | Nagasaki | ![]() | ||
Il-Knisja ta' Kaminoshima (bil-Ġappuniż: 神ノ島教会) | 1897 | Nagasaki | Brikks | ![]() | |
Il-Knisja ta' Kurosaki (bil-Ġappuniż: 黒崎教会) | 1920 | Nagasaki | Brikks | ![]() | |
Il-Knisja ta' Himosashi (bil-Ġappuniż: 紐差教会) | 1929 | Hirado | Konkos rinfurzat | ||
Il-Knisja ta' Ōso (bil-Ġappuniż: 大曾教会) | 1916 | Shinkamigotō | Brikks |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ "Hidden Christian Sites in the Nagasaki Region - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-03-18.
- ^ Delakorda Kawashima, Tinka (2017). "Landscape in Hirado revealing the secrets of Hidden Christians' life-world: National and global policies in cultural heritage protection". Anthropological Notebooks. 23 (3). Slovene Anthropological Society: 87–107. ISSN 1408-032X.
- ^ Finn, Dallas (1995). Meiji Revisited: The Sites of Victorian Japan. Weatherhill. pp. 12f. ISBN 0-8348-0288-0.
- ^ "Message by Prime Minister Shinzo Abe on the Inscription of "Hidden Christian Sites in Nagasaki and the Amakusa Region" on UNESCO's World Heritage List (Speeches and Statements by the Prime Minister) | Prime Minister of Japan and His Cabinet". japan.kantei.go.jp (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-18.