Silvio Appiani

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Silvio Appiani
Informazzjoni personali
Isem sħiħSilvio Appiani
Twelid5 ta' April 1894(1894-04-05)
Padova, Italja
Mewt20 ta' Ottubru 1915 (21 sena)
Kras
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1913–1915Padova
Timijiet ikkowċjati
1913–1914Padova

Silvio Appiani (twieled fil-5 ta' April 1894 – miet fl-20 ta' Ottubru 1915) kien militant, plejer u kowċ tal-futbol Taljan.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Silvio Appiani kien attakkant tat-tim ta' Padova fil-bidu tas-seklu 20. Iddebutta mal-Padovani nhar l-4 ta' Mejju, 1913, fil-Promozione. Fl-istaġun 1913–14 lagħab żewġ logħbiet, kontra Petrarca u Udinese.[1] Fl-1914, il-Padova rebħu l-Kampjonat tal-Promozione ta' Veneto-Emiliano u ngħaqdu mal-Prima Categoria tal-Italja ta' Fuq li ntemmet fir-raba' post wara Vicenza, Hellas Verona u Venezia. Appiani kien it-tmun tat-tim hekk kif irnexxielu jiskorja tmintax-il gowl f'erbatax-il logħba. Fl-1915, mal-Padova rebaħ it-Tazza Veneta. Fl-istaġun 1913–14 ħa r-rwol ta' kowċ flimkien ma' Guido Festa u Mario Pedrina.

Mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1915, l-Italja daħlet fil-gwerra. F'dik l-istess sena Silvio Appiani, li kien għadu kif iggradwa fil-farmaċewtika, daħal bħala volontarju fl-armata. Hu rrifjuta li jingħaqad mal-Corpo della Sanità Militare, u talab li jiġġieled fil-fanterija, u ddaħħal mal-139 reġiment f'Bosco Lancia, fejn fuq il-Kars miet nhar l-20 ta' Ottubru, 1915, kawża ta' bumbardament Awstrijak, f'età tenera ta' 21 sena.

Illum il-ġurnata, il-grawnd tal-klabb ta' Padova iġib l-isem ta' dan l-istess plejer.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "1ª Stagione" (bit-Taljan). Miġbur 2008-10-24.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]