Aqbeż għall-kontentut

Silene colorata

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Silene colorata
Klassifikazzjoni xjentifika
SaltnaPlantae
OrdniCaryophyllales
FamiljaCaryophyllaceae (mul) Caryophyllaceae
TribùSileneae (mul) Sileneae
ĠeneruSilene (mul) Silene
speċi Silene colorata
Poiret, 1789

Silene colorata Poir., magħrufa bħala l-Ilsien l-Għasfur, Sieq iz-Zakak u Sieq l-Għasfur, hija pjanta annwali mill-familja Caryophyllaceae.[1][2][3][4] Is-Silene colorata hija nattiva għaż-żona tal-Mediterran, inkluż il-Ġżejjer Maltin.[1][2][5]

Fil-Ġżejjer Maltin, is-Silene colorata twarrad minn Diċembru sa Mejju bi fjuri roża, bojod jew vjola.[1][6] Il-pjanta hija muswafa u tikber sa massimu ta' 50-il ċentimentru, bil-fjuri li jkollhom wisa' ta' bejn 12 sa 18mm.[1][6][7] Il-frotta tkun bejn 7- 9mm fit-tul u ż-żerriegħa jkollha daqs ta' 1.5 millimetru. [1][7]

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Ġżejjer Maltin, is-Silene colorata tikber qalb il-blat, għelieqi abbandunati u mhux maħduma fix-xagħri, kif ukoll f’postijiet ornamentali f’żoni urbani.[1] Tinstab ukoll fl-isteppa, ħdejn il-baħar f’ħamrija ġeblija u imrammla, fuq l-għaram tar-ramel, fil-ġnub tat-toroq u f'postijiet fejn huma mħawlin is-siġar taż-żebbuġ [8][9][10][11][4]

Is-Silene colorata hija nattiva għaż-żona tal-Mediterran, fejn  din l-ispeċi hija mnizzla li hi indiġena f’ħafna pajjiżi lil hinn mill-Ġżejjer Maltin, fosthom mill-Alpi sal-pajjiżi kollha tan-Nofsinhar tal-Ewropa u fil-Mediterran, fl-Afrika ta’ fuq kif ukoll fis-Sinai sat-Turkija.[10][5][12][13] Kif ukoll ġiet introdotta fil-Ġermanja u fl-India[2]

Is-Silene colorata ġiet deskritta għall-ewwel darba minn Jean Louis Marie Poiret (1755-1834) fit-tieni volum ta’ Voyage en Barbarie li kien ipubblikat fl-1789.[3][14]

Hemm diversi sottospeċi tas-Silene colorata[2]. Is-sottospeċi li huma aċettati b'mod kurrenti huma:

  • Silene colorata subsp. amphorina (Pomel) Batt.
  • Silene colorata subsp. benoistii (Maire) Sauvage
  • Silene colorata subsp. colorata
  • Silene colorata subsp. trichocalycina (Fenzl) Maire

Is-Silene colorata subsp. colorata hija l-unika sottospeċi li hija mniżżla bħala preżenti fil-Ġżejjer Maltin.[2]

  1. 1 2 3 4 5 6 Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Silene colorata (Pink Pirouette) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2026-01-07.
  2. 1 2 3 4 5 "Silene colorata Poir. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2026-01-07.
  3. 1 2 "Silene colorata | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2026-01-07.
  4. 1 2 Lanfranco, Edwin; Bonett, Guido (2022). Nature Guide Series Wild Flowers of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Paola: Print It,. p. 124. ISBN 978-99957-46-59-9.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link)
  5. 1 2 "Silene colorata | Euro+Med-Plantbase". europlusmed.org (bl-Ingliż). Miġbur 2026-01-07.
  6. 1 2 "Silene colorata". www.florandalucia.es. Miġbur 2026-01-07.
  7. 1 2 "Silene colorata ssp. colorata". www.cretanflora.com. Miġbur 2026-01-07.
  8. Masarykova univerzita, Botanický ústav Akademie věd ČR a Jihočeská univerzita. "Silene colorata • FloraVeg.EU". www.floraveg.eu. Miġbur 2026-01-07.
  9. "Silene colorata Poir. | Flora of Greece – An annotated checklist". portal.cybertaxonomy.org (bl-Ingliż). Miġbur 2026-01-07.
  10. 1 2 "FLOREALPES : Silene colorata / Silène coloré / Caryophyllaceae / Fiche détaillée Fleurs des Hautes-Alpes". www.florealpes.com. Miġbur 2026-01-07.
  11. Casha, Alex (2018). Flora of the Maltese islands (bl-Ingliż). Alex Casha. ISBN 9780244605889.
  12. "Flora-On | Flora de Portugal". flora-on.pt. Miġbur 2026-01-07.
  13. "Scheda IPFI, Acta Plantarum Silene_colorata". www.actaplantarum.org. Miġbur 2026-01-07.
  14. Poiret, Jean-Louis-Marie; Poiret, Jean-Louis-Marie (1789). Voyage en Barbarie : ou lettres écrites de l'ancienne Numidie pendant les années 1785 & 1786, sur la religion, les coutumes & les moeurs des Maures & des Arabes-Bédouins : avec un essai sur l'histoire naturelle de ce pays. v.2. Paris: J. B. F. Née de la Rochelle.