Aqbeż għall-kontentut

Shih Tzu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Shih Tzu
dog breed
Catalog code208 Immodifika
Pajjiż tal-oriġiniRepubblika tal-Poplu taċ-Ċina Immodifika

Ix-Shih Tzu huwa razza ta’ kelb ta’ għamla żgħira (toy dog) jew kelb domestiku (pet dog) li oriġina f’Tibet u li hu maħsub li tnissel mill-Pekingese u l-Lhasa Apso.

Shih Tzu bi tliet kuluri (iswed, abjad, kannella) b’pil imħejji għall-wiri.

Ix-Shih Tzu huwa kelb żgħir robust bi mnieħer u geddum żgħar, u normalment ikollu għajnejn kbar kannella. Huwa għandu libsa doppja b’pil ħafif u twil li jitħabbel u jitgħaqqad faċilment jekk ma jkunx mimxut għall-inqas kull jumejn jew tlieta. Ix-Shih Tzu mistenni jikber f’għoli ta’ mhux iktar minn 26.7ċm (1012") sal-ispallejn u jkollu piż ideali ta’ bejn l-4 u s-7.5kg (bejn 9 u 17-il libbra). Widnejh, rotob u mitluqin, huma miksija b’pil twil, u denbu folt ħafna jżommu nnukklat fuq dahru. Il-libsa tiegħu tista’ tkun ta’ kull kulur, għalkemm l-iktar spiss li tara huwa l-abjad bi tbajja’ griżi. Karatteristika tassew notevoli hija s-snien ta’ taħt sporġuti, li hija rekwiżit fl-istandard tar-razza. Iċ-Ċiniżi jiddeskrivu l-forma ta’ rashom bħala “ras il-kokka” u “ras l-iljun”, ħalqhom bħala “ħalq iż-żrinġ” u xufftejhom bħala “xufftejn il-ħanex”.

L-etimoloġija

[immodifika | immodifika s-sors]

L-isem ġej mill-kelma Ċiniża għal “iljun” għaliex dan it-tip ta’ kelb ġie kkreat biex jixbah lill-iljun, bħal fl-arti tradizzjonali orjentali. (Biċ-Ċiniż, ir-razza Pekingese hija wkoll imsejħa, “kelb-iljun”) L-isem Shih Tzu hija l-forma tal-alfabet Latin, imsawwar minn Wade-Giles, għall-kelma biċ-Ċiniż Mandarin, “iljun”.

Shih Tzu mara ta’ madwar 18-il xahar.
Shih Tzu mara, bil-kulur tal-għajnejn differenti.

Bil-Mandarin kontemporanju, ix-Shih Tzu huwa ġeneralment magħruf bħala, “il-kelb Xi Shi”; Xi Shi kienet meqjusa bħala waħda mill-iktar nisa sbieħ taċ-Ċina tal-qedem. Fl-Ingilterra, fit-30ijiet, ix-Shih Tzu tlaqqam bħala “l-kelb lelluxi” (chrysanthemum dog). Dan il-kelb jista’ jissejjaħ ukoll bħala l-Kelb-Iljun Tibetjan, iżda jekk ir-razza għandhiex titqies bħala Tibetjana jew Ċiniża hija frott kontroversja kemm storika kif ukoll politika, u fuq dan is-suġġett l-istoriċi tal-klieb għandhom tendenza jesprimu opinjonijiet b’saħħithom ferm.