Saturnu (pjaneta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Saturnu ♄
Il pjaneta Saturnu
Karatteristiċi orbitali (Epoka J2000)
Semiassi maġġur 1.426.725.413 km
9,53707032 UA
Ċirkonferenza tal-orbita 8.958.000.000 km
59,879 UA
Eċċentriċità 0,05415060
Perjelju 1.349.467.375 km
9,02063224 UA
Afelju 1.503.983.449 km
10,05350840 UA
P. tar-rivoluzjoni siderali 10.757,7365 giorni
(29,45 snin)
P. tar-rivoluzioni sinodika 378,09 jum
Veloċità orbitali medja 9,638 km/s
Veloċità orbitali massima 10,182 km/s
Veloċità orbitali minima 9,136 km/s
Inklinazjoni tal-orbita 2,48446° (5,51° għall-
ekwatur tax-Xemx)
Lonġitudni tal-
għoqda axxendenti
113,71504°
Satelliti naturali
magħrufa
33
Karatteristiċi fisiċi
Dijametru ekwatorjali 120.536 km [1]
(9,449 l-Art)
Dijametru polari 108.728 km
(8,552 darba daqs l-Art)
Skjaċċament fil-poli 0,09796
Area tal-wiċċ 4,27×1010 km2
(83,703 darba daqs l-Art)
Volum 7,46×1014 km3
(688,79 darba daqs l-Art)
Massa 5,6846×1026 kg
(95,162 darba daqs l-Art)
Densità medija 0,6873 g/cm3
(anqas mill-ilma)
Gravità superfiċjali
(fl-ekwatur)
8,96 m/s2
(0,914 g)
Velocità tal-ħarba 35,49 km/s
Perijodu tar-rotazzjoni 0,444009 giorni
(10 h 39 min 25 s)
Velocità tar-rotazzjoni
(fl-ekwatur)
35,535,59 km/h
Inklinazzjoni tal-assi 26,73°
Albedu 0,47
Temperatura medja
tas-sħab
93 K
Temperatura medja
tal-wiċċ
min !! media !! max
82 K !! 143 K !! N/A K
Karatteristiċi atmosferiċi
Pressjoni atmosferika 140 kPa
Idroġenu >93%
Elju >5%
Metanu 0.2%
Fwar tal-ilma 0.1%
Ammonjaka 0.01%
Etan 0.0005%
Fosfina 0.0001%

Saturnu huwa is-sitt pjaneta mix-Xemx. Huwa ġgant gassus, it-tieni l-ikbar pjaneta fis-sistema solari kollha, qablu jiġi Ġove. Saturnu għandu sistema ta' ċrieki prominenti, li prinċipjalment huma komposti minn partiċelli ta' silġ b'ammonti iċken ta' partiċelli ta' trab ġebli. Il-pjaneta ġie msemmi għall-alla Ruman Saturnu. Is-simbolu tiegħu huwa il-minġel ta' l-istess divinità. (Unicode: ♄).

Parametri orbitali[immodifika | immodifika s-sors]

Saturnu ikkumparat ma' l-Art

Il-forma ta’ Saturnu hija viżibilment mgħaffġa fil-poli: id-dijametri ekwatorjali u polari ivarjaw kważi b'10% (120.536 km kontra 108.728 km). Din il-forma hija riżultat tar-rotazzjoni mgħaġġla tiegħu u l-kompożizzjoni fluwida tiegħu, għaldaqstant faċli biex jiddeforma. Anki il-ġganti gassusi l-oħra huma ddeformati bl-istess mod, iżda b’manjiera ħafna inqas evidenti. Saturnu huwa wkoll dak il-pjaneta b’densità medja inqas minn dik ta' l-ilma: biss 0,69 g/cm3. Fis-sewwa il-valur medju hu kumbinazzjoni ta’ densitajiet baxxi ħafna, fl-atmosfera tal-pjaneta, u densitajiet aktar elevati fl-intern, sikurament aktar mill-ilma.

Saturnu jorbita madwar ix-Xemx f'distanza medja ta' 1426,98 miljuni ta' km, u jdum ma jagħmel dawra sħiħa max-Xemx f'29,458 sena terrestri. L-orbita tiegħu hija inklinata 2,488° rispett l-eklittika. Dawl ix-Xemx jidher 100 darba inqas intens meta jiġi mqabbel mal-kejl effettwat mill-Art.

B'massa ta' 95 darba aktar u volum ta' 700 darba aktar minn dak terrestri, Saturnu huwa it-tieni l-akbar pjaneta tas-sistema solari wara Ġove. L-assi tar-rotazioni hu inklinat għal 26,73 gradi, u jirregola il-pjaneta għal ċiklu ta' staġuni analogu għal dak terrestri u marzjan, iżda ħafna aktar twil.

Il-perjodu tar-rotazjoni ta' Saturnu fuqu nnifsu ivvarja skond il-kwota; l-istrati superjuri, fir-regjuni ekwatorjali, jieħdu 10,233 siegħa biex iwwetqu dawra kompluta, waqt li l-qalba u l-mantell idduru f'10,675 siegħa.

Atmosfera[immodifika | immodifika s-sors]

L-atmosfera ta' Saturnu turi affarijiet simili għal dik ta' Ġove, iżda ħafna iktar dghajfa u iżjed wiesgħa viċin l-ekwatur. Dawn l-oġġetti huma tant dgħajfa li qatt ma kienu ġew oservati qabel il-wasla tas-sondi Voyager. Minn dak iż-żmien it-teleskopji ta' l-Art tjiebu ħafna, li osservazjonijiet regulari tal-karatteristiċi atmosferiċi ta' Saturnu jistgħu issiru faċilment. Filfatt instabu tempesti ovali ta' ħajja twila simili għal dik ta' Ġove. Fil- 1990 it-Teleskopju Spazjali Hubble osservata sħaba (nube) bajda enorme viċin l-ekwatur tal-pjaneta, u oħra kienet osservata fl-1994.

Ċrieki Manjetiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Xbieha taċ-ċrieki ta' Saturnu meħuda mis-sonda Cassini

Iċ-ċrieki ta' Saturnu huma magħmula minn partiċelli primarjament ta' silġ-ilmi. Huma magħmula wkoll minn oġġetti kbar għexieren ta' metri. Dawn jestendu 'l barra darbtejn daqs ir-radju ta' Saturnu. Saturnu għandu tliet ċrieki prinċipali: A,B u Ċ, li bejnithom il-partiċelli huma madwar 1 ċm u 5-10 m. A u B huma isseparati mid-diviżjoni ta' Cassini, li kienu innutati l-ewwel darba fl-1675. Huwa maħsub li d-diviżijoni ta' Cassini kienet ikkawżata minn effett gravitazzjonali ta' qamar ta' Saturnu Mimas. Id-diviżjoni hija qasma ta' xi, bejn wieħed u ieħor, 5,000 km (3,000 mil). Skrutinju minn qrib il-pjaneta minn Voyager 1 juru li din il-qasma hija mimlija minn partiċelli fini u kwantità ta' ċrieki dgħajfa.


Ċirku A[immodifika | immodifika s-sors]

Dan iċ-ċirku għandu sensiela kbira ta' ċriketti, u qasmiet, fosthom insibu il-Fetħa ta' Enke, li hija 325 km- (200 mil) wisgħa. Din il-fetħa, jew qasma hija osservabbli anki b'teleskopji amatorjali.

Ċirku B[immodifika | immodifika s-sors]

Dan huwa l-iżjed wieħed li jiddi miċ-ċrieki kollha, fil-parti ċentrali ta' dan iċ-ċirku insibu 'spkes'-li huma mkejjen mudlama, fejn plasma ta' partiċelli huma imtella' 'l hemm minn kampijiet manjetiċi, mill-pjan taċ-ċirku stess .

Ċirku Ċ[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċirku Ċ jinsab ġewwa ċ-ċirku B stess. Dan iċ-ċirku għandu għamla ta' kanali u hu magħmul minn ħafna ċrieket ċkejkna. Fl-1980, Voyager 1 innota ftit ċrieki joħorġu 'l barra minn ċirku Ċ u jespandu, dawn jibqaw ħerġin sa ma jiffurmaw iċ-ċirku D.

Ċirku E[immodifika | immodifika s-sors]

Dan iċ-ċirku hu viżibbli meta tħares lejn iċ-ċrieki b'mod partikolari. Il-materjal ta' dan iċ-ċirku jinsab biswit il-qamar Enkeladu, u dan il-qamar jista' jkun is-sors ewlieni tal-materjal li jinsab f'ċirku E.

Ċirku F[immodifika | immodifika s-sors]

Dan kien skopert minn Pioneer II fl-1979. Dan kien l-ibgħad ċirku mill-pjaneta Saturnu qabel ma' ġie skopert l-aħħar ċirku, (G), hu ċirku fin u huwa magħmul primarjament minn trab. Żewġ qmura zgħar jiraw l-F: Prometeju u Pandora. Ta' l-ewwel jorbita Saturnu ġoċ-ċirku stess, waqt li Pandora tinsab barra, il-perturbazzjonijiet gravitazzjonali ta' dawn il-qmura iżommu il-granelli ta' trab tas-silġ ġoċ-ċirku

Ċirku G[immodifika | immodifika s-sors]

L-iktar ċirku reċenti li ġie skopert huwa G, huwa dejjaq, xi 8,000 km (5,000mil). Kien skopert mill-vettura spazjali Voyager fl-1981.

Qmura ta' Saturnu[immodifika | immodifika s-sors]

Saturnu għandu 22 qmura magħrufa. Ħafna minnhom jinsabu ġewwa iċ-ċrieki.

L-akbar qamar ta' Saturnu, Titanu, kien skopert fl-1655 minn Christian Huygens. Huwa it-tieni l-kbar qamar fis-sistema solari, huwa l-uniku wieħed li għandu atmosfera (predominanti hu l-ammont ta' nitroġenu bi traċċi ta' idrocarbonju). Fl-2004 il-vettura spazjali Cassini kienet mibgħuta biex tinvestiga x'hemm moħbi wara s-sħab ta' Titanu. Hu maħsub li jista' jkun li jinsabu traċċi ta' Metanu likwidu fuq wiċċ Titanu, sors ta' Metanu misjub fl-atmosfera. Il-bqija tal-qmura ta' Saturnu jistgħu jiġu maqsuma f'żewġ gruppi: dawk ċkejknin u ddeformati u l-oħrajn ta' daqs ittermedju kesħin. Hemm 10 qmura zgħar imsemmija. Sitta minnhom jinfluwenzaw is-sistema taċ-ċrieki kollha inklużi Pan u Atlas li jgħinu biex tkun krejata d-diviżjoni Enċke fiċ-ċirku A. Fobe huwa l-iżjed wieħed imbiegħed mill-qmura, u jorbita ma' Saturnu f'distanza ta' iktar minn 12,000,000 km (7,000,000 mil).

Fost il-qmura ta' daqs intermedju jinsabu Mimas, Enkeladus, Tetis, Dione, Rea, u Ipetu. Rea hija l-ikbar minn dan il-grupp u hija gravament imħafra. Ipetu huwa inużwali b'tarf skur u emisfera dijuża.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]