Aqbeż għall-kontentut

UE Sant Julià

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Sant Julià UE)
UE Sant Julià
logo
Isem sħiħ Unió Esportiva Sant Julià
Fundazzjoni 1982
Grawnd Grawnd DEVK, Santa Coloma
President Albert Carnice (en) Translate
Kowċ Paco Montesinos (en) Translate
Kampjonat Primera Divisió
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Sant Julià huwa klabb tal-futbol mill-Andorra ibbażat fil-villaġġ Aixovall fil-parroċċa ta' Sant Julià de Lòria.

Il-klabb rebaħ il-kampjonat tal-Andorra fi tlett staġuni: 2004–05,2005–06 u 2007–08. Il-klabb għandu deher ukoll fil-kompetizzjonijiet Ewropej diversi drabi. Fl-istaġun 2000–01 kienu eliminati fl-ewwel rawnd tal-Intertoto Cup mill-tim Żvizzeru, Lausanne (aggregat 1–9). Huma wkoll ħadu sehem fl-Intertoto Cup fl-istaġun 2002–03 u ġew dro f'darhom kontra Coleraine FC mill-Irlanda ta' Fuq, iżda barra minn darhom tilfu 5-0 u ġew eliminati mill-kompetizzjoni. Huma sofrew telfa ta' 8-0 f'darhom fl-istaġun 2004–05 tal-Intertoto Cup kontra team Serb, FK Smederevo u tilfu 3-0 fis-Serbja. Fl-ewwel rawnd tal-kwalifiki għall-UEFA Cup 2005-06 tilfu tim Rumen, Rapid Bucureşti (aggregat 0–10). Fl-ewwel rawnd tal-Intertoto Cup 2006–07 huma tilfu ma NK Maribor mis-Slovenja (aggregat 0–8). Fl-ewwel rawnd tal-Intertoto Cup 2007–08 tilfu ma skwadra Bosnijaċa FK Slavija 3–2 fl-Andorra u 3–2 ukoll fil-Bosnja u Ħerzegovina (aggregat 4–6). Sant Julià ffaċċjaw lil-PFC Cherno More Varna tal-Bulgarija fl-ewwel rawnd ta 'kwalifiki tal-UEFA Cup 2008–09. Huma tilfu 0–9 bl-aggregat. Fl-istaġun 2009–10, Sant Julia għal darb'oħra ffaċċjaw l-avversarju Bulgaru, din id-darba għall-kwalifiki tal-UEFA Champions LeaguePFC Levski Sofia. Qabel ma ltaqu maċ-ċampjins Bulgari, Sant Julia eliminaw lil Tre Fiori tas-San Marino wara li ż-żewġ logħbiet spiċċaw 1:1, u mbagħad rebħu bl-għoti tal-penalties. Din kienet l-ewwel eliminazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istorja tal-futbol fl-Andorra. Il-ħolm tagħhom intemm wara telfa ta' 4:0 minn Sofia. It-tim xorta lagħab tajjeb u rnexxielu jiddefendi l-lasta għall-49 minuta kontra ċ-ċampjins Bulgari.

2004–05, 2008–09

2007–08, 2009–10, 2010–11

2004, 2009, 2010, 2011

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Lulju, 2011.

  • K=Kwalifiki

UEFA Intertoto Cup

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Rawnd Naz Klabb Home Away Aggregat
2001 1
Svizzera
Lausanne Sports 1–3 0–6 1–9
2002 1 Irlanda ta' Fuq Coleraine FC 2–2 0–5 2–7
2004 1 Serbja FK Smederevo 0–8 0–3 0–11
2006 1 Slovenja NK Maribor 0–3 0–5 0–8
2007 1 Bosnja-Ħerzegovina Slavija Istočno Sarajevo 2–3 2–3 4–6

UEFA Cup/Europa League

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Rawnd Naz Klabb Home Away Aggregat
2005–06 K1 Rumanija Rapid Bucureşti 0–5 0–5 0–10
2008–09 K1 Bulgarija Cherno More Varna 0–5 0–4 0–9
2010–11 K2 Finlandja MYPA 0–3 0–5 0–8
2011–12 K2 Iżrael Bnei Yehuda 0–2 0–2 0–4

UEFA Champions League

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Rawnd Naz Klabb Home Away Aggregat
2009–10 K1 San Marino SP Tre Fiori 1–1 1–1 2–2 (5–4 p)
K2 Bulgarija PFC Levski Sofia 0–5 0–4 0–9

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]