Aqbeż għall-kontentut

Salsola melitensis

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Salsola melitensis
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniCaryophyllales
FamiljaAmaranthaceae
TribùSalsoleae
ĠeneruSalsola
speċi Salsola melitensis
Botsch., 1976


Is-Salsola melitensis magħrufa bħala s-Siġra tal-Irmied jew Xebb, hija arbuxxell mill-familja Amaranthaceae[1][2][3][4].L-isem tal-Ġeneru Salsola joriġina mill-kelma latina Salsus li tfisser mielħa filwaqt li l-isem tal-ispeċi melitensis bil-lingwa latina tfisser xi ħaġa li hi assoċċjata mal-Gżejjer Maltin.[2][5] Is-Salsola melitensis hija endemika għall-Gżejjer Maltin.[2][3][6] Fil-fatt, is-Salsola melitensis hija waħda mill-ispeċi ta' pjanti li għadhom jeżistu sa minn Żmien is-Silġ.[7]

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Salsola melitensis kienet ġiet deskritta bħala speċi endemika għal Malta fl-1976 bħala Salsola melitensis Botsch.[2] Ġiet deskritta bħala speċi endemika għax kienet distinta mill-ispeċi l-oħrajn tal-Ġeneru Salsola li qabel fil-passat is-Salsola melitensis kienet tiġi ikklassifikata taħthom f'kitbiet dwar il-Flora ta' Malta. [8][9][10][11][12] Ilum il-ġurnata din l-ispeċi hija xjentifikament klassifikata bħala Salsola melitensis Botsch. jew bl-isem sinonimu tagħha Darniella melitensis (Botsch.) Brullo. [13][2]

Karatteristiċi botaniċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Salsola melitensis tikber bħala arbuxxell perenni ta' bejn 1-3 metri fit-tul.[2] Għandha weraq żgħir, tawwali u sukkulenti ta' 1 ċentimetru fit-tul.[3] Twarrad bejn Awwissu u Novembru bi bjuri sofor fl-aħdar.[14] [3] Iż-żerriegħa ta' din il-pjanta għandhom struttura f'forma ta' ġwienaħ sabiex jiġu trasportati 'l bogħod mill-pjanta omm.[2]

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Salsola melitensis tiflaħ għar-raxx tal-baħar fejn tikber f'ambjenti kiefra b'nuqqas ta' ilma, ħamrija u esposta għar-riħ bħall-irdum kostali, fuq l-irdum il-ġewwa lejn l-art, fix-xquq tal-ġebel tal-franka u kif ukoll fuq il-fortifikazzjonijiet.[15][16][17] Is-Salsola melitensis tinstab tikber kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u fil-Ġżejjer żgħar tal-Arċipelagu Malti.[18][19]

Protezzjoni legali

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Salsola melitensis hija mmnizzla bħala mhedda fl-ambjent naturali tagħha fir-Red Data Book of the Maltese islands.[20] Hija protetta bil-Liġi fil-Gżejjer Maltin skont il-leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.44 dwar ir-regolamenti tal-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali.[2] Din l-ispeċi ma tistax tinżabar jew tinqata' mingħajr permess mingħand l-awtoritajiet Ambjentali.[21] [2] Inkluż l-użu ta' din l-ispeċi għal raġunijiet ta' riċerka permezz tal-leġiżlazzjoni 549.111 Regolamenti dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħom.[22] Fuq skala internazzjonali, is-Salsola melitensis mhix imnizzla fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN.[23]

  1. ^ POWO (2025). Salsola melitensis Botsch. Plants of the World Online (POWO). powo.science.kew.org
  2. ^ a b ċ d e f ġ g Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Salsola melitensis (Maltese Salt Tree) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-13.
  3. ^ a b ċ d ERA (2019). Maltese salt tree. BioSNIPPET ISSUE 6, Environment & Resources Authority (ERA).
  4. ^ Lanfranco, E.; Bonett, G. (2018). Nature Guide Series Wild Flowers of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Print It, Paola, Malta: BDL Publishing. ISBN 978-99957-46-59-9.
  5. ^ "Definition of SALSOLA". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-13.
  6. ^ "Salsola melitensis Botsch". www.gbif.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-15.
  7. ^ Malta, Times of (2010-11-27). "Close-ups of Maltese nature (59)". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-13.
  8. ^ Grech Delicata, J. (1853). Flora melitensis : sistens stirpes phanerogamas in Melita insulisque adjacentibus hucusque detectas secundum systema candolleanum digestas.
  9. ^ Haslam, S. M.; Sell, P. D.; Wolseley, P. A. (1977). A Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Malta: Malta University Press.
  10. ^ Sommier, Stefano, & Caruana Gatto, Alfredo. (1915). Flora melitensis nova. Stabilimento Pellas. https://doi.org/10.5962/bhl.title.9976
  11. ^ Borg, J. (1927). Descriptive Flora of the Maltese Islands: Including the Ferns and Flowering Plants. US. Government Printing Office.
  12. ^ Zerafa, S. (1827). Floræ Melitensis thesaurus, sive Plantarum enumeratio, quæ in Melitæ Gaulosque insulis aut indigenæ aut vulgatissimæ occurrunt. Malta
  13. ^ POWO (2025). Salsola melitensis Botsch. Plants of the World Online (POWO). powo.science.kew.org
  14. ^ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Salsola melitensis (Maltese Salt Tree) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-13.
  15. ^ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Salsola melitensis (Maltese Salt Tree) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-13.
  16. ^ ERA (2019). Maltese salt tree. BioSNIPPET ISSUE 6, Environment & Resources Authority (ERA).
  17. ^ Lanfranco, E. (1997). The flora and vegetation of Gozo. In J. Farrugia & L. Briguglio (Eds.), A focus on Gozo (pp. 26-40). Gozo: Formatek Ltd  
  18. ^ Mifsud, S., Lanfranco, E., Fiorentino, J., & Mifsud, S. D. (2016). An updated flora of selmunett (St. Paul's Island) including mosses and lichens. Xjenza 4(2), 142-159. DOI: 10.7423/XJENZA.2016.2.05
  19. ^ Sciberras, A., Sciberras, J., Sammut, M., & Aloise, G. (2012). A contribution to the knowledge of the terrestrial Mammalian fauna of Comino and its satellite islets (Maltese Archipelago). Biodiversity Journal, 3(3), 191-200.
  20. ^ "Red Data Book for the Maltese Islands" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-13.
  21. ^ ERA (2019). Maltese salt tree. BioSNIPPET ISSUE 6, Environment & Resources Authority (ERA).
  22. ^ "LEĠIŻLAZZJONI MALTA". legislation.mt. Miġbur 2025-04-13.
  23. ^ "The IUCN Red List of Threatened Species". IUCN Red List of Threatened Species. Miġbur 2025-04-13.