Aqbeż għall-kontentut

Salib ta' Santa Ewfrosina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Replika tal-1889 tas-salib.

Is-Salib ta' Santa Ewfrosina jew is-Salibn ta' Ewfrosina ta' Polotsk (bil-Belarussu: Крыж Ефрасінні Полацкай) kien relikwa meqjuma tal-Knisja Ortodossa fil-Belarussja, li sar fl-1161 minn Lazar Bohsha skont l-ordni ta' Ewfrosina ta' Polotsk u jitqies bħala teżor nazzjonali tal-Belarussja.

Ewfrosina, il-madre superjuri tal-Kunvent ta' Polotsk, ordnat is-salb biex iżejjen il-Knisja l-ġdida tat-Trasfigurazzjoni. Is-salib sempliċi tal-injam taċ-ċipress kien imżejjen bid-deheb, bil-ħaġar prezzjuż u l-enamel, bi xbihat ta' Ġesù Kristu, San Ġwann Battista, it-Teotokos (Omm Alla), l-Erba' Evanġelisti, l-arkanġli Gabrijel u Mikiel, u t-tliet qaddisin patruni ta' Ewfrosina u l-ġenituri tagħha. L-opra tal-arti swiet 120 grivna. Ġo fih, is-salib kien fih biċċiet tal-Kurċifiss Imqaddes u relikwi oħra.

Fis-seklu 13, is-salib ġie rilokat lejn Smolensk u fl-1514 lejn Moska, ir-Russja. Ġie rritornat lil Polotsk minn Ivan it-Terribbli fl-1563. Is-salib itteħdulu bosta ritratti għar-rekords fl-1896. Fl-1928 ir-relikwa nazzjonalizzata ttieħdet lejn Minsk, u mbagħad, fl-1929 lejn Mogilev, u ssakkret f'kaxxa sikura tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-Partit Komunista.

Is-salib għeb matul l-invażjoni rapida tal-Belarussja (Ġunju-Awwissu 1941) mill-forzi Ġermaniżi matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Mhux magħruf eżatt x'sar mis-salib fl-1941. Hemm mill-inqas tliet verżjonijiet differenti (apparti l-qerda min-nirien jew is-serq):

  • il-verżjoni Sovjetika uffiċjali qabdet u stqarret li s-salib insteraq mill-Ġermaniżi;
  • id-dokumentazzjoni Ġermaniża tal-organizzazzjoni ta' Alfred Rosenberg irreġistrat Teżor ta' Mogilev li nħataf mill-Ġermaniżi fi Smolensk. Madankollu, ma hemm l-ebda evidenza li dan kien is-Salib ta' Polotsk;[1]
  • fl-1991, il-Ministru għall-Kultura tal-Belarussja sostna li s-salib, flimkien ma' teżori Belarussi oħra, kien ġie evakwat lejn Moska.

Fl-1997, Nikolay Kuzmich, artiġjan minn Brest, il-Belarussja, lesta replika tas-salib li ġiet approvata uffiċjalment, li issa tinsab għall-wiri fil-Katidral ta' Polotsk.

Użu simboliku modern

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Salib ta' Santa Ewfrosina spiss jintuża bħala simbolu nazzjonali tal-Belarussja. Il-verżjoni tal-1991 tal-istemma ta' Pahonia tar-Reġjun ta' Vitebsk tal-Belarussja fiha salib li jixbah lis-Salib ta' Santa Ewfrosina fuq tarka ta' kavallier. Is-salib intuża wkoll bħala tiżjin komuni tal-arblu tal-bandiera bajda-ħamra-bajda tal-Belarussja fl-1991–1995.

Is-salib intuża bħala s-suġġett ta' diversi bolol postali tal-Belarussja, li nħarġu fl-1992, fl-2001 u fl-2011, u ta' munita kommemorattiva tal-Belarussja li nħarġet fl-2007.

Il-moviment demokratiku nazzjonali tal-oppożizzjoni msejjaħ Front taż-Żgħażagħ għandu s-salib bħala l-element prinċipali tas-simbolu tiegħu.

  1. ^ "Nikolay Petrovsky. Who stole the cross of St. Euphrosyne // Echo Planety, No. 11, 2000". web.archive.org. 2008-12-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-28. Miġbur 2025-03-31.