Rodrigo Pereira
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Rodrigo Frank Pereira | ||
Twelid | 28 ta' Frar 1981 Pontal | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Balzan | ||
Klabbs ġovanili | |||
2003–2005 | Guarani | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2005–2006 | Santos | ? | (?) |
2006 | Portuguesa de Desportos | ? | (?) |
2007 | Bad Aussee | ? | (?) |
2008–2010 | Waidhofen/Ybbs | ? | (?) |
2010 | First Vienna | 17 | (0) |
2011 | Zofingen | ? | (?) |
2011–2013 | Birkirkara | 43 | (5) |
2013– | Balzan | 3 | (1) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 14:03, 1 ta' Settembru 2013 |
Rodrigo Frank Pereira (Pontal, 28 ta' Frar 1981) huwa futboler professjonali Brażiljan li jilgħab bħala difensur ma' Balzan.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Bidu[immodifika | immodifika s-sors]
Rodrigo Pereira huwa Brażiljan li jħaddan ukoll ċittadinanza Taljana. Hu beda l-karriera tal-futbol tiegħu fil-Brażil fejn kien jilgħab ma' Guarani FC. Wara hu lagħab għal Santos u Portuguesa de Desportos. Suċċessivament, Rodrigo iddeċieda li jħalli l-Brażil u beda avventura ġdida tiegħu fl-Awstrija fejn ingħaqad ma' Bad Aussee. Wara din l-esperjenza huwa ssieħeb ma' tim Awstrijak ieħor, Waidhofen. Fil-25 ta' Ġunju 2010, Rodrigo ingħaqad ma' First Vienna għall-istaġun 2010–11. Ma' First Vienna, Rodrigo kien il-kaptan tat-tim u għamel sbatax-il apparenza.
Birkirkara[immodifika | immodifika s-sors]
Fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf 2011, Rodrigo ingħaqad mal-klabb Malti ta' Birkirkara fejn iffirma kuntratt ta' sena nhar it-28 ta' Lulju. Huwa għamel id-debutt tiegħu ma' Birkirkara fid-29 ta' Lulju fir-rebħa ta' 5–1 kontra Vittoriosa Stars. Fi tmiem l-istaġun, huwa ġedded is-sħubija tiegħu ma' Birkirkara għal darb'oħra sa tmiem l-istaġun.[1] Hu kien inkluż fid-deċiżiva bejn Birkirkara u Hibernians, bil-prestazzjoni tajba tiegħu, hu ntgħażel bħala r-Raġel tal-Logħba.[2]
Balzan[immodifika | immodifika s-sors]
Fis-16 ta' Awwissu 2013, tħabbar li Pereira ssieħeb ma' Balzan.[3] Fil-bidu tal-istaġun 2013–14, Pereira għamel id-debutt ma' Balzan fid-dro ta' 2-2 kontra Vittoriosa Stars. Fil-31 ta' Awwissu huwa skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Balzan f'telfa ta' 2-1 kontra l-eks tim tiegħu Birkirkara.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ (Ingliż) Defender Pereira rejoins Birkirkara. Times of Malta, 22 ta' Novembru 2012. Aċċess tal-URL: 3 ta' Marzu 2013.
- ^ (Ingliż) Birkirkara BOV Premier League Champions. Times of Malta, 11 ta' Mejju 2012
- ^ (Ingliż) Rodrigo Pereira transferred to Balzan FC. Ivan Mizzi, 16 ta' Awwissu
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Profil fuq is-sit ta' Birkirkara
- Rodrigo fuq transfermarkt