Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tax-Xlokk
Ir-Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tax-Xlokk huma ġabra ta' 25 żona protetta li jinsabu fl-istati Brażiljani ta' Paraná u São Paulo; dawn jinkludu l-flora u l-fawna tipiċi tal-foresti Atlantiċi tal-Brażil, magħrufa bħala Mata Atlantica.
Ir-riżervi jkopru erja ta' 468,193 ettaru u jinkludu pajsaġġi ta' sbuħija kbira, li jvarjaw mill-muntanji, iż-żoni umdużi, il-gżejjer miksijin bi qċaċet iżolati u l-għaram bir-ramel.
Fl-1999 ir-Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tax-Xlokk tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tax-Xlokk ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[1]
Il-valur universali straordinarju ta' dan is-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]- Kodiċi UNESCO: 893-001 - il-Kumpless Ekoloġiku ta' Jureia-Itatins (79,270 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-002 - il-Kumpless Ekoloġiku ta' Chauas (2,699 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-003: il-Kumpless Ekoloġiku ta' Guaraquecaba (13 638 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-004: il-Kumpless Ekoloġiku ta' Ilha do Mel (2,241 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-005: il-Kumpless Ekoloġiku ta' Xitue (3,095 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-006: il-Kumpless Ekoloġiku ta' Guaraguacu (1,150 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-007: il-Park Nazzjonali ta' Superagui (37,000 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-008: il-Park Statali ta' Pariquera - Abaixo (2,360 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-009: parti mill-Park Statali ta' Jacupiranga (119,000 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-010: il-Park Statali ta' Ilha do Cardoso (22,500 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-011: il-Park Statali ta' Carlos Botelho (37,644 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-012: il-Park Statali ta' Pico do Marumbi (2,342 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-013: il-Park Statali ta' Intervales (42,926 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-014: il-Park Statali ta' Lauráceas (27,524 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-015: il-Park Statali Turistiku ta' Alto Ribeira (PETAR) (35.884 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-016: ir-Riżerva Naturali ta' Salto Morato (1,716 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-017: iż-Żona tan-Natura Selvaġġa ta' Serras do Cordeiro, Paratiu, Itapua u Itinga (5,000 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-018: iż-Żona tan-Natura Selvaġġa ta' Serras do Arrepiado u Tombador (5,125 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-019: iż-Żona tan-Natura Selvaġġa ta' Mangues (11,070 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-020: iż-Żona tan-Natura Selvaġġa ta' Serra do Itapitangui (u Mandira) (3,437 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-021: iż-Żona tan-Natura Selvaġġa tal-Gżejjer Oċeaniċi (93 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-022: iż-Żona ta' Preservazzjoni Turistika u l-Park Statali ta' Roberto E. Lange (2,698 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-023: iż-Żona ta' Preservazzjoni Turistika ta' Serra da Graciosa (1,189 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-024: iż-Żona ta' Preservazzjoni Turistika u l-Park Statali ta' Pau Oco (905 ha);
- Kodiċi UNESCO: 893-025: iż-Żona tan-Natura Selvaġġa ta' Ilha Comprida (7,687 ha).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 3 Centre, UNESCO World Heritage. "Atlantic Forest South-East Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.