Aqbeż għall-kontentut

Ranunculus bullatus

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ranunculus bullatus
Klassifikazzjoni xjentifika
SaltnaPlantae
OrdniRanunculales
FamiljaRanunculaceae
TribùRanunculeae (mul) Ranunculeae
ĠeneruRanunculus (mul) Ranunculus
speċi Ranunculus bullatus
Linnaeus, 1753

Ranunculus bullatus L., magħrufa bħala iċ-Ċfolloq tal-Ħarifa bil-Malti u Autumn Buttercup bl-Inġliż, [1][2] hija pjanta perenni mill-familja Ranunculaceae[1][2]. Din l-ispeċi hija indiġena għall-Ġżejjer Maltin u għan-Nofsinhar tal-Ewropa, fil-Marokk, fl-Alġerija u fit-Tuneżija fl-Kontinent Afrikan, kif ukoll fit-Turkija. [2][3][4]

Fjura waħdanija ( jew rarament tnejn) tikber fuq zokk tawwali miċ-ċentru ta’ kull pjanta bejn Ottubru u Diċembru.[1][5] Fil-Ġżejjer Maltin, ir-Ranunculus bullatus tikber f’postijiet niedjin, bħal f’ħamrija niedja f’ħofor tal-blat fil-ġnub ġeblija tal-widien u f’art ġeblija fix-Xaghri, kif ukoll fil-Makkja.[1][5] Il-weraq jikber b’mod ċatt fuq wiċċ il-ħamrija.[5] Il-fjuri jkollhom diametru ta’ 2.5 ċentimetru u l-weraq jkollu diametru ta’ bejn 5-12 ċentimetru.[1] Pjanti tar-Ranunculus bullatus jikbru biss f’postijiet li jkollhom kundizzjonijiet tajbin għalihom, fejn f'dawn il-postijiet jkunu jinstabu popolazzjonijiet kbar u f’abbundanza viċin xulxin.[6]

Pjanta tar-Ranunculus bullatus fl-ambjent naturali tagħha.

Bil-Latin Rānunculus tfisser "żrinġ", minn rāna "żrinġ". Dan minħabba li tikber f’ħamrija niedja viċin sorsi tal-ilma.[1][7] L-isem tal-ispeċi bullātus jirreferi għall-wiċċ tal-werqa li bil-latin tfisser "minfuħ" jew "imkemmex".[1][7] Kif kienet ukoll tiġi irriferuta bil-Ġrieġ antik.[1][7][6] L-isem Ranunculus bullatus L. ġie mniżżel għall-ewwel darba minn Karl Linneaus fl-ewwel volum tal-Ktieb Species Plantarum.[8][9]


  1. 1 2 3 4 5 6 7 8 Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Ranunculus bullatus (Autumn Buttercup) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2026-01-19.
  2. 1 2 3 "Ranunculus bullatus L. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2026-01-19.
  3. "The Euro+Med Plantbase Project". ww2.bgbm.org. Miġbur 2026-01-29.
  4. Yıldırım, H., & Gül, R. (2018). Ranunculus bullatus L.'un Ranunculaceae Türkiye'de varlığı üzerine. Bağbahçe Bilim Dergisi, 5(1), 10-14.doi: https://doi.org/10.30796/ANGV.2018.2
  5. 1 2 3 Lanfranco, E.; Bonett, G. (2018). Nature Guide Series Wild Flowers of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Print It, Paola, Malta: BDL Publishing. ISBN 978-99957-46-59-9.
  6. 1 2 "Ranunculus bullatus". www.cretanflora.com. Miġbur 2026-01-29.
  7. 1 2 3 "Scheda IPFI, Acta Plantarum Ranunculus_bullatus". www.actaplantarum.org. Miġbur 2026-01-29.
  8. Linné, Carl von; Linné, Carl von; Salvius, Lars (1753). Caroli Linnaei ... Species plantarum :exhibentes plantas rite cognitas, ad genera relatas, cum differentiis specificis, nominibus trivialibus, synonymis selectis, locis natalibus, secundum systema sexuale digestas... vol. 1. Holmiae: Impensis Laurentii Salvii.
  9. "Ranunculus bullatus | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2026-01-29.