Qorti Rjali ta' Tiébélé

Il-Qorti Rjali ta' Tiébélé hija kumpless arkitettoniku tradizzjonali tal-poplu Kassena fir-raħal ta' Tiébélé, fir-Reġjun ta' Centre-Sud tal-Burkina Faso. Dan il-kumpless tradizzjonali jikkonsisti mir-residenza u mill-qorti tar-re tal-Kassena (Pè) u ta' membri oħra tal-familja rjali, mawżolej, imfakar, santwarji u strutturi tradizzjonali oħra tat-tajn u tal-ħuxlief bħal għelieqi sagri bis-siġar u spazji fil-beraħ imdawra bil-ġebel.[1] L-istrutturi tat-tajn u tal-ħuxlief tal-kumpless huma magħrufa wkoll għall-ħitan impittrin u mżejnin b'mod tradizzjonali, tip ta' artiġjanat magħmul esklużivament min-nisa.[2] Il-kumpless tal-qorti rjali tradizzjonali tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2024.[3]
Il-kumpless għandu iktar minn 500 sena, u ġie stabbilit għall-ħabta tas-seklu 16 minn Patyringomie, kap tal-poplu Mossi, grupp etniku li oriġina fl-inħawi ta' Loumbila fil-Burkina Faso ċentrali. Il-qorti rjali inizjalment tniżżlet bħala sit indikattiv tal-Burkina Faso fl-24 ta' Jannar 2012, fl-istess sena li żdiedet mal-Monumenti Dinjin li Jeħtieġu Protezzjoni,[4] u finalment tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-26 ta' Lulju 2024, matul is-46 sessjoni tal-Kumitat ta' Wirt Dinji li saret f'New Delhi, l-Indja.[3]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Qorti Rjali ta' Tiébélé ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2024.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[3]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Taggart, Emma (2017-12-18). "Photographers Gain Entry into Traditional African Village Where Every House Is a Work of Art". My Modern Met (bl-Ingliż). Miġbur 2025-02-22.
- ^ "TIEBELE - THE TRAGIC TALE OF VANISHING MURAL ART". www.indiarchitecture.com. Miġbur 2025-02-22.
- ^ a b ċ d "Royal Court of Tiébélé - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-02-22.
- ^ "Cour Royale de Tiébélé" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-02-22.