Aqbeż għall-kontentut

Il-Qawra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Qawra)

Il-Qawra hija żona f'San Pawl il-Baħar, ġor-Reġjun tat-Tramuntana. Tinsab qrib il-Buġibba u s-Salina, u hija post turistiku popolari, li fiha ħafna lukandi u ristoranti. [1]

Madwar l-1638, l-Ordni ta’ San Ġwann bniet it=Torri tal-Qawra fil-Ponta tal-Qawra, bħala parti minn sensiela ta’ fortifikazzjonijiet għad-difiża tal-kosta Maltija. Fl-1715 inbniet batterija madwarha, filwaqt li fis-snin 60 tas-seklu 18 żdiedu ħajt tat-trunċiera magħha. Illum, it-torri u l-batterija huma ristorant, u partijiet mit-trunċiera għadhom jidhru. [2]

Il-belt toffri ħafna attivitajiet tal-daħar, inklużi rikbiet bid-dgħajsa banana, ġetski, kif ukoll kajjakiet, snorkeling u għadis. Iż-żona hija magħrufa wkoll bħala ż-żona "turistika" ta' Malta minħabba l-ħafna bars tal-futbol Ingliż. It-temperaturi tas-sajf jistgħu jilħqu l 40 °C (104 °F), b'medja ta' aktar minn 30 °C (86 °F) . Il-każinos, il-bars u l-klabbs huma wkoll parti ewlenija ta’ din il-belt żgħira. Ħafna nies jgħumu u jitlaħilħu mal-blat, li jipprovdi spazju biżżejjed biex wieħed jixxemmex. Hija popolari mat-turisti li jħobbu jimxu ħdejn il-baħar bil-lejl.

Il-knisja parrokkjali tal-Qawra hija ddedikata lil San Franġisk t'Assisi. Il-parroċċa tinkorpora kemm il-Qawra kif ukoll il-lokalità ġirien ta’ Buġibba fiż-żona ġeografika tagħha. Il-festa parrokkjali tiġi ċċelebrata fis-17 ta’ Settembru, u tfakkar l-impressjoni tal-istigmati fuq San Franġisk. Il-knisja tal-Qawra bdiet tiffunzjona bħala parroċċa fit-8 ta’ Diċembru 2004, u l-ewwel kappillan tal-parroċċa kien Dun. Ġorġ Zammit, tal-Franġiskani Konventwali. Il-perit tal-bini tal-knisja kien Richard England. Hija knisja ta’ stil modern, għall-kuntrarju tal-istil tas-salib Latin li jinstab fil-biċċa l-kbira tal-parroċċi l-oħra f’Malta.

Dawriet turistiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

L-attrazzjonijiet ewlenin fil-Qawra jinkludu:

  • L-Akkwarju Nazzjonali ta' Malta
  • Mużew tal-Karozzi Klassiċi ta' Malta
  • It-Tempju ta’ Buġibba li jinsab mal-fruntiera tal-Qawra u Buġibba
  1. "Qawra (Malta): Tourist Info, Travel Tips and Things to Do". MaltaUncovered.com. 23 December 2017. Miġbur 16 February 2018.
  2. "Qawra Point Tower & Battery" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 28 June 2013. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-7 March 2016. Miġbur 7 August 2015.