Aqbeż għall-kontentut

Philippe Villiers de L'Isle-Adam

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Philippe Villiers de L'Isle-Adam
44. Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1521 - 21 Awwissu 1534
Fabrizio del Carretto - Piero de Ponte
Ħajja
Twelid Beauvais, 1464
Nazzjonalità Franza
Mewt Rabat, 21 Awwissu 1534
Familja
Missier Jacques de Villiers de l'Isle-Adam
Omm Jeanne de Clermont-Nesle
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż nofsani
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
Servizz militari
Iġġieldu Assedju ta' Rodi

Philippe de Villiers de L'Isle-Adam (1464 21 ta' Awwissu 1534) kien membru prominenti tal-Kavallieri Ospitallieri f'Rodi u wara Malta. Wara li laħaq Prijur tal-Langue ta' Auvergne, ġie elett l-44 Gran Mastru tal-Ordni fl-1521.

Hu mexxa lill-Ordni waqt l-Assedju twil u mdemmi ta’ Rodi mas-Sultan Suleiman fl-1522, meta 600 kavallieri u 4,500 suldat irreżistew forza invadenti ta’ madwar 100,000 raġel għal sitt xhur, [1] iżda eventwalment innegozja l-kapitulazzjoni u t-tluq tal-kavallieri fl-1 ta' Jannar 1523 għal Kreta.

Wara dan mexxa l-Ordni għal diversi snin mingħajr domiċilju permanenti—l-ewwel Kandi fi Kreta, imbagħad suċċessivament Messina, Viterbo u finalment Nizza (1527–1529). Fl-1530 de L'Isle-Adam kiseb il-gżejjer ta' Malta u Għawdex u l-belt port ta' Tripli fl-Afrika ta' Fuq bħala fief għall-Ordni mingħand l-Imperatur Karlu V u stabbilixxa l-Ordni, minn issa 'l quddiem magħrufa bħala l-Kavallieri ta' Malta, fil-bażi l-ġdida tagħhom. L-Ordni waslet fil-gżira fis-26 ta’ Ottubru 1530 fuq il-bastiment ewlieni tagħhom, is-Santa Anna.

Ittra mir-Re Enriku VIII lill-Gran Mastru l'Isle Adam, 1530

L'Isle-Adam ħa l-pussess formali tal-gżejjer fit-13 ta' Novembru, meta ċ-ċavetta tal-fidda tal-kapitali l-Imdina ngħatat lill-Gran Mastru. Minkejja dan, l-Ordni stabbiliet ruħha fil-belt kostali tal-Birgu bħala l-belt kapitali tagħha. Huma stabbilixxew bażi fil-Forti Sant'Anġlu, li serviet kemm bħala fortifikazzjoni kif ukoll bħala palazz. Il-belt ġiet imsaħħa u eventwalment inbnew Berġa għal kull waħda mil-Langues. Minkejja dan, il-Gran Mastru u l-Ordni xorta komplew jittamaw li xi darba jerġgħu jirbħu lura Rodi u kien biss 35 sena wara l-Ordni ddeċidiet li tagħmel lil Malta d-dar permanenti tagħha, wara l-Assedju l-Kbir.[2]

L'Isle-Adam miet fil-kunvent tal-Madonna ta' Ġesù (ta' Ġieżu) fir-Rabat, Malta, fil-21 ta' Awwissu 1534.[3] Ġie midfun fil-Kappella ta’ Sant’Anna ġewwa l-Forti Sant’Anġlu, iżda reġa’ ndifen fil-kripta tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil- Belt Valletta lejn l-aħħar tas-seklu 16.[4]

  1. L. Kinross, The Ottoman Centuries: The Rise and Fall of the Turkish Empire, 176
  2. "Philippe Villiers de l' Isle-Adam". South African Relief Organisation of the Order of Malta. Miġbur 21 September 2014.
  3. "Grand Master L'Isle Adam's room open for viewing". Times of Malta. 20 November 2011. Miġbur 21 September 2014.
  4. Mallia-Milanes, Victor (2008). The Military Orders: History and heritage. Aldershot: Ashgate Publishing Limited. p. 62. ISBN 9780754662907. Miġbur 21 September 2014.
Predeċessur
Fabrizio del Carretto
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1521–1534

Suċċessur
Piero de Ponte