Aqbeż għall-kontentut

Pawlu Miruzzi

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pawlu Miruzzi
Ħajja
Twelid Valletta, 2 Marzu 1852
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
L-ewwel lingwa Malti
Ingliż
Mewt Sptar Ġenerali ta' Għawdex, 16 Mejju 1888
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni surmast tal-banda

Il-Maestro Paolo Miruzzi, magħruf ukoll bħala Pawlu Miruzzi, (2 ta' Marzu 1852 - 16 ta' Mejju 1888) kien bandista fir-Royal Navy u surmast tal-banda li għal xi żmien mexxa is-Società Filarmonica Nazionale La Valette.

Huwa twieled fit-2 ta’ Marzu, 1852 fil-Belt Valletta. F’Jannar tal-1874 ingaġġa ruħu man-Navy Rjali bħala bandsman fuq l-HMS Doris. In-numru tas-servizz tiegħu kien 84986. Serva wkoll fuq diversi vapuri oħra qabel ma telaq min-Navy f’Diċembru 1883.[1]

Għal xi żmien, kien assistant surmast tal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette, kariga li kien ilu jokkupa sa minn Mejju tal-1879. Kien biss wara li l-Maestro Emanuel Bartoli irreżenja minn Surmast fl-1885 li Paolo ħa l-banda Beltija f’idejh. Inħakem minn marda terminali u miet qasir il-għomor fl-età ta’ 36 sena.[2]

Il-funeral tiegħu telaq mill-isptar sal-knisja Katidrali, bit-tebut jintrefa’ fuq l-ispallejn minn erba’ bandisti tal-banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette u tnejn oħra tal-banda tas-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863. Skond il-ġurnal Malta, il-mewt tiegħu kienet fis-16 ta’ Mejju 1888. Huwa miet Għawdex peress li l-aħħar sena u nofs kien qattagħhom hemmhekk bħala konvalixxenza.[2]

  1. "Maltese Seamen in the Royal Navy". Malta Family History (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-22. Miġbur 2025-11-24.
  2. 1 2 Pirotta, Manoel (2017). "Mro. Antonio Miruzzi (10.x.1867 - 23.x.1944) : mija u ħamsin sena minn twelidu". Madonna tal-Karmnu, Żurrieq, Festa 2017 (bil-Malti). Żurrieq: Għaqda Karmelitana - Banda ‘Queen Victoria’: 185–192.