Patri Mattew Sultana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Dan il-patri ma kienx mill-Kalkara, iżda għadda numru ta' snin fil-komunita' tal-Kapuċċini tal-Kalkara. Din hi r-raġuni għaliex insibu triq ġewwa l-Kalkara bl-isem ta' Patri Mattew Sultana. Twieled ix-Xagħra, Għawdex, fil-5 ta' Awissu 1918 u ngħaqad mal-Kapuċċini u fl-1942 sar saċerdot. Fil-bidu tal-ħajja saċerdotali tiegħu kien kappillan f’bosta sptarijiet u wkoll għalliem tal-Latin u tat-Taljan fil-Kulleġġ Serafiku. Kien membru attiv ta' l-Akkademja tal-Malti u poeta magħruf. Kiteb numru ta' versi ta' innijiet popolari u kif ukoll ħafna poeżiji li l-biċċa l-kbira tagħhom għandhom suġġett reliġjuż. Patri Mattew miet fis-17 ta' Frar tal-1986. L-isem tat-triq hawn fuq imsemmija flimkien mal-poeżiji li ħallielna huma l-aqwa tifkiriet ta' dan il-poeta li għadda żmien mhux ħażin jgħix u jaħdem mill-qrib man-nies tal-Kalkara.