Kamra tad-Deputati ta' Malta
| 14-il leġislatura | |
|
Stemma ta Malta | |
| Preżentazzjoni | |
|---|---|
| Tip | Unikamerali |
| Dar | Parlament ta’ Malta |
| Ħolqien | 1921 |
| Post | Valletta |
| It-tul tal-mandat | 5 snin |
| Presidenza | |
| President | Myriam Spiteri Debono |
| Speaker | Anġlu Farrugia |
| Struttura | |
| Membri | 79 rappreżentant |
| Gruppi politiċi | |
| Gvern (44) |
PL (43) IN (1) |
| Oppożizzjoni (35) | PN (35) |
| Post tal-laqgħa | |
Il-Parlament | |
| Sit uffiċjali | |
| http://www.parlament.mt/ | |
Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta il-Kamra tad-Deputati, flimkien mal-President tar-Repubblika, tikkostitwixxi il-Parlament, l-organu leġislattiv tal-Istat Malti.
Funzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]
Skont is-Sezzjoni 65(1) tal-Kostituzzjoni il-Kamra, flimkien mal-President tar-Repubblika, tista' tagħmel "liġijiet għall-paċi, ordni u gvernar tajjeb ta' Malta b'mod konformi mar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji ġeneralment aċċettati tad-dritt internazzjonali u l-obbligi internazzjonali u reġjonali ta' Malta partikolarment assunti bit-trattat ta' adeżjoni mal-Unjoni Ewropea ffirmat f'Ateni fis-16 t'April, 2003".
Kompożizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kamra trid tkun magħmula minn għadd farradi ta' Deputati magħrufa bħala "Membri Parlamentari" elett minn għadd ta' Distretti fejn kull Distrett jeleġġi l-istess għadd ta' Deputati. Minbarra dawn, meta l-iSpeaker jiġi magħżul minn barra l-Kamra dan ukoll jitqies bħala membru tal-Kamra. Fl-X Leġislatura li bdiet fl-2003 l-għadd ta' Deputati kien ta' 65 eletti minn 13-il Distrett li naqsu b'wieħed meta l-iSpeaker, Anton Tabone, ġie appuntat mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Din kienet l-ewwel darba mill-Indipendenza 'l hawn li l-iSpeaker ġie maħtur minn fost il-membri tal-Kamra.
| Leġislatura | Speaker | Minn | Sa |
|---|---|---|---|
| I (1962-1966) | Paolo Pace | 1962 | 1966 |
| II (1966-1971) | Alfred Bonnici | 1966 | 1971 |
| III (1971-1976) | Emmanuel Attard Bezzina | 1971 | 1976 |
| IV (1976-1981) | Nestu Laiviera | 1976 | 1978 |
| Kalċidon Agius | 1978 | 1982 | |
| V (1982-1987) | Daniel Micallef | 1982 | 1986 |
| Pawlu Xuereb | 1986 | 1987 | |
| Joseph M. Baldacchino | 1987 | 1987 | |
| VI (1987-1992) | Jimmy Farrugia | 1987 | 1988 |
| Lawrence Gonzi | 1988 | 1992 | |
| VII (1992-1996) | Lawrence Gonzi | 1992 | 1996 |
| VIII (1996-1998) | Myriam Spiteri Debono | 1996 | 1998 |
| IX (1998-2003) | Anton Tabone | 1998 | 2003 |
| X (2003-2008) | Anton Tabone | 2003 | 2008 |
| XI (2008-2013) | Louis Galea | 2008 | 2010 |
| Michael Frendo | 2010 | 2013 | |
| XII (2013-2017) | Anġlu Farrugia | 2013 | 2017 |
| XIII (2017-2022) | Anġlu Farrugia | 2017 | 2022 |
| XIV (2022-) | Anġlu Farrugia | 2022 | fil-kariga |