Park Nazzjonali ta' Defileul Jiului
Il-Park Nazzjonali ta' Defileul Jiului (bir-Rumen: Parcul Național Defileul Jiului) huwa żona protetta (park nazzjonali tal-kategorija II tal-IUCN) u jinsab fit-territorju amministrattiv tal-Kontej ta' Gorj (92 %) u ta' Hunedoara (8 %) fir-Rumanija.
Pożizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Park Nazzjonali ta' Defileul Jiului jinsab tul il-fondoq iffurmat mix-xmara Jiu bejn il-Muntanji ta' Vâlcan u l-Muntanji ta' Parâng (sottogrupp ta' muntanji fin-Nofsinhar tal-Karpazji) fin-naħa tat-Tramuntana tal-Kontea ta' Gorj.
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Park Nazzjonali ta' Defileul Jiului għandu erja ta' 11,127 ettaru (27,500 akru) u ġie ddikjarat bħala żona protetta permezz tad-Deċiżjoni Nru 1581 tal-gvern Rumen fl-2005 (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Rumena Nru 38 tat-12 ta' Jannar 2006) u jirrappreżenta żona li tagħti kenn lil varjetà kbira ta' flora u ta' fawna.[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Legislaţie". web.archive.org. 2012-07-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-07-21. Miġbur 2025-03-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)