Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da Terra – Stato da Mar tal-Punent

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Veduta tal-Belt Fortizza ta’ Palmanova, l-Italja

L-Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da Terra – Stato da Mar tal-Punent huwa d-deżinjazzjoni uffiċjali tas-Sit ta’ Wirt Dinji transnazzjonali tal-UNESCO. Din id-deżinjazzjoni tirreferi għal sitt opri tad-difiża li nbnew mir-Repubblika ta’ Venezja fid-dominji tagħha fuq l-art (Stato da Terra) u fid-dominji tagħha fuq il-baħar (Stato da Mar).[1][2][3][4]

Sit ta’ Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-Opri Venezjani tad-Difiża bejn is-sekli 15 u 17: Stato da Terra – Stato da Mar tal-Punent ġew iddiżinjati bħala Sit ta’ Wirt Dinji transnazzjonali fl-2017.[1]

Il-valur universali straordinarju tagħhom ġie rrikonoxxut abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta’ tradizzjoni kulturali jew ta’ ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”, ladarba l-opri Venezjani tad-Difiża jipprovdu xhieda eċċezzjonali tal-kultura militari alla moderna, li evolviet fi ħdan ir-Repubblika ta’ Venezja fis-sekli 15 sa 17; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta’ tip ta’ bini, ta’ grupp ta’ siti jew ta’ pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”, ladarba l-Opri Venezjani tad-difiża huma eżempju straordinarju ta’ arkitettura militari li kienet essenzjali għall-espansjoni u għall-awtorità tas-Serenissima, u li kellha influwenza fuq l-arkitettura militari madwar l-Ewropa kollha.[1]

Sitt Opri Venezjani tad-Difiża[immodifika | immodifika s-sors]

Sit Ritratt Post u Koordinati
Il-Belt Iffortifikata ta’ Bergamo Lombardia, l-Italja

45°42′12″N 9°39′49″E

Il-Belt Iffortifikata ta’ Peschiera del Garda Veneto, l-Italja

45°26′20″N 10°41′39″E

Il-Belt Fortizza ta’ Palmanova Friuli-Venezia Giulia, l-Italja

45°54′22″N 13°18′35″E

Is-Sistema Difensiva ta’ Zadar Il-Kontea ta’ Zadar, il-Kroazja

44°6′42″N 15°13′49″E

Il-Forti ta’ San Nikola, f’Šibenik Il-Kontea ta’ Šibenik-Knin, il-Kroazja

43°43′17″N 15°51′17″E

Il-Fortifikazzjonijiet ta’ Kotor Il-Muniċipalità ta’ Kotor, il-Montenegro

42°25′25″N 18°46′19″E

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Venetian Works of Defence between the 16th and 17th Centuries: Stato da Terra – Western Stato da Mar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
  2. ^ "Venetian Works of Defence". Italian Tourism Official Website (bl-Ingliż). 2017-09-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-07. Miġbur 2021-03-22.
  3. ^ "The Venetian Works of Defence between the 16th and 17th Centuries". This is the Croatia Tourism website! (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
  4. ^ The Venetian Works of Defence between 15th and 17th centuries” (PDF)