Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/30 ta' Ottubru
Dehra
30 ta' Ottubru:
- 1918 – L-Imperu Ottoman iffirma armistizju mal-Alleati, li temm l-Ewwel Gwerra Dinjija fil-Lvant Nofsani.
- 1922 – Benito Mussolini sar Prim Ministru tal-Italja.
- 1973 – Tlesta l-Pont tal-Bosforu f'Istanbul, it-Turkija li għaqqad il-kontinenti tal-Ewropa u l-Asja minn fuq il-Bosforu għall-ewwel darba.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1821 – Fëdor Michajlovič Dostoevskij (stampa), kittieb Russu (m. 1881)
- 1839 – Alfred Sisley, pittur Anglo-Franċiż (m. 1899)
- 1885 – Ezra Pound, poeta Amerikan (m. 1972)
Mietu f'dan il-jum...
- 1910 – Henry Dunant, fundatur Żvizzeru tas-Salib l-Aħmar, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi (t. 1828)
- 1975 – Gustav Ludwig Hertz, fiżiku Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (t. 1887)
- 2009 – Claude Lévi-Strauss, antropologu Franċiż (t.1908)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Saturninu u ta' San Ġerardu.